Vida kellu jinbidel minħabba li nstab pożittiv għall-Covid-19

Ilbieraħ intlagħbet il-partita ta’ ħbiberija bejn it-Turkija u l-Kroazja. Fl-intervall bejn l-ewwel u t-tieni taqsima Vida kellu jinbidel minħabba li waslu r-riżultati tal-iswab tests u hu kien pożittiv. Sitwazzjoni tassew inaċċettabbli! Il-protokolli tal-Uefa jidhru li mhux qed jaħdmu sew ladarba r-riżultati tal-iswab tests qed joħorġu wara li l-partita tkun bdiet. Barra minn hekk nibqgħu nsostnu li dawn il-partiti tat-timijiet nazzjonali, speċjali l-partiti ta’ ħbiberija, huma tassew barra minn posthom f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija fejn kulħadd qed jipprova jevita taħlit għalxejn ma’ persuni oħra.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Novembru 2020.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Italja-Estonja 4-0

https://www.youtube.com/watch?v=5yVPspY-YnY

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Novembru)

Sebgħin sena ilu, proprju fit-12 ta’ Novembru 1950, Juventus kisbu rebħa kbira fid-Derby bl-iskor ta’ 4-1. Il-gowls Bianconeri, li tistgħu taraw fil-filmat t’hawn taħt, kellhom il-firma ta’ Boniperti, John Hansen (2) u Boniforti.

Chiesa għadu jista’ jingħaqad mat-tim nazzjonali

Skont Calciomercato.com jista’ jkun li Federico Chiesa jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan nhar il-Ħadd jekk jilħaq jirkupra mill-injury muskolari tiegħu. L-Azzurri se jilagħbu kontra l-Bożnija fit-18 ta’ Novembru. Sa tmiem il-ġimgħa nkunu nafu jekk Chiesa huwiex se jkun jista’ jilgħab mat-tim nazzjonali Taljan.

Matthew Scerri

Juventus u Inter interessati fl-istess plejers

Drajna issa li Juventus u Inter qed imorru għall-istess plejers biex isaħħu lit-tim tagħhom. Skont La Gazzetta dello Sport bħalissa Juventus u Inter huma t-tnejn li huma interessati f’Camavinga (Rennes), Isak (Real Sociedad), Gravenberch (Ajax) u Nuno Mendes (Sporting Lisbon).

Matthew Scerri

De Ligt lura għal-logħob wara l-waqfa

Wara li l-waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali, Matthijs De Ligt mistenni jkun qed jirritorna fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus. Hu ilu jittrenja mal-bqija ta’ sħabu u kulma jonqos biex narawh lura fil-grawnd hu li l-Professur li operah jagħti l-konferma li l-ispalla tad-difensur Olandiż fieqet.

Matthew Scerri

PSG u Manchester United interessati fl-akkwist ta’ Ronaldo

Minkejja l-età tiegħu, Cristiano Ronaldo għadu jattira fuqu l-interess ta’ diversi klabbs kbar. Leonardo ta’ PSG stqarr li xi kultant fis-suq tat-trasferimenti jseħħu affarijiet straordinarji, dikjarazzjoni li turi li PSG mhumiex jeskludu li jistgħu jiffirmaw lil Ronaldo s-sena d-dieħla. Mill-Ingilterra, imbagħad, qed tasal l-aħbar li Manchester United jinsabu f’kuntatt mal-aġent Jorge Mendes. Skont Daily Express, fil-fatt, ir-Red Devils tkellmu ma’ Mendes dwar il-possibbiltà li jiksbu lura lil Ronaldo fis-sajf 2021.

Matthew Scerri