14-il każ ta’ Covid fit-tim ta’ Genoa

Aħbar inkredibbli li għadha kif ħarġet ftit tal-minuti ilu hi li 14-il persuna bejn plejers u staff ta’ Genoa nstabu pożittivi għall-Covid-19. Allegatament tmienja minnhom huma plejers. Napoli, li lagħbu kontrihom ilbieraħ, qed jagħmlu l-iswab tests lill-plejers tagħhom. Fil-jiem li għaddew Perin u Schone ta’ Genoa wkoll kienu ttestjaw pożittivi u ma lagħbux kontra Napoli. Issa d-domanda hi: jekk diversi plejers ta’ Napoli ħadu l-virus, Juventus-Napoli tal-Ħadd se tintlagħab xorta? U x’se jiġri mill-konfront tas-Sibt bejn Genoa u Torino?

Matthew Scerri

Il-messaġġ ta’ Ronaldo wara Roma-Juventus

https://www.instagram.com/p/CFp8UPZAbWb/?utm_source=ig_web_copy_link

Rekord ieħor għal Ronaldo

Id-doppjetta kontra Roma ssarfet f’rekord personali ieħor għal Cristiano Ronaldo. Fil-fatt biż-żewġ gowls Ronaldo sar l-ewwel plejer li qatt skorja 450 gowl fl-aqwa ħames kampjonat tal-Ewropa.

Matthew Scerri

Mendes qed jipprova jbigħ lil Douglas Costa fl-Ingilterra

Calciomercato.com qed jirrapurtaw li Juventus qabbdu lil Jorge Mendes biex isib tim lest jixtri lil Douglas Costa. iIt-tentattivi ta’ Paratici ma tantx ħallew il-frott mixtieq u għaldaqstant Juventus kellhom jirrikorru għal Mendes. It-timijiet li qed jissemmew humka Wolves u Manchester City.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tat-2 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 3.00 p.m.

Torino-Atalanta 2-4

Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m.

Cagliari-Lazio 0-2

Sampdoria-Benevento 2-3

Is-Sibt 26 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Inter-Fiorentina 4-3

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 12.30 p.m.

Spezia-Sassuolo 1-4

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 3.00 p.m.

Verona-Udinese 1-0

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 6.00 p.m.

Crotone-Milan 0-2

Napoli-Genoa 6-0

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Roma-Juventus 2-2

It-Tnejn 28 ta’ Settembru 2020, 8.45 p.m.

Bologna-Parma 4-1

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Settembru 2020.

Roma-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Roma-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com