Bonucci rkupra!

Leonardo Bonucci jidher li rkupra mill-injury muskolari tiegħu u se jkun qed jibda mill-ewwel minuta llejla kontra Barcellona. Diversi gazzetti u siti qed jaqblu li Pirlo llejla se jikkonferma d-difiża bi tlieta, bl-istess plejers tal-Ħadd li għadda: Danilo, Bonucci u Demiral.

Matthew Scerri

Juventus fost it-timijiet interessati f’Johannesson

Il-gazzetta Aftonbladet qed tirraporta li Juventus huma fost il-klabbs il-kbar tal-Ewropa li qed juru interess fil-midfielder ta’ 17-il sena ta’ Norkkoeping, Isak Bergmann Johannesson. Juventus, Liverpool u Manchester United diġà bagħtu scouts tagħhom sabiex jarawh fl-azzjoni mill-qrib.

Matthew Scerri

Malen u Gravenberch fil-mira ta’ Juventus u Barcellona

Juventus u Barcellona mhux se jkunu biss avversarji fil-grawnd illejla. It-tnejn li huma jidhru li anki fis-suq tat-trasferimenti qed imorru għall-istess plejers biex isaħħu lit-tim tagħhom. Fl-Olanda, pereżempju, Juventus u Barcellona qed isegwu b’interess qawwi lil Donyell Malen ta’ PSV u Ryan Gravenberch ta’ Ajax. Iż-żewġ talenti jidhru lesti biex jingħaqdu ma’ tim ta’ livell għoli u għaldaqstant kemm Juventus kif ukoll Barcellona qed jikkunsidraw li jressqu offerti għalihom.

Matthew Scerri

Pjanic: “Ninsab kuntent u emozzjonat”

“Ninsab kuntent u emozzjonat li ninsab hawn. Qattajt erba’ snin sbieħ ħafna hawn. Ninsab kuntent li qed nerġa’ niltaqa’ mal-plejers u l-istaff li ħdimt tant tajjeb magħhom. Se tkun partita diffiċli kontra tim tajjeb daqsna li qed jimmira għall-ewwel post. Naf sew il-mentalità t’hawn u kemm hi importanti għalihom dil-partita.” Hekk tkellem Miralem Pjanic dwar Juventus-Barcellona.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Ottubru 2020.

Għad hemm ċans li Bonucci jilgħab illejla

Dalgħodu Andrea Pirlo se jkun jaf jekk Leonardo Bonucci huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona. Sal-bieraħ hu kien qed jittrenja apparti. Pirlo lbieraħ stqarr li waqt is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ dalgħodu se jkollu l-indikazzjonijiet dwar jekk huwiex tajjeb għal-logħob. Infakkru li Chiellini u De Ligt għadhom barra u allura apparti Bonucci, Pirlo fadallu biss lil Danilo u Demiral bħala difensuri ċentrali.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu llejla Juventus u Barcellona

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, Demiral, Frabotta; Kulusevski, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Morata.

Barcellona (4-2-3-1): Neto; Dest, Araujo, Lenglet, Jordi Alba; Busquets, De Jong; Trincao, Pedri, Ansu Fati; Messi.

Sors: Sportmediaset

Bartomeu jirriżenja minn President ta’ Barcellona

Lejlet Juventus-Barcellona, il-President tal-klabb Spanjol, Josep Bartomeu ħabbar li hu u l-Kunsill Eżekuttiv ta’ Barcellona tefgħu r-riżenja tagħhom. Bartomeu sostna li huma xtaqu jirriżenjaw wara t-telfa kontra Bayern Munich ftit tax-xhur ilu, biss ma setgħux jagħmlu dan minħabba li kien hemm il-bżonn li qabel xejn jinstab kowċ ġdid u jinbena t-tim għal dis-sena.

Matthew Scerri

Ronaldo għadu ma fieqx!

Sorsi kemm mill-Italja kif ukoll mill-Portugall qed isostnu li Cristiano Ronaldo reġa’ ttestja pożittiv għall-Covid-19. Il-fatt li Juventus ma ħabbrux li fieq hi minnha nnifisha konferma li hu għad għandu l-virus. Illejla Ronaldo se jitlef l-isfida kontra Barcellona. Ronaldo, tajjeb infakkru, ilu pożittiv għal iktar minn ħmistax-il ġurnata.

Matthew Scerri

15-il klabb tas-Serie A bla flus għall-pagi ta’ Settembru

Sad-data tas-16 ta’ Novembru l-klabbs tas-Serie A għandhom iħallsu l-pagi lill-plejers tagħhom għax-xahar ta’ Settembru. Skont La Repubblica bħalissa hemm 15-il klabb minn 20 tas-Serie A li m’għandux il-flus għall-pagi. Il-kriżi qed tinħass sew u kif xebgħa jgħid il-President tal-Lega Calcio, bħalissa l-futbol Taljan jinsab f’xifer l-irdum. Il-Gvern qed iwiegħed xi tip ta’ għajnuna, imma intant il-Lega qed taħdem fuq pjan għall-bejgħ tar-rights tas-Serie A li jistgħu jagħtu ftit tan-nifs lill-klabbs minn tal-inqas għal dis-sena.

Matthew Scerri