Illejla nkunu nafu jekk Ronaldo fieqx!

Illejla se joħroġ ir-riżultat tal-iswab tests li saru lill-plejers kollha tat-tim Juventin. Fost dawn hemm anki r-riżultat tat-test ta’ Ronaldo u allura se nkunu nafu jekk fieqx. Sky irrapurtaw ilbieraħ li fl-aħħar swab test li sarlu jidher li kien hemm indikazzjonijiet li Ronaldo riesaq lejn il-fejqan. Pirlo, fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum stqarr li lest jilgħab lil Ronaldo jekk ikun fieq, għalkemm sostna li mhux faċli li plejer jilgħab disgħin minuta wara ħmistax-il ġurnata ta’ waqfien.

Matthew Scerri   

Makkelie se jmexxi Juventus-Barcellona

L-Uefa għażlet lil Danny Makkelie sabiex ikun ir-referee ta’ Juventus-Barcellona. Din hi t-tieni darba li r-referee Olandiż se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus wara li sena ilu kien mexxa l-partita kontra Atletico Madrid.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Ottubru 2020.

Ir-riżultati tal-partiti tal-5 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Sassuolo-Torino 3-3

Is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m.

Atalanta-Sampdoria 1-3

Is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2020, 6.00 p.m.

Genoa-Inter 0-2

Is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Lazio-Bologna 2-1

Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2020, 12.30 p.m.

Cagliari-Crotone 4-2

Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m.

Benevento-Napoli 1-2

Parma-Spezia 2-2

Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2020, 6.00 p.m.

Fiorentina-Udinese 3-2

Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Juventus-Verona 1-1

It-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m.

Milan-Roma 3-3

Matthew Scerri

Juventus u Barcellona se jiltaqgħu għall-erbatax-il darba fl-istorja

Juventus u Barcellona s’issa ltaqgħu 13-il darba f’konfronti uffiċjali, b’Juventus jirbħu ħames partiti, jitilfu erba’ darbiet u kien hemm anki erba’ partiti li ntemmu fi draw. Jekk inħarsu biss lejn il-partiti taċ-Champions League, insibu li komplessivament intlagħbu disa’ partiti, b’żewġ rebħiet għal Juventus, erba’ draws u tliet rebħiet għal Barcellona. Interessanti li fl-erba’ partiti taċ-Champions League li kien hemm s’issa f’Turin, Barcellona qatt ma rebħu. Fil-fatt kien hemm tliet draws u rebħa għal Juventus.

Matthew Scerri

Ronaldo jista’ jitlaq lil Juventus jekk …

Wara t-tentattiv li għamlu fis-sajf li għadda, jidher li PSG għadhom ma qatgħux qalbhom li jistgħu jiffirmaw lil Ronaldo. Skont Don Balon fis-sajf 2021 il-Franċiżi se jagħmlu tentattiv ieħor. Il-gazzetta Spanjola qed tirraporta li Juventus ma jridux ibigħu lil Ronaldo, biss quddiem offerta ta’ 70 miljun jaf jibdlu fehemthom.

Matthew Scerri

Xejn gravi għal Bonucci

L-istess bħal fil-każ ta’ Chiellini, Leonardo Bonucci sofra injury ta’ natura ħafifa. Mit-testijiet li sarulu llum ma rriżulta ebda dannu għall-muskoli ta’ saqajh. It-tobba ta’ Juventus se jibqgħu jsegwuh biex jaraw b’liem ritmu se jkun qed ifieq. Interessanti li fl-istqarrijata’ Juventus m’hemm l-ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra mill-azzjoni.

Matthew Scerri

Lovato jimpressjona lil Juventus

Matteo Lovato kellu wirja tajba ferm ilbieraħ kontra Juventus u jidher li Paratici u n-nies tiegħu jinsabu determinati li jkomplu jsegwuh bil-għan li forsi jiffirmawh is-sena d-dieħla. Hu għad għandu 20 sena u hu l-leader tad-difiża tassew qawwija li Verona qed ikollhom f’din l-ewwel parti tal-istaġun. Il-valur tiegħu mistenni jogħla sew hekk kif diversi top clubs tefgħu għajnejhom fuqu.

Matthew Scerri