Commisso dwar Chiesa: “Kollox possibbli”

“Għalissa m’hemm xejn imma kollox jista’ jiġri dil-ġimgħa.” Kliem ta’ Commisso li juru biċ-ċar li verament xi ħaġa qed tinħema dwar Federico Chiesa. L-għidut hu li Juventus qed jagħmlu minn kollox biex ibigħu lil Costa u minfloku jiksbu lil Chiesa b’self għal sena u bl-obbligu ta’ xiri fl-istaġun ta’ wara.

Matthew Scerri

West Ham f’kuntatti ma’ Juventus għal Rugani

Allegatament West Ham għamlu kuntatt uffiċjali ma’ Juventus bil-għan li jiksbu lil Daniele Rugani. S’issa jidher li l-Hammers kienu l-uniċi li marru lil hinn minn sempliċi interess f’Rugani. Juventus qed jitolbu somma bejn 20 u 25 miljun Ewro għalih.

Matthew Scerri

Jidher fil-qrib il-ftehim ma’ Khedira

Kmieni l-ġimgħa d-dieħla l-aġenti ta’ Khedira se jkunu qed jiltaqgħu ma’ Paratici f’laqgħa li qed tkun deskritta bħala deċiżiva biex jinstab il-ftehim tant mistenni biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Khedira s’issa dejjem irrifjuta li jaċċetta l-ftehim propost lilu min-naħa ta’ Juventus, forsi minħabba l-biża’ li ma jibqax fil-futbol ta’ livell għoli. Issa, però, jidher li Khedira fehem li m’għandux triq oħra ħlief li jaċċetta peress li ma tantx se jkun hemm spazju għalih ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Diversi klabbs barranin interessati f’Rugani

L-interess f’Daniele Rugani għadu ħaj iktar minn qatt qabel. Skont Tuttosport hemm tliet klabbs tal-Premier League li jriduh: Leeds, Newcastle u West Ham. Sportitalia, mill-banda l-oħra, qed isemmu lil Rennes, Fulham u Sevilla, apparti West Ham imsemmija wkoll minn Tuttosport.

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Roma-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Roma huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon

Difensuri: De Sciglio, Chiellini, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Rugani, Demiral, Frabotta

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Portanova, Kulusevski

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Douglas Costa, Vrioni.

Matthew Scerri

Magħrufa l-ħdax li se jilagħbu għal Roma kontra Juventus

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum Fonseca ħabbar liema se jkun il-ħdax-il plejer ta’ Roma li se jibdew mill-ewwel minuta kontra Juventus. Il-plejers Romanisti huma: Mirante; Santon, Mancini, Ibanez, Kumbulla, Spinazzola, Veretout, Pellegrini, Mkhitaryan , Pedro u Dzeko

Matthew Scerri

Uffiċjali: Pellegrini misluf lil Genoa

Juventus ħabbru llum li Luca Pellegrini ġie misluf lit-tim ta’ Genoa għal sena. Pirlo spjega llum li Juventus ħasbu li kien aħjar għalih li jkun misluf lil tim fejn ikun jista’ jilgħab b’mod regolari u forsi jikseb post mat-tim nazzjonali Taljan għall-Kampjonat Ewropew.

Matthew Scerri

Erba’ timijiet tas-Serie A interessati f’Nicolussi Caviglia

Hans Nicolussi Caviglia x’aktarx se jkun qed iħalli lil Juventus fil-jiem li ġejjin. Fuqu hemm erba’ timijiet tas-Serie A: Parma, Genoa, Sampdoria u Spezia. Skont Calciomercato.com l-ewwel preferenza ta’ Nicolussi Caviglia qed tmur għal Parma. Daqt inkunu nafu fejn verament se jkun qed jilgħab dis-sena.

Matthew Scerri