Ħames bidliet anki fil-kompetizzjonijiet Ewropej

L-Uefa kkonfermat li għall-istaġun 2020/21 kull tim li se jieħu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej se jkun jista’ jagħmel ħames bidliet waqt il-partita. Minħabba f’hekk għal kull partita, it-timijiet iridu jagħżlu 23 plejer (ħdax li jilagħbu u tnax oħra riservi).

Matthew Scerri

Lejn ritorn ieħor

Wara Morata attakkant ieħor mistenni jirritorna ma’ Juventus. Nafu li Juventus ilhom isegwu lil Kean biss s’issa għadhom ma sabux ftehim ma’ Everton. Intant Llorente jinsab f’taħdidiet ma’ Napoli biex ixolji l-kuntratt tiegħu. Hu attwalment jinsab fuori rosa u allura kollox jindika li Napoli għandhom kull interess li jitterminaw il-kuntratt ta’ Llorente. Jekk dan verament iseħħ, Llorente jista’ jkun li jirritorna ma’ Juventus bħala r-raba’ attakkant tat-tim.

Matthew Scerri

Juventus f’taħdidiet ma’ Fiorentina għal Chiesa

F’dawn l-aħħar għaxart ijiem tas-suq tat-trasferimenti jidher li l-attenzjoni ta’ Juventus hi kollha fuq il-bejgħ ta’ Douglas Costa u x-xiri ta’ Federico Chiesa. Fali Ramadani qed imexxi t-taħdidiet ma’ Fiorentina għal Chiesa. Il-Bianconeri huma konvinti li jistgħu jiksbu lil Chiesa b’self bl-obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Il-valur komplessiv ta’ dat-trasferiment se jkun bejn 45 u 50 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Paratici mill-ġdid f’Londra

Fabio Paratici jinsab mill-ġdid f’Londra bit-tama li jirnexxilu jċaqlaq xi ħaġa f’dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ ta’ plejers. Nafu li hemm diversi plejers fit-tim Juventin (Douglas Costa, Alex Sandro u Rugani, pereżempju) li jinsabu fil-mira ta’ klabbs tal-Premier League. Barra minn hekk hu probabbli ferm li f’dal-vjaġġ Paratici se jkellem lil Chelsea dwar Emerson Palmieri.

Matthew Scerri

De Sciglio ma’ Roma flimkien ma’ Allegri?

Roma jista’ jkun li jressqu offerta oħra għal De Sciglio li fil-jiem li ġejjin. Fil-fatt skont Leggo Roma jridu b’saħħa lil Allegri bħala kowċ tat-tim tagħhom u offrewlu kuntratt ta’ 8 miljuni fis-sena. Biex jikkonvinċuh qed iwegħduh anki l-akkwist ta’ De Sciglio u Mandzukic.

Matthew Scerri

Douglas Costa offrut lil Real Madrid

Skont Don Balon, l-aġenti ta’ Douglas Costa offrew ipproponew lil Real Madrid l-akkwist ta’ Douglas Costa. Madankollu l-Ispanjoli mhumiex interessati li jonfqu 30 miljun biex jiksbu s-servizzi tiegħu.

Matthew Scerri

Interess mill-Premier League f’Rugani

Diversi klabbs mill-Premier League qed ikomplu juru interess fl-akkwist ta’ Daniele Rugani. Timijiet bħal Newcastle, Leeds u West Ham ilhom isegwuh u qed jittamaw li jirnexxilhom jiffirmawh bi prezz vantaġġuż fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti. Ma’ dawn jidher li żdiedu anki Manchester City li qed ifittxu difensur ġdid wara li ma rnexxilhomx jiffirmaw lil Koulibaly. Juventus jidhru li jinsabu lesti li jbigħuh imma għal mhux inqas minn 20-25 miljun.

Matthew Scerri

Is-Segretarjat tal-Club mhux se jiftaħ illejla

Nixtiequ ninfurmaw lill-membri tal-Club li llum il-Ħamis 24 ta’ Settembru l-uffiċċju tal-Club mhux ser jiftaħ. L-uffiċċju issa jkun miftuħ nhar il-Ħadd li ġej qabel il-partita u il-ġimgħa d-diehla It-Tlieta u l-Ħamis bejn 6.30 u 8.00 ta’ filgħaxija.

Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.

Joe Shields

Segretarju

Tkompli t-tħejjija ta’ Juventus

Illum fil-Continassa Juventus komplew bit-taħriġ u l-preparazzjoni għall-partita kontra Roma tal-Ħadd li ġej. Għat-tieni jum konsekuttiv Dybala ttrenja mal-kumplament tat-tim u allura hu rkupra mill-injury li kellu. Morata, mill-banda l-oħra, ittrenja għall-ewwel darba mat-tim wara li lbieraħ kellu jittrenja waħdu b’mod prekawzjonali minħabba l-Covid.

Matthew Scerri