JUVENTUS KAPOLISTA

Min qatt fil-bidu tal-istagun kien jemmen jew johlom li qatt xi darba f’dan l-istagun konna ser inkunu l-ewwel fil-klassifika, vera b’ loghba aktar izda l-ewwel u protagonisti tul dan il-kampjonat kollu.

Kontra lecce kellna bidu pjuttost tajjeb, konna agressivi u kellna bosta okkazjonijiet ukoll izda mal-hin fl-ewwel taqsima naqqasna hafna mir-ritmu li bdejna bih u anka hallejna hafna mill-pussess tal-ballun lill-avversarji li xorta qatt ma’ kienu xi perikoluzi ghaliex tul il-partita kollha taw biss xutt wiehed lejn il-lasta taghna.

Kellna n-nuqqas ta’ Rabiot fil-midfield u dan inhass hafna ghaliex nitilfu l-kwalita u l-esperjenza tieghu, floku laghab Miretti li fl-opinjoni tieghi kellu partita negattiva hafna, nistaqsi ghaliex dan il-player nibqghu ninsistu fuqu meta jidher car li anka hu stess tilef il-personalita biex jilghab f’dawn il-livelli. Filfatt fit-tieni taqsima kif inbidel zidna fir-ritmu u wasal il-gowl tal-vantagg ghal darbohra minn Vlahovic li loghba wara ohra qed jikkonvinci dejjem aktar.

Ma’ ninsewx ukoll in-nuqqas ta’ Chiesa li jidher li wara l-injury gravi li kellu ghadu ma’ sabx stabilita u kontinwita fizika. Minfloku laghab Yildiz li ghalkemm ma’ ghamilx xi affarijiet ta’ barra minn hawn xorta kien tajjeb u generuz tattikament u fejn seta rega wera l-klassi tieghu.

Ghaddiet ohra u issa kif jghidu t-taljani viene il-bello! Issa qbizna lil ta’ qabilna u sta ghalina li naghmlu d-destin taghna, importanti li naslu sal-loghba ta’ l-istagun kontra Inter l-ewwel fil-klassifika biex huma jkunu obbligati jirbhu dejjem u naraw jekk humiex kapaci jzommu ghar-ritmu bil-loghbiet ewropej ukoll.

Issa gejjin il-mumenti determinanti u qeghdin fl-ahjar pozizzjoni li stajna nkunu, b’ta’ warajna obbligati jigru warajna! Kif nghidu POP CORN TIME!

Sadanittant

FORZA JUVE DEJJEM

IFFIRMATA DUSAN VLAHOVIC

Fl-ahhar u bi pjacir kbir apparti r-rebha konvincenti kontra sassuolo huwa r-ritorn ghal gowls ta’ Dusan Vlahovic u prestazzjoni tajba hafna kif qed ikollu dan l-ahhar. Dan il-player ghadda wisq minn mumenti koroh fejn kien biss id-dell ta’ dak il-player tant b’sahhtu u attakant letali li kien ma’ fiorentina qabel ma’ Juventus ghamlu investiment enormi ghalih. Jista jkun li mal-perjodu hazin li ghadda minnu kien il-fatt ta’ tim shih u l-pubalgijja li kellu tul stagun shih, fortunatament jidher li ghadda kollox.

Ergajna rajna wirja kolletiva tajba u konvinta hafna fejn bosta players jidhru determinati u dahlu f’mentalita ta’ klabb u socjeta bhal Juventus u qed jifhmu li hawn tilghab biex tirbah biss. Sassuolo huma l-unika tim li fl-ewwel round ghelbuna u kienet telfa umiljanti fejn fl-opinjoni tieghi konna missejna il-qiegh ta’ vera f’dak iz-zmien. Izda wara round shih l-affarijiet inbidlu bil-kbir, qeghdin naraw dak kollu li xtaqna u hlomna u li hsibna li ser ikun impossibli fi zmien qasir li nergaw naraw wara dak kollu li ghaddewna minnu.

Ergajna rajna wirja meraviljuza ohra taz-zaghzugh Yildiz li loghba wara ohra qieghed juri il-maturita u l-klassi kbira li ghandu u personalita ta’ veteran, nissokta nghid li ma’ jdumx ma’ jsib postu f’kull partita ma’ l-ewwel hdax.

Rajna partita fejn qatt ma’ kien hemm dubju li ser nirbhuwa, b’mod trankwil u pacenzjuz sakemm il-kwalita ghamlet id-differenza. Sassuolo nistghu nghidu li qatt ma’ kienu xi perikoluzi b’difiza taghna dejjem attenta bi player bhal Rugani li meta jilghab dejjem issibu hemm lest minghajr hafna xenxilli.

Nahseb bhali tistaqsu lilkom infuskom u issa? J’alla nibqghu sejrin hekk! Fejn nistghu jew fejn ser naslu? Jien nghid ejjew niehdu pjacir b’dan il-mument, ejjew nibqghu saqajna ma’ l-art ghaliex dawn ix-xaharejn li gejjin huma determinanti immens u l-bierah kliem Allegri kien stupend u ma’ setghax qal ahjar bil-pulit u nahseb akkwista l-qlub anka ta’ dawk li ma’ jriduhx aktar ma’ Juventus, ghaliex kif qal wara l-hallelin ikun hemm l-awtorita tigri warajhom u hekk qieghed isir nigru wara l-halliel ghaliex l-ghajnuna viljakka f’kull partita lil dawk ta’ qabilna hija cara.

Tibzawx ghaliex jekk titwettaq holma ser tkun isbah, ser tkun kontra kollox u ser tkun aktar memorabbli minn dik ta’ snin ilu! Sadanittant bhal dejjem;

FORZA JUVE…FINO ALLA FINE.