Biex nifhmu dak li qed jiġri

M’hemmx paċi għalina s-supporters Juventini u żgur li l-aħbar li Pogba nstab pożittiv għal test antidoping, ħarbtet moħħ kulħadd. Se nippruvaw nirraġunaw ftit bħas-soltu bit-tama li forsi bħala supporters inħossuna ftit inqas mitlufin.

Nibdew minn dak li nafu fiċ-ċert: Pogba kellu jagħmel test antidoping fi tmiem Udinese-Juventus. It-test wassal biex instab li Pogba assuma testosterone sintetiku u allura ġie sospiż minnufih mit-Tribunal Nazzjonali Antidoping fi ħdan il-Coni. Issa se jsiru testijiet ġodda fuq l-istess sample biex tkun konfermata l-pożittivita’ u, jekk verament jiġri hekk, Pogba jkollu jidher quddiem it-Tribunal b’riskju li jkun sospiż sa massimu ta’ erba snin.

Nagħmluha ċara li Juventus mhuma qed jirriskjaw xejn. Hu Pogba biss li jiffaċċja l-konsegwenzi ta’ għemilu.

It-testosterone hu hormone li l-ġisem jipproduċi b’mod naturali. Teżisti forma artifiċjali ta’ testosterone (li tissejjaħ testosterone sintetiku) li tittieħed f’xi terapiji. It-testosterone sintetiku hu meqjus bħala sustanza illeċita peress li fost il-funzjonijiet tagħha hemm dik li tqawwi l-muskolatura tal-ġisem.

Wieħed forsi jsaqsi: la l-ġisem jipproduċi it-testosterone, kif ikun stabbilit li persuna ħadet testosterone sintetiku? Mhux kulħadd jipproduċi l-istess ammont ta’ testosterone u allura l-ewwel ħaġa li ssir hi li jiġi mqabbel il-livell ta’ testosterone ma’ dak tal-epitestoterone fil-ġisem. Jekk ikun hemm żbilanċ bejn it-tnejn fil-ġisem, il-laboratorju jagħmel testijiet ulterjuri għax hu xjentifikament ippruvat li testosterone naturali jkun akkumpanjat minn livell għoli ta’ Carbon-12, filwaqt li testosterone sintetiku jgħolli l-livell ta’ Carbon-13. Jidher proċess kkumplikat imma fil-verita’ hu iktar faċli milli jidher u hu meqjus li min juża t-testosterone sintetiku jinqabad kważi dejjem. Inżidu wkoll li t-testosterone sintetiku jintuża f’xi terapiji iżda mhuwiex la pain killer u wisq inqas iservi biex jikkura l-infjammazzjonijiet.

S’hawn il-fatti. Ngħaddu issa għal xi spekulazzjonijiet jew aħjar aħbarijiet mhux konfermati. La Gazzetta dello Sport qed tirrapporta li Pogba ammetta mal-istaff mediku ta’ Juventus ilbieraħ stess li ħa xi suppliments li ġew rakkomandati lilu minn Professur ibbażat f’Miami li hu jara regolarment. Probabbli fl-Amerka hemm protokolli differenti minn dawk Ewropej u għaldaqstant inħoloq dan id-diżgwid kollu li wassal għall-pożittivita’. Jekk dan kollu huwiex veru nsiru nafuh biss meta tibda tinstema l-kawża u nisimgħu x-xhieda ta’ Pogba.

Ta’ min jgħid ukoll li l-ftehim kollettiv tal-plejers tas-Serie A jagħti d-dritt lil Juventus li jwaqqfulu l-paga. Eventwalment Juventus ikunu jistgħu jieħdu passi biex itemmu l-kuntratt ta’ Pogba.

X’se jiġri ma nafux. Xogħolna mhuwiex li nispekulaw fuq dak li jista’ jiġri. Li hu żgur hu li hu tassew paradossali li l-plejers tal-lum jitħallew jieħdu t-trattamenti u l-mediċini li jridu bil-klabb tagħhom jibqa’ fil-għama. Il-futbol jeħtieġ riformi kbar għax l-investimenti fenomenali li jsiru jirrikjedu tmexxija iktar professjonali u għaqlija bil-għan li jkunu mħarsa l-investimenti.

Matthew Scerri

Il-Kaz Pogba

Id-dalma sewda li waqghat fuq is-socjeta Juventus f’din l-ahhar sena donna ma’ tridx thallina bi kwietna. Ilbierah bhal sajjetta fil-bnazzi faqqat l-ahbar tal-pozittivita f’test li sar lil Pogba wara l-ewwel loghba ta’ l-istagun kontra Udinese, partita li Pogba lanqas biss laghab sekonda minna.

Ir-ritorn ta’ dan il-player zgur ma’ kinitx ghazla ghaqlija u zgur li f’socjeta b’dirigenti kapaci bhal ma’ kellna fil-passat ma’ kienet issehh qatt ghal hafna ragunijiet! Fosthom kulhadd jaf kif kien jahdem l-agent tieghu, kulhadd jaf il-paroli dizgustanti li kien qal pubblikament meta rritorna ma’ Manchester United, wisq aktar ghaliex ghalkemm Pogba anka fil ftit minuti li laghab ma’ Juventus xorta rajna li hu player tekniku kbir, xorta ma’ kienx baqa l-Paul Pogba li tant tpaxxejna bih qabel telaqna.

Il-mistoqsijiet huma hafna izda risposti hemm ukoll! F’artiklu iehor ftit ilu kont ktibt ghaliex Pogba rega ngib ma’ Juventus u li kienet patt solenni bejn Andrea Agnelli u Mino Raiola fl-akkwist u l-bejgh ta’ Mathijs de Ligt; din kienet mossa assurda li zgur fil-passat ma’ kinitx issir izda illum ergajna qeghdin inbatu decizjoni diskutibbli ohra ta’ dirigenza li kienet tilfet letteralment il-boxxla u kull sens ta’ direzzjoni.

Il-praspar minn Pogba bdew malli irritorna mal-ewwel fejn fil-pre season kellu injury f’irkoptu pjuttost gravi u ghazel li ma’ joperax ruhu u jiehu kura konservativa, xi haga li batejna l-konsegwenzi taghha sena shiha ghaliex waslitu biex ghadu ma’ rkuprax fost hafna injuries ohra li kellu kif ikun wasal biex jidhol. Kienet evidenza ohra ta’ socjeta fragli u bla sahha ghaliex ghalkemm il-player ghandu dritt ta’ l-ahhar decizjoni, xorta kella ssir pressjoni lilu li ahna qed nhallsuk u taghmel li jghidu t-tobba taghna! Dan kollu biex ma’ nsemmux ukoll problemi personali familjari li kien ghaddej minnhom u li kulhadd kien jaf bihom, fejn fil-passat biex tilghab ma’ Juventus trid tkun kemm jista jkun b’hajja personali bilancjata u attenta. Izda letteralment dawn il-proceduri fis-socjeta Juventina spiccaw.

Il-passi li jmiss x’ha jkunu? X’inhuma? Il-Juventus hargu stqarrija pjuttost xotta izda kliem li fisser hafna! F’kelma wahda diga urew certezza li l-player agixxa wahdu, billi qalu nistennew l-procediment kif ser jizviluppa u nagixxu, voldiri naraw ir-rizultat minn xiex u jekk dan bil-malti ghaffeg itir il-barra!

Tkun beffa mil-kbar aktar milli hi ghaliex barra li mir-ritorn ta’ Pogba ma’ hadna xejn jekk kien hemm ftit tama li issa nibdew niehdu xi haga minnu u npattu ghall-pacenzja li hadna bih, issa kollox sfaxxa fix xejn!

Li hu zgur li l-problemi fil-midfield ser ikomplu jikbru ghalmenu sa Jannar ghaliex spiccajna biss b’Fagioli, Miretti, Rabiot, Mckennie u Nicolussi Caviglia. Voldiri zgur sa Jannar irridu nasru lil dawn u nitolbu lil Mulej li ma jkollniex injuries!

Din hija daqqa ohra ghall-immagni ta’ Juventus li ghalkemm zgur ma’ ghandomx tort zgur li bhalissa ser jehel aktar tajn u hmieg u din kien jonqosna! Nisthajjilkom kollha ghidtu dejjem ahna, dejjem fl-ahbarijiet! Sfortunatament iva! Xorta ma’ jnehhiex mil fatt li kull wiehed minna jrid ikun prudenti u joqghod lura minn konkluzjonijiet fantazjuzi u malafamanti, ma’ nkomplux nhaffru l-qabar taghna stess u fuq kollox ma’ nkomplux npaxxu u naghtu biex iparlaw vojt lil min ma’ jhobbna xejn!

FORZA JUVE DEJJEM

X’se jiġri issa?

Din ta’ Pogba hi tassew sajjetta fil-bnazzi li xxukkjat lid-dinja Juventina. Pogba se jkun sospiż b’effett immedjat u se jkollu tlett ijiem ċans jitlob li jsiru mill-ġdid it-testijiet fuq is-samples. Jekk ikun ikkonfermat li nstab pożittiv għat-test antidoping, allura Pogba jibqa’ sospiż sakemm jidher quddiem Bord apposta li jrid jevalwa l-każ. Pogba jista’ jeħel sa massimu ta’ sentejn sospensjoni li jitilgħu għal erba’ snin jekk jinstabu provi li hu intenzjonalment ħa sustanzi pprojbiti biex itejjeb il-wirjiet tiegħu.

Matthew Scerri

Pogba allegatament pożittiv għal test antidoping

Ftit tal-minuti ilu, l-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa tat l-aħbar li Paul Pogba ttestja pożittiv għal test antidoping li sarlu fi tmiem il-partita kontra Udinese (fejn dakinhar hu lanqas biss kien lagħab). L-aħbar s’issa għadha mhin konfermata mil-Lega Calcio jew min-naħa ta’ Juventus. Semmai hi vera, ikunu jridu jsiru testijiet mill-ġdid fuq is-sample li ttieħdu dakinhar qabel ikollna konferma mija fil-mija li Pogba ħa sustanzi li plejer professjonali ma jistax jieħu.

Matthew Scerri