FTIT NIFS
It-tlett punti kontra Empoli tawna ftit nifs mill-pressjoni u mill-kritika wara d-dro kontra Bologna u qabel l-ewwel waqfa tal-kampjonat.
Zgur li kien importanti li ngibu dawn it-tlett punti ghaliex zgur li kieku ma’ kienx hekk konna nergghu naraw u nisimghu kritika kbira minn kullimkien u zgur li bhalissa l-inqas haga li ghandna bzonn hija aktar pressjoni fuq il-players taghna. Bla dubju t-triq hija twila u difficli, nahseb lkoll naqblu li hemm tlett timijiet li zgur huma b’sahhitom hafna aktar minna u fl-opinjoni tieghi hemm differenza teknika kbira bejn it-tim taghna u Milan, Inter u Napoli li ghalkemm kellom l-ewwel telfa f’darhom kontra Lazio xorta ghandhom bazi ta’ players hafna aqwa minn taghna.
Bhalissa l-aqwa haga hija it-tlett punti biex il-moral jibqa gholi u forsi tikber aktar il-konvinzjoni fil-players. Personalment ghadni nara l-istess problemi tas-sentejn li ghaddew, bla sistema, hadd mil-players ma’ jrid responsabbilta, nuqqas ta’ konvinzjoni u loghob slow immens minghajr playmaker fil-midfield li tant ghandna bzonn u rajniha biss fil ftit minuti li dahal Pogba li ghalkemm bil-problemi fizici li ghandu xorta jibdel it-tim fit-tieni taqsima. Sfortunatament rega wegga u ghadna ma’ nafux ghal kemm ergajna tlifnieh, misteru assolut u hasra li dan il-player spicca hekk.
Onestament ergajt ma’ fhimtx x’wassal lil kowc jerga jibdel il-players mal-linji meta Cambiaso kellu prestazzjonijiet pjuttost tajba u fuq in-naha l-ohra ergajna rajna lil Mckennie li huwa totalment barra minn postu u ma’ timijiet akbar minn Empoli zgur m’huwiex ha jreggi ma’ l-avversarji. Ma’ nistax nifhem kif f’dik il-pozizzjoni ilna snin nillapazaw bi players mhux ta’ dik il-pozizzjoni u s-socjeta ma’ tahdem qatt biex issib player li jista jaqdina.
Il-partita stajna ghalaqniha hafna qabel izda Vlahovic li sakemm falla l-penalty kellu loghba diskreta zgur li kien itina nifs biex nikkontrollaw ahjar. Fit-tieni taqsima rajna futbol ahjar u tlifna bosta cansijiet, kif ghidt diga d-dhul ta’ Pogba gab hafna kwalita u tellajna aktar attakki ghalkemm il-pressing li rajna fl-ewwel loghba ta’ l-istagun ma’ ergajniex rajnih anzi qieghed nara l-istess difensivizmu baxx u kulhadd skjerat fl-25 metru taghna bl-attakkanti taghna totalment minghajr sostenn u ghajnuna ta’ xi hadd.
Zgur li ghad fadal x’nirrangaw, gejja loghba mportanti u difficli kontra Lazio f’darna u tkun hasra li minn din il-partita ma’ ngibux punti, m’hiex ser tkun facli ghaliex nidhru li xorta t-tim m’huwiex konvint u ma’ l-ewwel diffikultajiet moralment naqaw mal-ewwel.
Ghalhekk din il-waqfa mportanti ghaliex ghalkemm hafna players jitilqu man-nazzjonal xorta tnehhi ftit mill-pressjoni tal-kampjonat u forsi mar-ritorn taghhom jigu issetiljati aktar sistemi tattici. Filwaqt li nisperaw bhal dejjem li ma’ jkollniex aktar injuries li gbajna naraw tul dawn is-snin.
FORZA JUVE DEJJEM
Xejn gravi għal Pogba u Gatti
Mit-testijiet li sarulhom illum irriżulta li Pogba u Gatti m’għandhom xejn gravi. Ġie eskluż li Pogba sofra xi tip ta’ injury muskolari. Gatti, mill-banda tiegħu, rewa l-għaksa imma anki f’dal-każ m’hemm xejn gravi.
Matthew Scerri
Injury ieħor għal Pogba
Fi tmiem Empoli-Juventus, Allegri ħabbar li Paul Pogba sofra injury ieħor hekk kif ħass fastidju fuq in-naħa ta’ wara ta’ siequ. Fis-sigħat li ġejjin se jsirulu ci testijiet biex it-tobba jifhmu l-entita’ tal-injury tiegħu. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr!
Matthew Scerri
LURA BHAL GRANC
Hekk jghid il-Malti u hekk urewna il-players taghna fil-partita kontra Bologna. Mil-prestazzjoni kontra Udinese ghal dik tal-bierah kien hemm qabza lura kbira u haditna lura b’mohhna jmur fil-prestazzjonijiet medjokri ta’ l-istagun li ghadda fejn kollha kemm ahna ma’ flahniex aktar naraw lil Juve f’dik is-sitwazzjoni.
Forsi frahna wisq bl-ewwel taqsima ta’ Udine? Kif tista ttina tort meta konna ilna ma’ naraw tim determinat hekk zmien! Ilbierah kellna l-ewwel taqsima b’wirja mizerja fejna bqajna naraw l-istess zbalji ta’ dejjem, ergajna rajna tim mhux kompatt, kulhadd ghal rasu u hadd ma’ jaf x’ser jaqbad jaghmel minghajr l-ebda inizjattiva minn l-ebda player.
Ergajna rajna midfield debboli kemm mentalment u wisq aktar fizikament b’Locatelli protagonist fin-negattiv u rega wera li m’huwiex dak li hafna hsibna, personalment ghalija iddeluda Rabiot ukoll, qatt fil-loghba, slow u konfuz tattikament. Bir-rispett kollu ma’ nsalvax lanqas lil akkwist uniku li ghamilna Timothy Weah, nistenna hafna aktar minnu, kien timidu wisq ftit prova jaqbez l-avversarju tieghu u jitfa cross biex ma’ nghidx lanqas darba hlief meta kien hemm hands ball li naturalment il-var ma rahx lanqas imma dak mhux skandlu!!
Biex nghidu kollox fil-bidu tal-partita kellna penalty fuq Chiesa ggantesk daqs il-koppla tal-knejjes taht ghajnejn Di Bello izda dak mhux skandlu la kontra taghna, dak ma’ jimpurtax u kif dejjem nghid il-bierah rega beda t-tfiegh ta’ tajn fuqna u s-socjeta dejjem l-istess bahhh!!!
Fit-tieni taqsima naturalment u hekk kellu jkun kellna reazzjoni li ghalkemm b’hafna konfuzjoni ghafasna hafna lil Bologna li bejn naqsu r-ritmu taghhom u bejn naqsu fizikament konna perikoluzi kemm il-darba u kellna anka gowl mhassar ghaliex r-regola ridikola hekk tghid u tippretendi li bhal Rabiot jisparixxi fuq il-girja gol-kaxxa!
Haga pozittiva u hadt pjacir li rajt lil Vlahovic li ghalkemm jista jkun hafna ahjar izda rega irritorna ghal gowl decisiv u kellu iehor mhassar li jista jkabbarlu naqra fiducja fih innifsu u jkun importanti ghalina.
It-triq regghet tidher twila u iebsa u nahseb u ili nghid li hemm bzonn ta’ player fil midfield li jkun playmaker kapaci jtella u jaghti nifs lit-tim u jitma l-blalen lill-attakanti taghna. Personalment ir-ritorn ta’ Pogba li ghalkemm jidher mhux match fit izda xorta, teknikament id-dhul tieghu kien importanti u minn saqajh bdiet l-azzjoni tad-dro.
Qabel naghlaq dan l-artiklu xtaqt naqsam maghkom dak li qeghdin naraw fl-istadium taghna! Jien ma’ nistax nifhem x’qieghed jigri, jekk hux is-socjeta ma’ tridx certu sapport gewwa l-istadium, jekk hux il-prokura ta’ Turin li ghamlet certa ligijiet u jekk hu hekk, ma’ nistax nifhem kif go darna, stadium taghna jikkmandawna x’naghmlu! Li hu zgur huwa li hija hasra konna naraw stadium meraviljuz b’sapport mill-isbah u filfatt ghalhekk sar l-istadium u tarah mejjet hekk qisek qieghed go cinema tara film jaqbdek il-biki. Ma nafx meta s-socjeta ser taghmel xi haga fuqa din is-sitwazzjoni.
FORZA JUVE DEJJEM