Uffiċjali: Juventus xtraw lil Weah

Juventus ħabbru li xtraw lil Timothy Weah mingħand Lille għal 10.3 miljun Ewro, flimkien ma’ massimu ta’ 1 miljun Ewro oħra bħala pagament talli huma rawmu l-plejer. Hemm anki performance bonus ta’ 2.1 miljun Ewro. Weah iffirma kuntratt ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2028.

Matthew Scerri

Giuntoli jilħaq ftehim biex itemm il-kuntratt ma’ Napoli

L-istennija waslet biex tintemm: De Laurentis aċċetta li jħalli lil Giuntoli jitlaq lil Napoli. Il-ftehim diġa’ intlaħaq u bħalissa l-avukati qed jiffinalizzaw id-dokumenti legali meħtieġa biex Giuntoli jinħall mill-kuntratt li jorbtu ma’ Napoli. Minn għada, Giuntoli se jkun jista’ jiffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Juventus b’paga ta’ 2 miljuni u nofs fis-sena.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Cuadrado m’għadux plejer ta’ Juventus

L-aħbar hi issa waħda uffiċjali: Juan Cuadrado mhux se jkun qed jilgħab iktar għal Juventus. Il-kuntratt tiegħu mhux se jkun imġedded. Cuadrado lagħab komplessivament 314-il partita bil-flokk ta’ Juventus tul dawn l-aħħar tmien staġuni u rebaħ 11-il trofew mal-Bianconeri.

Matthew Scerri

Weah jasal Turin illum

Illum waranofsinhar Timothy Weah mistenni jasal Turin għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Probabbli s’għada filgħaxija tingħata l-aħbar uffiċjali tal-akkwist.

Matthew Scerri

Rabiot: “Għażilt b’qalbi”