IFFIRMATA DUSAN VLAHOVIC

Fl-ahhar u bi pjacir kbir apparti r-rebha konvincenti kontra sassuolo huwa r-ritorn ghal gowls ta’ Dusan Vlahovic u prestazzjoni tajba hafna kif qed ikollu dan l-ahhar. Dan il-player ghadda wisq minn mumenti koroh fejn kien biss id-dell ta’ dak il-player tant b’sahhtu u attakant letali li kien ma’ fiorentina qabel ma’ Juventus ghamlu investiment enormi ghalih. Jista jkun li mal-perjodu hazin li ghadda minnu kien il-fatt ta’ tim shih u l-pubalgijja li kellu tul stagun shih, fortunatament jidher li ghadda kollox.

Ergajna rajna wirja kolletiva tajba u konvinta hafna fejn bosta players jidhru determinati u dahlu f’mentalita ta’ klabb u socjeta bhal Juventus u qed jifhmu li hawn tilghab biex tirbah biss. Sassuolo huma l-unika tim li fl-ewwel round ghelbuna u kienet telfa umiljanti fejn fl-opinjoni tieghi konna missejna il-qiegh ta’ vera f’dak iz-zmien. Izda wara round shih l-affarijiet inbidlu bil-kbir, qeghdin naraw dak kollu li xtaqna u hlomna u li hsibna li ser ikun impossibli fi zmien qasir li nergaw naraw wara dak kollu li ghaddewna minnu.

Ergajna rajna wirja meraviljuza ohra taz-zaghzugh Yildiz li loghba wara ohra qieghed juri il-maturita u l-klassi kbira li ghandu u personalita ta’ veteran, nissokta nghid li ma’ jdumx ma’ jsib postu f’kull partita ma’ l-ewwel hdax.

Rajna partita fejn qatt ma’ kien hemm dubju li ser nirbhuwa, b’mod trankwil u pacenzjuz sakemm il-kwalita ghamlet id-differenza. Sassuolo nistghu nghidu li qatt ma’ kienu xi perikoluzi b’difiza taghna dejjem attenta bi player bhal Rugani li meta jilghab dejjem issibu hemm lest minghajr hafna xenxilli.

Nahseb bhali tistaqsu lilkom infuskom u issa? J’alla nibqghu sejrin hekk! Fejn nistghu jew fejn ser naslu? Jien nghid ejjew niehdu pjacir b’dan il-mument, ejjew nibqghu saqajna ma’ l-art ghaliex dawn ix-xaharejn li gejjin huma determinanti immens u l-bierah kliem Allegri kien stupend u ma’ setghax qal ahjar bil-pulit u nahseb akkwista l-qlub anka ta’ dawk li ma’ jriduhx aktar ma’ Juventus, ghaliex kif qal wara l-hallelin ikun hemm l-awtorita tigri warajhom u hekk qieghed isir nigru wara l-halliel ghaliex l-ghajnuna viljakka f’kull partita lil dawk ta’ qabilna hija cara.

Tibzawx ghaliex jekk titwettaq holma ser tkun isbah, ser tkun kontra kollox u ser tkun aktar memorabbli minn dik ta’ snin ilu! Sadanittant bhal dejjem;

FORZA JUVE…FINO ALLA FINE.

Tim Konvint

Bla dubju fl-iskwadra taghna dahlet mentalita u konvinzjoni gdida minn dik tal-passat ghaliex minkejja li nafu li ghandna certa nuqqasijiet xorta qeghdin nafrontaw avversarju wara iehor b’ghaqal u determinazzjoni konvinti li nistghu niehdu l-massimu minn kull partita.

Kont konvint illi l-partita tal-kampjonat kontra Salernitana kienet ser tkun totalment differenti minn dik tal-coppa italia li fiha ddominajna mil-bidu sa l-ahhar u filfatt irbahna bi skor kbir. Naturalment sibna avversarju li zgur ried juri wirja tajba quddiem il-pubbliku taghhom u jpattu ghal rizultat umiljanti li soffrew jumejn qabel.

Minn naha taghna kellna l-ewwel taqsima li fiha konna ftit brillanti fizikament u konna anka slow hafna fil-loghob taghna u ftit jew xejn irnexxilna nippenetraw id-difiza avversarja u ftit konna perikoluzi. Dan ghaliex kellna wisq ftit loghob mal-linji fejn fl-opinjoni tieghi Kostic kien dizappuntanti hafna fejn qed juri li m’huwiex player kontinwu anka ghal fatt li jumejn qabel laghab ftit minuti, inhass anka n-nuqqas ta’ Cambiaso li bhalissa qed ikun wiehed mill-aqwa players taghna fejn anka qed isib ix-xibka.

Morna gowl minn taht u f’dik l-azzjoni innutajt is-soltu sistema taghna li nilqghu l-avversarji wisq baxxi u hallejna lil player jixxutja liberament minghajr ebda ostaklu biex morna fi zvantagg.

It-tieni taqsima mal-hin u mat-tibdil li sar bl-inkluzjoni ta’ Iling junior flok Kostic rajna aktar manuvra veloci u aktar blalen fil kaxxa. Waslet it-tkeccija tal-player li ftit qabel skurjalna u appropozitu id-dirigenti ta’ Salernitana kellhom il-wicc ihossuwom trattati hazin. Insew x’gara is-sena l-ohra b’gowl mhassar letteralment ghal offside inezistenti u pretendew anka li jitkecca Gatti f’tackle fuq il-ballun nettament.

Minn hemmhekk iddominajna u wasal id-dro permezz ta’ Iling junior . B’konvinzjoni bqajna nattakaw u ghalkemm kellna xi ftit konvuzjoni fl-attaki taghna fl-ahhar minuti wasal gowl iehor meraviljuz ta’ Vlahovic li rega wera li huwa attakant tal-kaxxa u kif titfalu l-inqas cross sab ix-xibka l-istess bhal kontra Frosinone.

Bqajna hemm fuq protagonisti u sahhahna postna ma’ l-ewwel erbgha, l-objettiv dan hu izda minkejja l-ghajnuna kollha li qeghdin jaghtu lill-angli tal-paci loghba wara l-ohra b’episodji skandaluzi xorta m’ahniex nhalluhom bi kwietom u cert li qeghdin jibzghu minna daqs il-bard ta’ jannar!

Nkomplu din il-mixja meraviljuza, gej zmien ta’ hafna impenji ghal ta’ fuqna u hemmhekk li irridu nkunu letali mbaghad naraw x’jigri!

Sadanittant

FORZA JUVE DEJJEM