IS-SENTENZI PROGRAMMATI

Ilbierah filghaxija hargu l-motivazzjonijiet tal-qorti tal-coni li kienet waslet biex rikonsidrata il-15 il-punt penalita li wehlu l-Juventus mil-qorti federali, u dak li tant xtaqna li jitnehha mis-sentenza voldiri artiklu 4 filfatt baqa hemm u sahhah aktar l-akkuza biex zgur ikun hemm tnaqqis ta’ punti u tkompli din il-farsa medjatika u akkaniment kontra l-Juventus minn kull naha kemm ta’ federazzjoni bl-appogg tal-uefa mafia.

Naturalment meta tibda taqra il-75 pagna tal-qorti tal-coni ghall-ewwel ma’ tkun tista tifhem xejn izda meta taqra u terga taqra ghal hafna drabi tibda tifhem u kif! Tibda tifhem illi giet imsahha u inghata ragun lill-akkuza, li d-dirigenti ta’ Juventus kisru kontinwament ir-regolamenti bi plusvalenzi skond huma fittizji u konxjament u li gew gudikati immedjatament ghaliex huma socjeta kwotata fil-borza. U skond il-coni id-9 punti li resqu l-avukati tal-Juventus fuq kif saru u tressqu l-akkuzi huma invalidi u l-unika haga li giet favurina kienet xejn hlief ghaliex gew iggudikati kolpevoli ukoll u komplici bosta membri mic-cda ta’ Juventus minghajr ebda prova li dawn kienu jafu kif kienu qed jaghmlu l-individwi biex l-accounts jidhru ahjar milli filfatt kienu.

Biex kulhadd ikollu l-affarijiet cari! Ghalhekk is-sentenza kienet damet biex harget mil-coni ghaliex issa jidher car li ma’ kienx hemm qbil u kien hemm zgur min ried illi il-15 il-punt jibqghu hemm u bil-kontra kien hemm minn sab l-unika zball li ghamlet l-akkuza fil-konfront tac-cda u ghalhekk reghet geghlet lill-qorti federali tikkonsidra sentenza gdida u opinjoni personali m’hiniex qed nistenna xi tnaqqis kbir niddubita jekk jinzlux ghal 9 punti onestament! U dan huwa konferma ta’ dak li hsibt u ghidt anka f’podcast ma’ Aleandro fuq kif sploda dan il-kaz u kont tennejt illi l-intenzjoni ta’ dan kollu huwa li jitfawna l-barra mill-ewropa u hekk ha jsir bla dubju. Naturalment bil-barka ta’ ceferin li min jaf dal-hin x’joghrok idejh u jistenna li jtina l-ahhar daqqa mortali!

Izda nigi ghal punt u nghidu ghaliex kellna naslu sa hawn, kif wasalna u min wassalna sa hawn! Wasalna sa hawn ghaliex il-president li kellna u li tant kellna fiducja fih u filfatt bil-kolloborazjoni ta’ dirigenza ta’ l-affari taghha wassalna ghall-successi kbar. Izda kibritlu rasu u haseb li huwa invincibbli u sar arroganti u l-ewwel eliminajna s-sapport minn go l-istadium u gibnih qisu t-teatru! Imbaghad tajjar l-aqwa dirigent u dak li kien il-mohh tekniku fil-Juventus ghaliex hekk geghluh jaghmel Paratici u Nedved u issa nafu ghaliex rieduh jaghmel hekk! Wasalna sa hawn ghaliex il-president ghogbu jiftah gwerra mal-monstri minghajr ma’ kellu xejn konkret f’idejh u saqqaf wiccu ghal kulhadd biex imbaghad meta kien gej l-inkwiet harab kwazi kulhadd u bqajna nixghelu ahna u ghamilna enormita ta’ ghedewwa. Issa l-hsara hija enormi mhux biss esternament imma internament, hafna aktar ghaliex id-dannu huwa enormi, biex nkun car il-propjeta habba dawn l-inkompetenti irresponsabli ippampjat 700 miljun fix-xejn. Issa la nibqghu barra mil-ewropa se titlef minn ta’ lanqas 100 miljun u trid terga tirrekapitalizza minn ta’ lanqas 250 miljun ohra biex tibda mill-gdid u m’hiniex insemmi il-maxi multi li jistghu jehlu habba l-kaz stipendji! Hekk hallewna dawn l-irresponsabli ghax ma’ hemmx kelma ohra ahjar minn hekk .

B’dispjacir nerga nghid illi l-futur qarib m’huwiex inkoragganti ghaliex il-propjeta fl-opinjoni tieghi ghalihom l-Juventus hija just waist of time and money imma kienet ghaziza ghan-nannu u ghaz-ziju allura narawa bi tqila biex insibu propjeta li vera trid tinvesti fil-futbol u fil-club.

Xi darba iva konna l-ghira ta’ kulhadd u ezempju iva imma meta kellna nies li veru jhobbu lil club u jirrispettaw lilna s-sapporters, fi zmien hadd hlief Gianni u Umberto Agnelli. Dawk kienu n-nies tal-Juventus, dawk kienu l-propjetarji u dawk kienu l-istil tal-Juventus. Andrea mexa sa certu punt imma ma’ kienx kapaci jipprotegi lill-club minn din l-assurdita u minn dawn n-nies inkapaci u irresponsabli bhal Paratici! U ta’ dan bhala Juventin u nhobb lil Juventus sa l-ahhar nifs ma’ nahfirilu qatt bla ma’ ninsa ukoll li dan nerga nghid huwa akkaniment organizzat kontrina.

FORZA JUVE DEJJEM ILLUM AKTAR MINN QATT QABEL

Ftit kunsiderazzjonijiet dwar il-motivazzjonijiet tas-sentenza tal-Collegio di Garanzia

Il-Collegio di Garanzia tal-CONI ppubblika d-dokument li fih jagħti l-motivazzjonijiet tas-sentenza tal-20 ta’ April li għadda meta kien għamar li l-kawża kontra Juventus b’rabta mal-plusvalenze kellha terġa’ tinstema’. Id-dokument hu wieħed tassew twil (75 paġna!) u minnu nistgħu nisiltu xi punti tassew importanti.

Qabelxejn il-Collegio ta raġun lill-Prosekutur Chine’ u lill-Qorti tal-Appell tal-FIGC f’dak li għandu x’jaqsam mal-ksur sistematiku u ripetut min-naħa tal-uffiċċjali ta’ Juventus tal-prinċipi ta’ lealta’ sportiva kif stabbilit mill-Kodiċi tal-Ġustizzja Sportiva. Għaldaqstant kien korrett li ġie applikat l-Artiklu 4. Il-Collegio, però, wasal għad-deċiżjoni li l-kawża għandha terġa’ tinstema’ minħabba li l-Qorti tal-Appell kienet naqset milli tiġġustifika l-piena ta’ tnaqqis ta’ 15-il punt lil Juventus fil-klassifika ta’ dis-sena. Il-fatt li naqsu milli jagħtu raġunijiet validi għal dit-tip ta’ piena kien nuqqas għax mingħajr dawk ir-raġunijiet ma setax ikun stabbilit jekk il-piena hix ġusta u ekwa għat-tip ta’ irregolaritajiet imwettqa.

Issa l-Qorti tal-Appell tal-FIGC għandha xahar biex tiskeda seduta ġdida u terġa’ taqta’ s-sentenza tagħha. Prattikament dan ifisser li suppost sa qabel it-30 ta’ Ġunju jkun hemm is-sentenza u l-piena li Juventus se jinħataw se tkun tgħodd dis-sena. X’se tkun il-piena, ovvjament, ħadd ma jista’ jkun jaf. Hu kważi żgur li se jerġgħu jitnaqqsu l-punti lil Juventus. Jekk, kif qed jirrapurtaw diversi gazzetti, il-punti mnaqqsa se jkunu 9 u mhux iktar 15, ikun interessanti ferm li naraw kif il-Qorti eventwalment se tiġġustifika dat-tibdil fid-deċiżjoni tagħha!

Wara li l-Qorti tal-Appell toħroġ is-sentenza tagħha, Juventus ikunu jistgħu jappellaw mill-ġdid quddiem il-Collegio di Garanzia tal-CONI u, f’każ ta’ konferma tas-sentenza, ikunu jistgħu jirrikorru għall-Qrati Ċivili (it-TAR). Ta min jgħid imma li t-TAR, l-istess bħall-Collegio di Garanzia tal-CONI, mhux se jidħlu fil-mertu tas-sentenza. Fi kliem ieħor Juventus ma jistgħux imorru quddiem it-TAR u jitolbu l-piena stabbilita mill-Qorti tal-Appell tal-FIGC tinbidel. It-TAR, bħall-Collegio di Garanzia, għandu l-funzjoni li jiċċertifika li l-kawża segwiet il-proċeduri legali kollha u ġew imħarsa l-prinċipji fundamentali tal-liġijiet Taljani.

Nagħlaq b’żewġ kunsiderazzjonjiet finali. L-ewwel nett mill-bieraħ stess bdew ħerġin ħafna kummenti ta’ avukati u nies esperti fil-qasam legali. Kif diġa’ kont ktibt qabel, il-vera problema mhix jekk dawk l-esperti għandhomx raġun jew le. Il-kwistjoni kollha, li milli jidher ħafna ma jridux jifhmu inklużi l-esperti, hi li l-ġustizzja sportiva taħdem b’mod totalment differenti mill-Qrati Ċivili. Il-ġustizzja sportiva għandha f’idejha l-jolly li jekk ma ssibekx ħati ta’ ksur ta’ regolament speċifiku, tista’ dejjem tirrikorri għall-Artiklu 4 tal-lealta’ sportiva, li hu kunċett tant vag u soġġettiv li diffiċli tiddefendi ruħek minnu. Il-patteġġament, li għal ħafna hu argument taboo, hu wisq probabbli l-aqwa arma difensiva li Juventus se jkollhom fil-kawżi l-oħra li mistennija jinfetħu kontrihom (il-manovra stipendi, it-tieni sett ta’ plusvalenze u l-partnerships ma’ klabbs oħra u l-aġenti). Il-patteġġament jintitolak għal skont ta’ nofs il-piena jekk isir qabel tibda l-kawża jew għal skont ta’ terz tal-piena jekk il-kawża tkun laħqet bdiet. La tgħaddi dejjem tagħhom, ikun iktar għaqli li tillimita d-danni u tagħlaq darba għal dejjem dal-kapitlu minflok noqogħdu nkaxkruh għal xi sena oħra. U min qed jaħseb li qatt se nġibuha żewġ mal-ġustizzja sportiva, naħseb li mhux qed ikun realistiku.

It-tieni punt hu li għalkemm il-Collegio di Garanzia tal-CONI ma kellux jidħol fil-mertu tas-sentenza, fil-verità spiċċa għamel hekk. Il-mod kif inhuma miktuba l-motivazzjonijiet tas-sentenza tal-Collegio di Garanzia, jikkundanna lil Juventus, jsostni t-teżi tas-sistema Juventus, jorbot idejn id-difiża u jqawwi l-pożizzjoni tal-akkuża. Prattikament il-Collegio di Garanzia qal lill-Qorti tal-Appell li Juventus għandhom jinstabu ħatja imma l-piena trid tkun spjegata sew. Juventus se jmorru quddiem il-Qorti tal-Appell biex jerġa’ jinstema’ l-każ iżda huma diġà kkundannati qabel tibda l-kawża. Biex ngħidu hekk il-Qorti tal-Appell trid biss tiddeċiedi x’se tkun il-piena!

Matthew Scerri

Awguri lill-ommijiet kollha

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jibagħtu l-isbaħ xewqat lill-ommijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Nawguraw lill-ommijiet kollha li jqattgħu jum mill-isbaħ imdawrin bl-għeżież tagħhom.

KONTRA KOLLOX U KULHADD

Hekk tissejjah ir-rebha tal-bierah kontra kollox u kulhadd ghaliex l-akkaniment li hemm kontrina huwa kbir u bla limitu u kif ktibt il-bierah fil-grupp taghna tad-dardir ukoll. Loghba shiha b’referee kontrina li biex isaffar fawl favurina trid taghmel weghda ma’ kull qaddis li jezisti! Izda nigi ghall-partita fejn kellna pjuttost bidu tajjeb b’certu determinazzjoni fil-loghob taghna specjalment lewwel 15 il-minuta tal-partita, izda bhas-soltu mal-hin bdejna naqghu lura u niddefendu fil-kaxxa u naturalment atalanta li huma tim agressiv kienet ovja illi ha jaghfsu u jkunu veloci bhas-soltu karateristika taghhom. Fortunatament ghaddiet l-ewwel taqsima minghajr ma’ qlajna l-gowl u kienet importanti ghaliex ghenitna moralment biex stajna fit-tieni taqsima ftahna aktar lil atalanta u filfatt wasal il-gowl tal-vantagg permezz ta’ Iling Junior li kellu partita tajba u laghab u ghin hafna lil shabu anka fil-fazi difensiva.

Minn hemm naturalment beda l-assedju ta’ l-atalanta li ma’ kienx hemm dubju li kienu ha jitfaw pressjoni kbira fuqna izda nghid bi pjacir li d-difiza kella partita kbira specjalment Rugani li kif rajnih li ser ikun titolari kollha hadna qatgha nkluz jien u ma nafx x’ma ntqalx qabel il-loghba fuq is-social media fuqu izda tana risposta b’loghba kbira fejn gab letteralment fix-xejn l-ewwel lil Zapata imbghad lil Muriel. Naturalment, l-akbar difett li kellna sa dak il-hin kien bhal dejjem fil-midfield; ma’ kellniex player li kapaci jaqbez avversarju u jtellana bil-ballun biex it-tim jiehu nifs, bis-soltu tqassim orribli u bis-soltu Rabiot(Mr 10 miljuni) li iva nghid li kien l-ghar wiehed fil-pitch. Kien slow, dejjem jew wara l-ballun jew qabel, personalita ta’ xejn u kultant tarah protagonist f’xi fawl inutli; minn player bhal dan nistenna hafna hafna ahjar u naf li hafna minnkom ma’ taqblux mieghi u ghandkom dritt. Filfatt kif dahal Paul Pogba rxoxtajna, kemm hassejnieh lil dan il-player! Fil-ftit hin li dahal trasforma lil ta’ madwaru, serrah lit-tim bil-kwalita tieghu, u ddefenda bil-fiziku tieghu, imsomma f’kelma wahda il-kwalita li ilna neqsin minna stagun shih.

Xtaqt issa naqsam maghkom fuq suggett ingenerali ta’ dan il-kampjonat u kemm jidher aktar car illi kultant huma l-players li jaghmlu kowc ghaliex tafu kemm ilna nikkritikaw inkluz jien lil Allegri u s-sistemi tieghu u l-faqar ta’ loghob li rajna tul dawn iz-zewg staguni. Misteru dawn l-injuries kollha li sofrejna fejn qatt ma’ stajna nikkompetu kif suppost biex ma’ nzidx l-inkwiet kollu barra l-pitch u li ghad irridu niffacjaw! B’dan kollhu qeghdin it-tieni u nistaqsi lili nnifsi kieku kellna l-players kollha x’kien jigri? Kieku ma’ kisruniex moralment x’kien jigri? Kowc irid ikollok jew players ta’ kwalita li jaghmlu d-differenza? Ghandna ragun nikkritikaw lil Allegri jew mnalla hemm hu li kien kapaci ghalmenu izomm sod f’sitwazzjoni tal-biza? Qeghdin nghagglu fil-konkluzjonijiet fuqu? Dawn huma d-domandi li naghmel lili innifsi ma nafx intom hux l-istess!

il-futbol ghalhekk sabih ghaliex l-affarijiet jinbidlu f’sekonda u kultant d-decizjonijiet jehtiegu hsieb ingenerali qabel jittiehdu.

Fl-ahhar nett u mhux lanqas, il-kaz Vlahovic li rega irritorna ghal gowl u nispera li ghall-lahhar parti ta’ l-istagun jibqa miftuh hekk! Ilbierah rajna kas veru ta’ razzismu u mhux kas ta’ player li ipprovoka u nstiga curva b’sinjali u kummenti! Ta’ lbierah kien vera kas ta’ razzismu bi grawnd shih jghajjar u ghal hin twil u d-dinja kollha semghet u segwit izda issa naraw x’ser jghidu l-istess paladini li harqitom qalbom ghal min ipprovoka u kien anka vjolenti! Ha naraw l-isponsor ta’ l-istadium ta’ atalanta jghidx xi haga! Ha naraw l-isem ta’ l-istadium taghna issa turix solidarjeta ma’ Vlahovic (ALLIANZ), ha naraw naghmlux issa gimgha programmi fuq bergamo u l-istadium ta’ l-atalanta! U fuq kollox ha naraw jghidux u jiktbu xi artikli l-gazzetti maltin u l-gurnalisti li ghandom jimlew l-media Maltija ukoll kif jaraw it-tajn gej ghall-Juventus imbghad meta tara l-background taghhom ikunu aktar sapporters milli gurnalisti! Dawn sa dalghodu sparixxew mis-social media (FOLOZ)

FORZA JUVE DEJJEM