Kompetizzjoni

Mill-partita kontra Bologna il-Kumitat se jkun qiegħed iniedi kompetizzjoni bi premju kull partita. Kulmin hu membru attiv imħallas dan l-istaġun u jirnexxielu wkoll jaqta’ r-riżultat preċiż tal-partita se jkun eliġibbli għall-premju. Il-kompetizzjoni se ssir direttament fil-grupp Facebook tal-Club tagħna. Fil-probabbiltà ta’ iktar minn rebbieħ wieħed jittella’ l-isem rebbieħ bix-xorti u jiġi notifikat fi żmien qasir. Nitolbukom tfittxu l-post konċernat fil-grupp Facebook tal-Club tagħna dakinhar tal-partita.

Joe Shields

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Jannar 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Jannar 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (13 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-13 ta’ Jannar 2021.

De Sanctis operat b’urġenza wara inċident tat-traffiku

L-eks gowler ta’ Juventus, Morgan De Sanctis kellu jkun operat b’urġenza dal-lejl wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Wara l-ħabta De Sanctis beda jitlef ħafna demm u ttieħed minnufih fil-Policlinico Gemelli fejn saritlu operazzjoni delikata biex titwaqqaf l-emoraġija u titneħħilu l-milza. Il-kundizzjonijiet tiegħu huma serji imma jidher li mhuwiex fil-periklu tal-mewt. Bħalissa qed jinżamm fl-ITU minħabba t-tip ta’ operazzjoni li saritlu. De Sanctis jinsab f’sensih u kellem lill-familjari tiegħu. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr!

Matthew Scerri

Alex Sandro pożittiv għall-Covid-19

Alex Sandro nstab pożittiv għall-Covid-19. Hu għandu sintomi ħfief u jinsab f’iżolament. Il-bqija tat-tim Juventin qed isegwi d-dispożizzjonijiet tal-protokoll tal-FIGC biex ikun jista’ jkompli jittrenja u jilgħab.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Diċembru 2020.

Parma-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Parma-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Diċembru 2020)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Diċembru 2020.