Il-plejers mgħajta għal Napoli-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Napoli huma:

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Frar 2021.

Demiral hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Inter

Demiral ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Inter tal-Coppa Italia. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 59% tal-voti, segwit minn De Ligt b’27% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’5% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Dybala għadu jħoss l-uġigħ

Illum Paulo Dybala ma ttrenjax mal-bqija ta’ sħabu minħabba li reġa’ ħass l-uġigħ f’siequ. Hu se jkollu jitlef il-partita kontra Napoli. Jidher li m’għandu xejn gravi biss dan l-uġigħ se jwassal biex għal darb’oħra jiġi pospost ir-ritorn għall-azzjoni tal-istilla Arġentina ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Injury għal Arthur. Se jitlef Napoli-Juventus

Arthur se jkollu jitlef anki Napoli-Juventus minħabba uġigħ f’saqajh. Illum sarulu xi testijiet u t-tobba fehmu x’inhi l-problema. Jidher li m’għandu xejn gravi tant li hemm xaqq ta’ tama li jilħaq jirkupra għall-partita taċ-Champions League kontra Porto.

Matthew Scerri

Juventus-Inter bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Inter. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Bentancur u Pellegrini sospiżi

Bentancur u Pellegrini se jitilfu Juventus-Roma tas-Sibt li ġej. Huma ġew sospiż għal partita waħda mill-Imħallef tal-Isport.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Aké hu plejer ta’ Juventus

Juventus ħabbru li kisbu lil Marley Aké mingħand O.Marseille. Fl-istess ħin Franco Tongya ħalla lil Juventus biex jingħaqad ma’ O.Marseille. It-trasferimenti huma fuq bażi permanenti, mhux self.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Spal

Juventus (4-4-2): Buffon; Demiral, De Ligt, Dragusin, Frabotta; Bernardeschi, Fagioli, Rabiot, Ramsey; Kulusevski, Morata.

Spal (3-4-2-1): Berisha; Okoli, Vicari, Ranieri; Dickmann, Esposito, Missiroli, Sernicola; Brignola, Seck; Floccari.