Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Dynamo Kiev

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Dynamo Kiev. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 82% tal-voti, segwit minn Morata b’8% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo u lil De Ligt b’3% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-10 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Spezia-Lazio: Chiffi

Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Juventus-Torino: Orsato

Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Inter-Bologna: Valeri

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 12.30 p.m.

Verona-Cagliari: Manganiello

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Parma-Benevento: Sacchi

Roma-Sassuolo: Maresca

Udinese-Atalanta: La Penna

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Crotone-Napoli: Marinelli

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Sampdoria-Milan: Calvarese

It-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Fiorentina-Genoa: Doveri

Matthew Scerri

Juventus-Dynamo Kiev bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Dynamo Kiev. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (3 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-3 ta’ Diċembru 2020.

Locatelli jista’ jkun l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus

Pirlo jrid lil Manuel Locatelli ma’ Juventus. Hekk għallinqas qed ikun irrapurtat minn Calciomercato.com. Juventus jistgħu jiksbuh b’self f’Jannar bid-dritt li jixtruh għal kollox fl-istaġun ta’ wara. Il-Bianconeri lesti anki jħallsu somma flus biex jiksbu lil Locatelli b’self.

Matthew Scerri

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Verona

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Verona. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 41% tal-voti, segwit minn Dybala (13%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Morata b’11% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Valencia f’negozjati għall-akkwist ta’ Rugani

Valencia għaddejjin b’taħdidiet għall-akkwist ta’ Daniele Rugani b’self bid-dritt li jixtruh is-sena d-dieħla. Skont Cadena Cope Rugani lest jaċċetta trasferiment magħhom biss l-Ispanjoli jridu li hu jnaqqas il-paga ta’ 3.5 miljun Ewro li għandu ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Higuain jgħaxxaqha fid-debutt tiegħu ma’ Inter Miami

Filwaqt li Luis Suarez kellu debutt tal-ħolm ma’ Atletico b’żewġ gowls u assist f’għoxrin minuta, l-istess ma nistgħux ngħidu dwar Gonzalo Higuain. It-tim tiegħu ta’ Inter Miami tilef 3-0 u l-Pipita falla penalty. Mhux hekk biss, ħin minnhom spiċċa ġie fl-idejn ma’ plejer avversarju. Kull darba li Higuain ikun ‘il bogħod mit-tim Juventin qed ikun nervuż u ma jkunx kapaċi jesprimi t-talent kollu tiegħu.

Matthew Scerri

Bħalissa aħjar nwarrbu t-trijonfaliżmu u d-disfattiżmu

F’dal-mument tal-istaġun naħseb li t-tim Juventin m’għanduz bżonn la t-trijonfaliżmu li kellna wara l-partita kontra Sampdoria u wisq inqas ċertu disfattiżmu li deher wara l-partita kontra Roma. Hu veru li ġimgħa ilu rajna wirja tajba u ħadna gost naraw lit-tim jilgħab. Fl-istess ħin, imma, hu veru wkoll li lbieraħ rajna wirja fqira għall-aħħar, speċjalment fl-ewwel taqsima. Irridu noqogħdu attenti, għallinqas hekk nemmen, li ma neloġjawx wisq u ma nikkritikawx iżżejjed lit-tim f’dal-mument tant delikat fejn Pirlo għadu qed jibni lit-tim. Irridu nkunu realistiċi u nitgħallmu mill-iżbalji. Ilbieraħ kien hemm wisq żbalji u nittamaw li Pirlo tgħallem il-lezzjoni. Fl-istess ħin ma nistgħu ninsew it-tajjeb li sar qabel u fuq dak irridu nkomplu nibnu. Imbagħad, bħalma dejjem ktibna, għad hemm il-kwistjoni tal-kampanja trasferimenti. Timijiet oħra ilhom jibnu t-tim tagħhom. Aħna ninsabu f’mument fejn irridu naqilbu lit-tim ta’ taħt fuq. L-akkwisti ta’ Kulusevski, Arthur, McKennie u Morata huma tajbin imma mhux biżżejjed biex it-tim ikun issaħħaħ kif mixtieq. F’nofs il-grawnd għad fadal ħafna xi jsir; neħtieġu attakkant tal-kaxxa; u anki fuq wara hemm bżonn xi rtokki. Jekk Agnelli, Paratici u Nedved mhux se jifhmu dal-punt kruċjali, allura, dejjem biex inkunu realistiċi, irridu nippreparaw ruħna għal staġun diffiċli ferm. Il-gap naqas drastikament fl-aħħar staġun. Inter, Atalanta, Lazio u Napoli qorbu ħafna lejn Juventus. Issa sta għal Pirlo bħala kowċ u lid-diriġenti jagħmlu dak kollu li hu meħtieġ biex it-tim jibqa’ kompetittiv u jkollu realment ċans jirbaħ l-għaxar kampjonat konsekuttiv.

Matthew Scerri