Tfigh ta’ aktar tajn

Dalghodu kont ser naqsam maghkom suggett illi forsi xorta kien jitratta d-dirigenza u t-tmexxija tal-club u l-opinjoni tas-sapporters u l-kitba fuq xi posts u opinjonijiet li gieli nara u naqra mhux biss f’dan il-grupp taghna izda kullimkien.

Dlonk kelli nibdel il-hsieb u l-kitba ghaliex kif tafu l-bierah filghaxija u dalghodu fil-gazzetti sportivi kollha rega beda l-ennezimu tfigh ta’ tajn u show bil-Juventus biex nergaw intebbu l-immagni ta’ din is-socjeta, xi haga li saret regolari u nista nghid ukoll bla tlaqliq ta’ kull sena. Xi haga li tidher cara hija mill-fatt li anka fuq kwistjoni sportiva ewropeja qatt ma’ sabet appogg minghand hadt fil-federazzjoni taljana u dan minn fuq li s-socjeta Juventus f’dawn l-ahhar snin dejjem kienet minn ta’ quddiem f’rinnovament biex mhux biss timxi l-quddiem hi stess izda thalli lill-italja kalcistika fuq il-mappa tad-dinja.

Issa faqqa l-kas plusvalenzi fejn dawn l-imberkin valuri ta’ players li jsiru hadt ma’ jista jghid u jistma kif ezattament tista taghmilom u dan gara fil-passat fil-konfront taz-zewg timijiet angli beati ta’ Milan li l-qorti ta’ Milan fit-2008 malajr kienet qatata illi hadt ma’ jista jikkmanda lil xi hadt kemm jistma xi haga illi hija propjeta tieghu. Izda meta jidhol l-isem ta’ Juventus hemm jrid isir show medjatiku li tahseb li hemm hmieg kbir u li zgur gara l-fatt; biex intikom ezempju l-kaz Suarez is-sena li ghaddiet fejn Juventus kienu totalment barra zmien li setaw irregistraw il-player u xorta dahlu fil-froga fl-ezami li ghamel l-player biex jakkwista passaport taljan (ahjar cempel lil Recoba u lil Moratti, dawk kienu experts kif jaghmluwom).

L-akbar hmerija li qrajt dalghodu kienet x’jistaw jehlu Juventus jekk jinstabu hatja u din tmur minn semplici multa jew tnaqqis ta’ punti minima u jekk isibu li ghamlu hekk biex jinkitbu fil-kampjonat tkun piena aktar gravi. Ma’ kontx naf jekk nibkix jew nidhaqx ghaliex is-sitwazzjoni ekonomika vera mhux sabiha imma alahares Juventus waslu f’sitwazzjoni fejn anqas ghandhom biex ihallsu iskrizzjoni ghal kampjonat taljan ghax vera tkun spiccat id-dinja u kieku j’alla jinbiegh il-club illum qabel ghada.

Sissa s-soltu silenzju tal-club jirrenja, dejjem s’issa! U din il-haga personalment ma’ sirtx niflaha aktar fejn fl-oppinjoni tieghi hija l-unika haga li fl-istil tal-passat zammejna. Ara x’hin nigu ghal rispett lejn is-sapporter illum sirna numri u magna tal-flus specjalment fil-biljetti tal-loghbiet li filfatt kellom jitrahsu wara t-tgergir tan-nies.

Il-konkluzjoni tieghi hija li s-socjeta missa ila zmien turi li tkun soda. Li tkun mira f’kull haga u f’kull avveniment vera li tista toqghod tiggiled u tahli l-hin ma’ hafna izda f’livelli gholjin qed inhallu wisq min ixejjirna mal-bnadar mahmugin kollha u dan ma’ jistax ikun li jibqa jigri, anka b’rispett ta’ miljuni ta’ sapporters imxerdin mad-dinja kollha li jsostnu u jhobbu bhalna lil din is-socjeta, lil dan il-club.

L-Ewropa storja differenti

Wara r-rebha konvincenti kontra Lazio fil-kampjonat ilbierah kellna lura l-loghba tac-champions league kontra Chelsea.

Kienet partita li uriet bic car id-differenza bejn il-kampjonat domestiku u dak Ewropew . Kienet partita li mal-ewwel minuti taghha deher bic-car li kien ha jkollna serata difficli hafna. Chelsea kienu totalment dominanti u aggressivi fl-ewwel kwarta tal-partita fejn imbaghad f’nofs l-ewwel taqsima hadna xi ftit tar-ruh u rajna certu loghob u hrug bil- ballun tajjeb minn naha ta’ Juventus.

Izda dan sfaxxa kollox wara li wasal l-ewwel gowl ta’ Chelsea li biex nghidu kollox wasal minn hands ball car ta Rudiger. Wara ftit minuti kellna cans tad deheb fejn Morata minn pass ta’ Locatelli gie wahdu quddiem il-gowler u dan iccippja tajjeb izda Thiago Silva qala l-ballun ezatt qabel dan spicca fix-xibka; zgur li kien ikun turning point importanti ghalina fil-loghba izda dan ma garax.

Fit-tieni taqsima kien letteralment dizastru fejn it-tim wera s-soltu fragilita u nuqqas ta’ koncentrazzjoni kbira. Midfield tilef totalment il-kontroll u l-avverssarji bdew letteralment jaghmlu li jridu u jaslu facilment fil-lasta taghna u dan ippermetta gowl wara iehor ta’ Chelsea.

Zgur illi lbierah kienet konferma li dan il-midfield huwa maghmul minn players medjokri u lanqas nimmagina kif irridu naffrontaw avversarji bhal Liverpool jew xi Bayern Munich b’dan it-tip ta’ midfield.

Hafna qed jghidu li Juventus f’Jannar ser jaghmlu xi akkwisti. Jien ftit nemmen li ser isir hekk u jekk isir mhux ha jigi akkwistat xi player ta livell gholi. Nistennew u naraw.

Zgur illi hemm diffikultajiet u nispera ma’ jirriflettux fil-kampjonat meta jmissna avversarju difficli hafna bhal Atalanta li zgur ghandom velocita u aggressivita simili ta’ Chelsea.

Forza Juve Dejjem!

Pass l’quddiem fondamentali

Il-partita kontra Lazio gabet 3 punti mportantissimi u fondamentali biex kif ghidt fl-artiklu li ktibt qabel il-loghba nibqaw vicin u forsi anka napprofrittaw minn xi telf ta punti mit-timijiet ta’ fuqna. Filfatt kellna l-ewwel telfa ta’ Milan kontra Fiorentina, kellna r-rebha ta Roma fuq Genoa li qabzuna b’punt u rebha ta Inter fuq Napoli, li sperajt li tintemm fi dro biex nkunu ersaqna lejn it-tnejn li huma. Ma ninsewx ir-rebha ta’ Atalanta li ser ikunu l-avversarji li jmiss,partita difficli ohra.

Fl-oppinjoni tieghi u xtaqt forsi fil-kummenti taghkom tesprimu l-oppinjoni taghkom ukoll minn din il-loghba hargu hafna affarijiet teknici pozittivi aktar mis-soltu. Il-fatt illi ghalkemm kien hemm bosta plejers nieqsa bhal Dybala, Alex Sandro, Danilo wara ftit hin, Cheillini, l-iskwadra xorta uriet certu solidita u certezza tattika, nista nghid tul id-disghin minuta kollha. Spikkat ukoll l-agressivita tal-plejers taghna f’nofs il-grawnd; xi haga li f’dan l-istagun ftit rajniha. Tattikament it-tim kien kwazi perfett, fejn l-ghazla ta Allegri kinet illi kemm seta mela l-midfield b’hames plejers biex jimblokka is-sahha offensiva tal-midfielders ta Lazio, li huma kapaci jsibu x-xibka spiss u rnexxietlu 100%.

Osservajt ukoll illi l-plejers donnhom accettaw illi f’dan il-mument li forsi neqsin minn certu kwalita fit-tim l-ahjar sistema hija din attwata illi nistennew l-avversarju, nkunu agressivi u naharbu bil-kontrattakk fejn plejers bhal Chiesa, Cuadrado u Morata bil-heffa taghhom jistaw ikunu ta periklu. Naf li bhalissa qed tghidu Morata! Naqbel aghkom. Plejer misteru li qatt ma ghamel il-qabza finali anzi pjuttost naqqas u kwazi qed ikun difensur aggunt mal-avversarju! Izda minn fuqu gie l-ewwel penalty. Il-midfield ghamel ukoll progress, fejn plejers bhal McKennie jidher li sab certu kontinwinta ghalhekmm teknikament jonqsu hafnax’jomghod biex jilhaq certu livell. Rabiot ukoll hadt gost narah jinzel jghin aktar lil shabu f’mumenti ta’ agressivita minn Lazio. Stennejt aktar minn Locatelli, li ghalkemm ma kienx hazin izda nistenna minnu li jiehu aktar it-tim f’idu u jtellana bil-ballun. Xi haga li neqsin hafna minna; dak l-plejer ta kwalita li kapaci johrog bil-ballun u jittma l-attakanti. Forsi Locatelli bdiet taffetwa xi ftit gheja fuqu ta hafna loghbiet kontinwi.

Minn naha ta Lazio ma kienx hemm dubju li kienu ha jtuna loghba b’hafna agressivita. Kien hemm hafna pompa fil-media Taljanaghax kellhom l-attakkant Ciro Immobile nieqes. Qisu m’hawnx punta bhal Immobile! Lazio kif ghidt qabel ma kienux perikoluzi ghaliex il-Juve kienu kapaci tul il-loghba kollha jillimitawlhomplejers bhal Milinkovic-Savic u Luis Alberto milli jixxutjaw mil-boghod bhas-soltu, fejn spiss zblukkaw rizultati favurihom. Naturalment telfa kontra Juventus hadd ma jaf jaccettaha u l-harga li fil-kummenti u fl-atitudni tal-plejers meta nghataw iz-zewg penalties li kienu cari daqs il-kristall, drajna naraw dawn ir-recti. Spikkaw is-soltu kummenti redikoli ta Maurizio Sarri li huwa espert ta kif igib l-iskuzi wara kul telfa kien ma min kien. Kultant nghid li rbahna l-ahhar kampjonat litteralment minghajr kowc.

Inharsu l’quddiem lejn il-loghba kontra Chelsea fejn hemm ukoll nistaw immorru b’certu trankwillita li anke rizultat ta dro ghalina jkun bizzejjed biex niehdu l-ewwel post fil-grupp. Filwaqt li ma ninsewx li gejja loghba ohra iebsa kontra Atalanta. Nisperaw illi nirkupraw xi plejers mill-injuries ghaliex dan huwa mument fondamentali li nigu bzonn kull plejer. Ezempju car kien Pellegrini kontra Lazio plejer ftit uzat minn Allegri li kellu loghba tajba immens.

Lejn Lazio vs Juventus – Pierre Borg

Wara l-waqfa tal-kampjonat minħabba l-partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-tim nazzjonali li ma’ kienu xejn posittivi ghat team nazzjonali Taljan li ser ikollu jgħaddi mil-playoffs biex forsi jipparteċipa fit-tazza tad-dinja li jmiss.

Il-kampjonat jerġa jkompli u t-tim Juventin wara rebħa mportanti kontra Fiorentina qabel il-waqfa jmissu jilgħab kontra avversarju diffiċli ieħor ta’ Lazio fl-istadio olimpico ta’ Ruma. Wara kull waqfa wieħed dejjem irid jara x’effetti tkun ħalliet u ħallew il-logħob fil-players li jkunu lagħbu mat-timijiet rispettivi tagħhom speċjalment f’injuries li setgħa kien hemm, vjaġġi twal tal-players sud Amerikani u l-moral tal-players speċjalment Taljani jirritornaw lura bih fil-club tagħhom. Għalhekk dawn il-partiti inħobb insejħilom tal-misteru u li ma’ tafx x’jista jiġri fijom.


Lazio dejjem ikunu avversarju ostiku fejn f’dawn l-aħħar staguni dejjem kienu kompettitivi u minn ta’ quddiem. Lazio milli jidher ser ikollom xi nuqqas ta’ players. Immobile reġa irritorna lura minn mat-tim nazzjonali minħabba injury fil-pexxun, u dan jingħaqad mal-player ta’ nofs il-ground Marusic li irriżulta pożittiv ghal covid. Iżda xorta Lazio jibqaw skwadra iebsa b’ħafna players ta’ talent u interessanti, fosthom Milinkovic-Savic; player tajjeb ħafna fil-midfield u għandi kurzita kif dan il-player baqa qatt ma’ ġie akkwistat minn xi top club fl-Ewropa.

L-akkwist ta’ Mattia Zaccagni mingħand Verona ukoll huwa player interessanti ħafna u ta’ ċertu potenzjal. Ma dawn inżid lill-player Luis Alberto, player tekniku u fin immens li l-ħin kollu jisqi lill-attakkanti bi blalen ferm tajba li jistaw jkunu letali ghal avversarji; tip ta’ player illi fl-oppinjoni tiegħi Juventus neqsin ħafna minn dan it-tip ta’ player. Ma ninsewx ukoll l-esperjenza li ġab player bħal Pedro fl-iskwadra Laziali.

Mil-kamp Juventin nittama li ma’ jkunx hemm xi injuries fit-tul. Diġa smajna bl-injury ta’ Paolo Dybala fil-pexxun tant li ġie mibdul waqt il-logħba ta’ l-Argentina. Rodrigo Bentancur ukoll qala daqqa f’irkoptu għalkemm ma’ jidher li hemm xejn gravi, għalkemm il-player ma’ kienx qiegħed ikun ma’ l-ewwel ħdax fl-aħħar logħbiet għaliex mhuwiex għaddej minn forma brillanti.

Din il-partita hija mportanti u fondamentali biex Juventus jibqaw iżidu fil-punti u jibqaw viċin l-ewwel postijiet tal-klassifika bit-tama illi t-timijiet ta’ qabilna jfallu xi punti. Tkun ħasra jekk nerġaw nagħmlu passi lura għaliex jista jkollna effetti ħżiena ħafna mhux biss fil-klassifika iżda anka moralment fir-rendiment tal-partiti li jmiss wara Lazio. Importanti li t-tim isib stabbilita u konċentrazzjoni u determinazzjoni darba għal dejjem f’dan l-istaġun għaliex dan il-kampjonat ser ikun determinanti  rigward l-istat ekonomiku tal-club ghal futur.

Għalhekk nittamaw li nirritornaw minn Ruma bi tlett punti biex minn hawn inħarsu biss il-quddiem u qatt aktar lura f’dan il-kampjonat.

FORZA JUVE #FINOALLAFINE

Kitba ta Pierre Borg

Is-sitwazzjoni ta’ l-iskwadra u s-socjeta Juventina – Pierre Borg

Bla dubju dan kien wiehed mill-aktar bidu difficli u altalenanti li Juventus qatt kellom fl-istorja taghhom. Zgur illi minn wara d-decizjoni ta’ tlett snin ilu, li z-zmien ta’ Allegri bhala kowc kien spicca u s-socjeta kienet iddecidiet illi tibdel u tmur ghal tip ta’ futbol u kowc aktar b’mentalita offensiva, hafna inkluz jien kienu qablu maghha .Izda hafna inkluz anka d-dirigenza ma’ irrealizawx illi dak iz-zmien is-suq tal-kowcis ftit kien joffri alternattiva ta’ livell ta’ Juventus u fl-opinjoni tieghi minn hemm bdiet it-triq ghas sitwazzjoni li qeghdin fija illum.

Forsi qeghdin tistaqsu kif mort daqsekk lura fis-snin? Semplici,ghaliex il-Juventus hija azjenda u bhal kull azjenda trid tkun kapaci taghmel ghazliet kemm jista jkun tajba, programmati, b’kapacita li tanticipa lil clubs ohra bhal ma kien isir fil-passat. Jekk nelenka d-decizjonijiet diskutibli li ittiehdu nahseb dan l-artiklu ma’ jieqafx! Fostom akkwisti ta’ players bil-famuzi free transfer (taparsi) ghaliex fir-realta dawn ghalijom jithallsu commissions enormi lill-agenti ,lill-genituri u salarji kbar lill-players kif filfatt gara u intom daqsi tafu sew min jithallas flejjes kbar bhal 7 miljuni fis-sena u illum kollha nistaqsu imma dawn kif waslu f’dawn il-livelli!

Ghaddew tnax il-loghba u ghalkemm mis-season li ghadda ma’ nbidel xejn partikolari hlief l-akkwist ta’ Locatelli, player tajjeb izda wahdu mhuwiex ha jsolvi kwazi xejn mil-problemi li hemm fil-midfield Juventin zgur li stennejna aktar minn 18 il-punt li ghandna bhalissa. S-socjeta b’Allegri inkluz pruvaw igeluna nemmnu li b’dan il-materjal kien bizzejjed u ser inkunu kompetittivi! Nistqarr maghkom bi tbissima, xi tridom jghidu pubblikament? Izda kif gieli qsamt maghkom opinjoni fil-grupp tal-club taghna s-supporters, ghandom mohh biex jahsbu u qalb li thoss ghalkemm kultant nitkellmu bil-passjoni sforz kemm inhobbu lil Juventus.

Xhieda ta’ decizjonijiet diskutibli hijja l-iskwadra fil-pitch b’wirjiet ftit tajbin fil-kampjonat fejn nibdew nahsbu li ser jinbidlu l-affarijiet u wara nergaw naraw wirjiet li lanqas tibda temmen jekk ma’ tarax! Naturalment wara snin ta’ rebh kulhadd jista jkollu sena jew tnejn illi tnaqqas u ma jigux successi izda ma’ kontx personalment nistenna daqsekk konfuzjoni u ghazliet hziena fis-socjeta u dan nixtieq niktbu u naqsmu maghkom il-membri aktar il-quddiem f’artikli ohra li ser nikteb.

It-triq il-quddiem? Bhalkom nixtieq nibda nara skwadra izjed kompatta fil-pitch, skwadra aktar projetteta ghal kontra attakk ghax il-players taghna huma ta’ dak il-karateristika. Naturalment bhalkom nixtieq li fis-suq ta’ Jannar jinbidel xi haga fil-midfield, izda nistedinkom ma’ noholmux wisq ghaliex trid issir xi cessjoni biex isir xi akkwist u wisq probabli li l-akkwist jista jkun li janticipaw ir-ritorn ta’ Rovella li qieghed b’self ghand Genoa.

Is-sitwazzjoni finanzjarja mhix wahda sabiha wara pandemija li laqtet lil kull klabb fid-dinja; harsu biss lejn Barcellona li kienu mostruzi fil-finanzi u magna tal-marketing izda aktar ma’ tkun kbir aktar id-daqqa tkun kbira. L-ahhar haga ghal illum li xtaqt naghlaq biha. Naqra u nara hafna rabja ghal Andrea Agnelli u ghal familja ghaliex kultant narawom konservattivi wisq! Tajjeb li tkunu tafu illi din il-familja kieku trid ghandom biex jonfqu daqs l-aqwa propjetarji li jonfqu u jixtru lil kulhadd izda dawn huma nies u familja ta’ negozju u kollox isir bl-ghaqal. Ftakru li din il-familja taghtna successi kbar, zammet lil Juventus gewwa stabilita, tellatna mill-infern u l-club ghalijom huwa parti mill-familja mhux bhal haddiehor li jinbiegh darba iva u darba le u anqas biss jaf jghid ta min hi l-propjeta!

Naghlaq billi nirringrazzja lill-President u l-Kumitat kollu tal-fiducja li taghni biex nibda naqsam dawn il-hsibijiet maghkom permezz ta’ dawn l-artikli.

FORZA JUVE #FINOALLAFINE

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Ottubru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Ottubru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 12/10/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 12/10/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 12/10/2021

Suppliment – L-ewwel paġni tal-gazzetti (1 ta’ Ottubru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġna tal-Gazzetta dello Sport li kienet nieqsa mill-artiklu ta’ qabel li tellajna ghall-1 ta’ Ottubru 2021. Skużawna ta’ din l-inkonvenjenza pero’ ma kinitx taħt il-kontroll tagħna.

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 01/10/2021

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 15/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 15/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 15/09/2021

Illejla bidu ġdid…

Fid-dinja tal-futbol bidu ġdid jaf ifisser bidla għall-ahjar jew għal-għar. F’kollox hekk fil-verita. Illejla għal darb’oħra se nkunu qed nissapportjaw lit-tim ta qalbna f’wieħed mill-għar grawnds f’termini ta atmosfera u passjoni – Stadio Diego Armando Maradona ġewwa Napli. Fi kliem Cherubini nnifsu, illejla jerġa jibda proġett ġdid; bi plejers bħal Kaio Jorge, Chiesa, Dybala u Locatelli li huma l-futur ta Juventus. Bla dubju li hemm plejers ohra żagħżagħ li se jkunu l-qofol tat-tim moving forward bħal De Ligt u dawn se jkun qed jinbena tim madwarhom.

Taħlieta ta talent

Il-plejers li semmejna hawn fuq huma żagħżagħ u l-futur tal-Juventus. Pero dis-sena se jkun hemm taħlieta ta esperjenza u żogħżija grintuża. Benjamini bħal ma huma Bonucci u Chiellini żgur li se jkunu qegħdin jgħinu iżjed minn qatt qabel lil sħabhom kollegi żagħżagħ. Dan mhux biss minħabba l-fatt li dan huwa xogħolhom bħala leaders fid-dressing room iżda wkoll minħabba l-fatt tat-tluq tal-ikbar stilla tal-futbol minn magħna. Iż-żewg Taljani issa għandhom ir-ridni f’idejhom u għalhekk iridu jkunu huma li juri passjoni liema bħala fil-grawnd biex jimbuttaw it-tim l’quddiem.

Madanakollu, dan ma jfissirx li m’hemmx elementi fit-tim fejn id-diriġenza setgħet ħadmet aħjar biex tipprova ssibilhom klabb ġdid. Plejers bħal Ramsey (injury prone), Bernardeschi (qatt ma wera xejn), Sandro (naqqas ħafna) u De Sciglio (wisq inkosistenti) imisshom ilhom li ħallew il-klabb. Pero issa li hemm hemm u dan huwa argument għal artiklu ieħor. Nisperaw biss li jkollhom l-aqwa staġun ta ħajjithom għax żgur mhux forsi se jkollna bżonn lil kulħadd din is-sena u l-fatt li qegħdin hemm jieħdu paga enormi, might as well jintużaw u jagħtu l-aħjar tagħhom.

Il-kowċ

Nemmen li Allegri se jkollu l-ikbar challenge tal-karriera tiegħu bħala kowċ. Fl-ewwel stint tiegħu magħna sab tim drilljat tajjeb ħafna bi plejers ta kwalita enormi fin-nofs u b’żewg plejers ta esperjenza kbira quddiem. Did-darba huwa kompletament l-oppost ix-xenarju li jsib ruħu fih. Għandna midfield b’talent tajjeb pero naħseb li huwa ftit żbilanċjat b’punt wieħed biss ta referenza (Locatelli) li għadu kemm issieħeb magħna. Fuq quddiem hemm Dybala u Morata li Allegri ġa jaf sew pero li s’issa ma wrewx il-potenzjal kollhu tagħhom. Għalhekk, il-kowċ irid soluzzjoni ġdida għal din il-verżjoni ta Juventus.

B’telfa home fl-aħħar logħba nemmen li Allegri se jkun qed itanbar f’widnejn il-plejers biex iqumu għal-okkażjoni. Bħal ma naħseb ga esprimejt qabel, nemmen li bit-taħlieta ta plejers li hemm, esperjenza u żogħżija għandna fejn nieħdu pjaċir dan l-istaġun. Ma naħsbux li llejla se tkun proposta faċli pero. Napoli away dejjem logħba iebsa speċjalment meta jkollok kontinġent sħiħ ta plejers mhux magħżula. Jekk illejla r-riżultat ma jkunx dak li nixtiequ, mhux se tkun waqgħet id-dinja. Niftakru ħames snin ilu fejn wara għaxar rawnds konna qiegħdin it-tnax il-post! U lkoll nafu x’ġara hemm.

Illum iktar minn qatt qabel hemm bżonn li nkunu wara t-tim, jilgħab min jilgħab. Oppinjoni kulħadd għandu u se jkollu wara t-tisfira finali. U sewwa jagħmel kull sapporter jesprimi/tesprimi l-oppinjoni. Pero tgħajjir u kliem ħażin fil-konfront ta xulxin u tat-tim jew diriġenza ma jwassal mkien. Insewgu, niddiskutu, nifirħu, nirrabjaw u niddibattu iva għax wara kollox rridu t-tim jimxi l’quddiem. Narawkom il-klabb illejla! U wara logħba semma leħnek! Ikun xi jkun ir-riżultat; għidilna x’taħseb!

NARAWKOM! FINO ALLA FINE!