Tmiem ta’ era

Issa li harget l-ahbar ufficjali tat-tluq ta’ Ronaldo minn ma Juventus nistaw naghmlu xi osservazzjonijiet. Bla dubju ta’ xejn li Ronaldo gab mieghu bidla kbira meta nghaqad maghna. L-istess se jigri issa li telaq darb’ ghal dejjem minn maghna. Gejjin tibdiliet kemm fil-grawnd u ohrajn barra l-grawnd. F’dan l-artiklu se nispjega x’nahseb li se jigri going forward.

Ronaldo skurja izjed minn 100 goal ghall-Juventus

Fil-grawnd

L-ewwel haga rridu nammettu li fl-ahhar tlett snin strahna mhux ftit fuq il-goals li skurja Ronaldo. Taht Sarri kif ukoll taht Pirlo nibza nahseb fejn konna naslu li ma kienx ghalih li jigbed it-tim mieghu l’quddiem. Biss biss is-sena l-ohra spicca capocannoniere (l-aqwa skorer) fil-lig. Dan minkejja l-fatt li l-Juventus ma rebhux il-kampjonat – fatt li diga ghandu jixhed il-kontribut enormi li CR7 ta matul l-istagun li ghadda. Pero apparti l-goals li ghamel jew li kien involut fihom Ronaldo fl-ahhar tlett snin ma nistawx ma nsemmux xi zvantaggi li gab mieghu fil-grawnd. It-tim, b’mod kollettiv, deher car li strah fuq il-fatt li hemm Ronaldo fil-pitch u kemm il-darba rajna tentattivi biex ninvolvuh kemm nistaw bit-tama li nsibu goal; dan specjalment kontra timijiet li jintefaw jiddefendu en masse.

Rizultat

Dan se jwassal biex f’partiti difficli bhal dik li ghadna kemm assistejna ghaliha nhar is-Sibt, it-tim ma jkollux pedina fuq xiex jistrih. U fil-fatt spiccajna bla xuttijiet ta’ kwalita fil-lasta – bir-rizultat ikun li tlifna l-partita. Rizultat iehor tat-tluq ta’ Cristiano huwa li donnu l-leadership fil-grawnd naqset u dak l-individwu li jimbotta u jigbed it-tim mieghu fuq l-attakk mhux hemm. Wiehed jittama li plejers ohra jqumu ghall-okkazjoni u jiehdu r-riedni f’idejhom. Qed nirreferi ghall-plejers bhal Dybala u Chiesa.

Fuq punt pozittiv, jien tal-oppinjoni li bhala tim issa nistaw nilaghbu b’mod inqas ristrett u b’izjed liberta. Individwi bhal Dybala, Chiesa u Kulusevski nemmen li jkunu jistaw jesprimu izjed lilhom nfushom. Nisperaw li dan isehh u nibdew naraw rizultati wara l-bidu deludenti li rajna s’issa.

Mix-xellug – Paratici, Nedved u Cherubini

Barra l-grawnd

Il-karriera ta Beppe Marotta ma Juventus lahqet il-qofol taghha bil-mossa Ronaldo fl-2018. Wara dan it-trasferiment Marotta telaq il-klabb u ha over floku Fabio Paratici. Hemm hafna ghidut dwar x’wassal biex Agnelli jnehhi lil Marotta minn postu. Wahda mill-ghidut principali kienet li Beppe qatt ma kien favur l-akkwist massigg ta Ronaldo specjalment ta dik l-eta. Dan wassal ghall-promozzjoni ta Paratici ghal-irwol ta Direttur Sportiv u mill-ewwel inbidlet l-istrategija li biha kienu jahdmu l-Juventus fil-mercato. Minn att ta kuntratti u marketing, specjalment fuq social media, il-Juventus hadu spinta enormi l’quddiem. Nistaw insemmu l-kuntratt mal-Adidas ghall-kit tal-Juventus. Dan il-kuntratt igedded ghal-€50 miljun ewro fis-sena. Bla dubju li l-prezenza ta Ronaldo fit-tim kienet fattur importanti biex stajna ngibu dawn il-figuri.

Kienet sfortuna kbira li Ronaldo inghaqad maghna sena u nofs qabel hakmitna l-pandemija. Il-paga stratosferika ta’ €31 miljun li Juventus kienu obbligati jhallsu lil Cristiano zgur li m’ghenitx is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb. Pero bhal ma semmejt, il-kuntratt hekk kien jirrekjedi u hadd ma seta bassar x’kien gej minn ghadd ta pandemija li gabet il-kulħadd gharkupptejh.

Rizultat

It-tluq ta Ronaldo se jaghti nifs tant mixtieq u mistenni lis-socjeta minn att ta finanzi. Finanzi kemm minn att ta stress relief fuq pagi kif ukoll jinhelsu fondi pjanati ghal Ronaldo li issa jistaw jintuzaw biex jingiebu plejers ohra li hopefully ikunu l-futur tal-iskwadra. Diga rajna fl-ahhar sieghat l-ewwel mossa post-Ronaldo bit-testijet medici ta Moise Kean li mistenni jinghaqad ma Juventus b’self u obbligu ta xiri fil-futur. Nahseb li issa s-socjeta, specifikament Cherubini u Arrivabene ghandhom ic-cans li jibnu skwadra izjed kompluta skont il-htiega li ghandu Allegri. Zgur li b’€31 miljun salvati, nistaw naghtu pagi xierqa lill-plejers li nemmnu jistaw jaghtu kontribut specjalment fuq l-attakk. Ghalhekk, minn aspett ta reklutagg tal-plejers nisperaw li nimxu l’quddiem u nsibu plejers tajbin bizzejjed biex kollettivament jipprovdu it-30 goal li Ronaldo wahdu kien jipprovdi sa ftit tax-xhur ilu.

X’tahseb li se jkun l-impatt tal-era post-Ronaldo ghall-Juventus? Taqbel ma li ntqal hawn fuq jew tahsiba differenti? Ghidilna x’tahseb fil-comments sections ta’ Facebook

Podcast #2 – Manuel Cassar

JCVA PODCAST 1 – JOSEPH FENECH

Segwi hawn fuq it-tieni podcast mis-sensiela mat-tezorier tal-klabb Manuel Cassar.

Podcast #1 – Joseph Fenech

JCVA PODCAST 1 – JOSEPH FENECH

Segwi hawn fuq l-ewwel podcast mis-sensiela mal-President tal-klabb Joseph Fenech.

Il-programm tal-partiti tat-2 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m.

Udinese-Venezia 3-0

Il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m.

Verona-Inter 1-3

Is-Sibt 28 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m.

Atalanta-Bologna: Orsato

Lazio-Spezia: Dionisi

Is-Sibt 28 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m.

Fiorentina-Torino: Mariani

Juventus-Empoli: Ghersini

Il-Hadd 29 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m.

Genoa-Napoli: Di Bello

Sassuolo-Sampdoria: Sacchi

Il-Hadd 29 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m.

Milan-Cagliari: Serra

Salernitana-Roma: Abisso

Matthew Scerri

Mendes jinsab Pariġi

Jorge Mendes wasal Pariġi b’titjira privata li hu qabad wara li tkellem mad-diriġenti ta’ Juventus. Hemm spekulazzjonijiet li Mendes se jkollu laqgħa ma’ PSG. Momblano, mill-banda l-oħra, qed isostni li Mendes bħalissa hu bbażat f’Pariġi minn fejn qed jaħdem f’daż-żminijiet ta’ restrizzjonijiet parzjali minħabba l-pandemija.

Matthew Scerri

Approvata ż-żieda fil-kapital sa massimu ta’ 400 miljun

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus approva l-pjanijiet għaż-żieda fil-kapital għal massimu ta’ 400 miljun Ewro. F’Ottubru se jkun hemm il-laqgħa għax-share-holders li hu l-aħħar pass qabel jibda l-proċess kollu. Exor diga’ ħabbru li se joħorġu sehemhom (madwar 75 miljun Ewro). Dal-flus se jmorru prinċipalment biex ikunu mitigati l-effetti tal-pandemija u fl-istess ħin Juventus ikunu jistgħu jkomplu għaddejjin bil-proġetti kummerċjali tagħhom filwaqt li tinżamm il-kompetittività tat-tim.

Matthew Scerri

Mbappe jrid jitlaq lil PSG. X’se jkun il-futur ta’ Ronaldo?

Leonardo kkonferma pubblikament li Mbappe jrid jitlaq lil PSG. Il-klabb Franċiż lest iħallih jitlaq biss bil-prezz li qed jitolbu huma. F’dar-rigward Leonardo sostna li Real kienu skorretti fl-imġiba tagħhom u ddikjara li l-offerta mressqa minn Real hi ferm ‘il bogħod minn dak li qed PSG.

Aħna hawn mhux se nidħlu fil-merti tan-negozjati bejn Real u PSG għalkemm jaqbdek id-daħk li uffiċjal ta’ PSG jitkellem dwar skorrettezza meta nafu sew dak kollu li ġara fl-aħħar snin. Li jinteressana hu x’se jkun il-futur ta’ Ronaldo. Dejjem issemma li Mendes kien tkellem ma’ PSG li riedu lil Ronaldo f’każ li jitlaqhom Mbappe. Issa rridu naraw jekk verament PSG humiex se joffru 30 miljun lil Juventus għal Ronaldo. Is-suq tat-trasferimenti wasal biex jagħlaq u ma fadalx żmien biex Juventus isibu sostitut għal CR7.

Matthew Scerri

Ronaldo kellu jieqaf mit-training

Cristiano Ronaldo llum kellu jieqaf mit-training wara li qala’ daqqa f’dirgħajh mingħand Alex Sandro. Hu deher muġugħ u kellu jabbanduna t-training sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Matthew Scerri