Posts

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Diċembru)

Is-sena 1988 kienet intemmet b’Derby della Mole fejn Juventus għelbu lil Torino 1-0 b’gowl ta’ Altobelli.

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ Diċembru)

L-aħħar partita tal-2018 kienet dik bejn Juventus u Sampdoria fl-Allianz Stadium. Juventus kienu rebħu l-partita b’doppjetta ta’ Ronaldo.

Bħal-lum fil-passat (21 ta’ Diċembru)

Ftit jiem qabel il-Milied tal-1952 Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Roma. Il-partita rat lill-Bianconeri jirbħu 3-2 bil-gowls ta’ Praest (2) u John Hansen.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Diċembru 2020)

Lura għas-sena 1998 meta proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Rosenborg fiċ-Champions League bl-iskor ta’ 2-0. Għall-Bianconeri kienu skurjaw Inzaghi u Amoruso.

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ Diċembru)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum hu mill-Archivio Storico Luce u joħodna lura għas-sena 1951 meta proprju bħal lum Juventus kienu ġew draw bla gowls fil-kampjonat fid-Derby ta’ Turin.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Novembru)

Bħal-lum fl-1974 Juventus laqgħu f’darhom lil Ajax għal partita mir-Rawnd tal-Aħħar Sittax tat-Tazza Uefa. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 1-0 b’gowl ta’ Damiani.

Filmat: Haller fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Novembru)

Bi pjaċir qed inwasslulkom filmat ieħor storiku mill-Archivio Storico Luce. Illum qed noħdukom lura għas-sena 1949 meta Juventus kienu għelbu lil Inter 3-2.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Novembru)

Filmat storiku ieħor li joħodna lura għall-1952. Dik is-sena, proprju fid-9 ta’ Novembru, Juventus kienu impenjati fid-Derby kontra Torino. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-1 favur it-tim ta’ Boniperti.

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Novembru)

Illum se niħdukom lura għas-sena 1988. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw konfront mimli gowls bejn l-Juventus ta’ Zoff u l-Bologna ta’ Maifredi.