Posts

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Novembru 2020)

Illum se noħukom lura għas-sena 1970 meta Juventus għelbu lil Cagliari 2-1 b’doppjetta ta’ Anastasi.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Ġunju)

Nhar l-4 ta’ Ġunju 1961 kien biżżejjed draw kontra Bari biex Juventus ikun matematikament champions tal-Italja għat-12-il darba fl-istorja tagħhom. Dakinhar l-iskor tal-partita kien ta’ 1-1, b’Mora jpoġġi lil Juventus fil-vantaġġ minn penalty, filwaqt li De Robertis kiseb id-draw għal Bari.

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Diċembru)

Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 1972 meta Juventus għelbu lil Vicenza barra minn darhom bil-gowls ta’ Altafini u Anastasi.

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali u allura Juventus ħadu posthom.

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Novembru)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum se joħodna għas-sena 1989 meta Juventus għelbu lil Karl Marx Stadt fit-Tazza Uefa.

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Novembru 2020)

Illum qed inwasslulkom filmat tassew antik li joħodona lura għall-1949 meta proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Pro Patria bl-iskor ta’ 0-3.

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 1988 meta Juventus għelbu f’darhom lil Athletic Bilbao fit-Tazza Uefa bl-iskor kbir ta’ 5-1.