Posts

Anniversarju: Il-25 ta’ Mejju hu jum speċjali għal Scirea u Zoff

Id-data tal-lum, il-25 ta’ Mejju, hi ġurnata speċjali fil-ħajja u l-karriera ta’ żewġ leġġendi ta’ Juventus: Gaetano Scirea u Dino Zoff. L-ewwel wieħed twieled proprju f’dan il-jum: fil-25 ta’ Mejju 1953. Tletin sena wara, fil-25 ta’ Mejju 1983, Dino Zoff lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kienet partita speċjali: il-Finali tat-Tazza taċ-Champions. Ix-xorti riedet li Zoff temm il-karriera ma’ Juventus b’telfa kontra Hamburg.

Matthew Scerri

Anniversarju: 22/5/1996 Juventus jirbħu ċ-Champions League għat-tieni darba

Sitta u għoxrin sena ilu Juventus rebħu t-tieni u s’issa l-aħħar Champions League fl-istorja tagħhom. Dakinhar l-avversarji kienu Ajax. Juventus kellhom wirja kbira u marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Ravanelli. Wara kien hemm id-draw ta’ Litmanen. L-assedju Juventin fuq il-lasta ta’ Ajax ma ħalliex il-frott mistenni u l-partita kellha tiġi deċiża bil-penalties.

AJAX-JUVENTUS 1-1 (2-4 (wara l-għoti tal-penalties)
Skorjaw: Ravanelli (J), Litmanen (A)

Ajax: Van der Sar, Silooy, Blind, De Boer F. (Scholten), Bogarde, De Boer R. (Wooter), Finidi, Davids, Kanu, Litmanen, Musampa (Kluivert). Kowċ: Van Gaal.

Juventus: Peruzzi, Ferrara C., Pessotto, Torricelli, Vierchowod, Paulo Sousa (Di Livio), Deschamps, Conte (Jugovic), Vialli, Del Piero, Ravanelli (Padovano). Kowċ: Lippi.

Referee: Diaz Vega (Spanja)

Penalties: Davids (milqugħ), Ferrara (gowl), Litmanen (gowl), Pessotto (gowl), Scholten (gowl), Padovano (gowl), Silooy (milqugħ), Jugovic (gowl).

Kont taf … 3 scudetti fl-14 ta’ Mejju!

L-14 ta’ Mejju hi data importanti ferm fl-istorja ta’ Juventus. Fl-2016 kellna ċ-ċerimonja ta’ preżentazzjoni tat-trofew tal-kampjonat fi tmiem il-partita kontra Sampdoria (skor finali 5-0). Apparti dik kellna anki żewġ okkażjonijiet oħra fil-passat fejn Juventus rebħu matematikament il-kampjonat. Fl-1950 irbaħna t-8 scudetto, filwaqt li fl-2006 ikellna r-rebħ tal-kampjonat numru 29. Fis-sena 2000 Juventus kienu qrib li jirbħu scudetto ieħor, biss kulħadd jaf sew x’inqala’ waqt Perugia-Juventus. Kienet telfa li ħassejna bil-kbir għall-mod kif waslet: partita sospiża għal 80 minuta u wara tkompliet fuq grawnd mifqugħ bl-ilma tax-xita!

Dejjem f’din il-ġurnata tal-14 ta’ Mejju tas-sena 1992, Juventus kienu lagħbu u tilfu l-Finali tal-Coppa Italia kontra Parma. Partita oħra storika f’dan il-jum hi l-famuża Juventus-Real Madrid 3-1 tal-2003, liema partita tat lil Juventus id-dritt li jilagħbu l-Finali taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Anniversarju: Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieled Giuseppe Meazza

Fit-23 ta’ Awwissu 1910 twieldet leġġenda tal-futbol Taljan, Giuseppe Meazza. Hu r-raba’ l-aqwa skorer fl-istorja tas-Serie A u wieħed mit-tliet plejers Taljani li rnexxilhom jirbħu t-Tazza tad-Dinja darbtejn. Għalkemm hu rabat ismu l-iktar ma’ Inter u Milan, Meazza lagħab anki sena ma’ Juventus. FL-istaġun 1942-43 hu skorja 10 gowls f’27 partita mal-Bianconeri.

Il-filmat t’hawn taħt fih xi gowls ta’ Meazza:

Anniversarju: 15-il sena ilu l-Italja rebħet it-Tazza tad-Dinja

Fid-9 ta’ Lulju 2006 l-Italja rebħet it-Tazza tad-Dinja. Biex infakkru l-15-il anniversarju ta’ din ir-rebħa qed inwasslulkom filmat bil-gowls kollha fl-edizzjoni tal-2006:

Anniversarju: 25/4/1990 Juventus jirbħu l-Coppa Italia

Wieħed u tletin sena ilu Juventus rebħu l-Coppa Italia għat-tmien darba fl-istorja tagħhom. Fil-finali huma kienu lagħbu kontra Milan u rebħu bl-iskor ta’ 1-0 bil-gowl tar-rebħa jkollu l-firma ta’ Roberto Galia. Dik il-ħabta l-Finali tal-Coppa Italia kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. L-ewwel konfront, f’Turin, kien intemm fi draw ta’ 0-0. Imbagħad, kif għidna, fil-25 t’ April 1990 Juventus f’San Siro għelbu lil Milan u għollew it-trofew.

Matthew Scerri

Anniversarju: 25/4/1995 miet Andrea Fortunato

Illum jaħbat is-26 anniversarju mill-mewt ta’ Andrea Fortunato. Kien proprju fil-25 t’April 1995 li Fortunato tilef il-ġlieda kontra l-marda kiefra tal-lukiemja. Kien deher li seta’ jirbaħ din il-ġlieda, imma xi kumplikazzjonijiet wasslu biex Fortunato ħalla din id-dinja fl-età ta’ 23 sena. Il-video t’hawn taħt ifakkarna ftit min kien Fortunato.

Matthew Scerri

Anniversarju: 3/4/1896 titwieled “La Gazzetta dello Sport”

Fit-3 ta’ April 1896 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba “La Gazzetta dello Sport”. Fir-ritratt t’hawn fuq tidher l-ewwel paġna ta’ dik l-edizzjoni. Għall-ewwel snin il-gazzetta kellha l-karta kulur aħdar u kienet titratta l-aktar iċ-ċikliżmu u t-tlielaq taż-żwiemel li tant kienu popolari. Fl-1899 il-kulur tal-karta sar roża u mill-1908 bdiet torganizza l-Giro d’Italia.

Matthew Scerri

Anniversarju: 17/3/1935 l-aħħar gowl ta’ Orsi ma’ Juventus

Kien proprju fis-17 ta’ Marzu 1935 li Raimundo Orsi skorja l-aħħar gowl tiegħu bl-flokk ta’ Juventus (Juventus-Lazio 6-1). Hu kien l-istilla tat-tim Juventin fis-snin tal-ħames scudetti konsekuttivi (il-famuż Quinquennio d’oro). Orsi kien winger Arġentin magħruf għat-teknika, il-ħeffa u d-dribbling tiegħu. Jingħad li l-familja Agnelli xtratu wara li ġġennet warajh hekk kif fil-Logħob Olimpiku kiseb il-midalja tal-Fidda mall-Arġentina. Juventus xtrawh għal somma rekord għal dak iż-żmien: 100,000 Lira Taljana. L-akkwist tiegħu seħħ anki jekk fl-istaġun 1928/29 ma kienx permess li jiġu reġistrati barranin. Tant kienu jemmnu fih, li Juventus ħaduh u ħallewh sena jittrenja biss (b’paga kbira għal dak iż-żmien ta’ 8,000 Lira Taljana fix-xahar). Sena wara, imbagħad, Orsi seta’ jilgħab mal-Bianconeri. B’kollox libes il-flokk ta’ Juventus għal 177 partita b’total ta’ 77 gowl. Peress li hu kien ‘oriundo’, jiġifieri b’dixxendenti Taljani, seta’ jilgħab għall-Italja u fl-1934 rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Azzurri, wara li skorja fil-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja.

Matthew Scerri

2 ta’ Marzu 1947: Id-debutt ta’ Giampiero Boniperti ma’ Juventus

Illum qed infakkru anniversarju importanti ħafna. Proprju bħal-lum, fit-2 ta’ Marzu 1947 għamel id-debutt bil-flokk glorjuż Juventin Giampiero Boniperti.

Inutli ngħidu min hu dan ir-raġel. Plejer leġġendarju, President rebbieħ f’kull grawnd, u emblema ta’ “StileJuve” fid-dinja. Mhux ta’ b’xejn li 

Vincere non è importante, è l’unica cosa che conta!

ħarġet minn fomm dan ir-raġel imwieled l-4 ta’ Lulju 1928 u li fis-Serie A lagħab 443 logħba bil-flokk abjad u iswed. Rekord li għal tul ta’ żmien twil (qabel l-avvent ta’ leġġenda oħra Alessandro Del Piero) kien ifisser bħala l-aktar plejer preżenti fl-istorja ċentenarja tal-club.

Record ta’ Giampiero Boniperti

Serie A    443 logħba – 178 gowls

Coppa Italia 13 – 1 gowl

Champions Cup  3 – 0 gowls

Totali : 459 logħba / 179 gowls – Rebaħ 5 Scudetti u 2 Coppa Italia

https://www.facebook.com/Juventus/videos/1719814431379112

Serie A 1946-1947 – Tielet logħba tat-tieni rawnd
Torino – Stadio Comunale
Il-Ħadd 2 ta’ Marzu 1947 ħin 3.00pm

JUVENTUS-MILAN 1-2
Skurjaw : Annovazzi 44 (M), Puricelli 51 (M), Sentimenti V. penalty 82 (J)

JUVENTUS: Sentimenti L., Vicich, Varglien G., Depetrini, Parola, Magni, Sentimenti V., Piola, Boniperti G., Vycpalek, Korostelev – Kowċ : Reanato Cesarini

MILAN: Rossetti, Cerri, Clocchiatti, Bonomi, Toppan, Tognon, Gimona, Annovazzi, Puricelli, Tosolini, Carapellese – Kowċ : Bigogno

Referee : Gemini

Pierre Bonavia