Posts

Anniversarju: 18/2/2012 – l-ewwel gowl ta’ Pirlo ma’ Juventus

Disa’ snin ilu Andrea Pirlo kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kienet intlagħbet partita tal-kampjonat bejn Juventus u Catania. Kif għidna Pirlo ħalla l-firma tiegħu fuq il-partita … ovvjament il-gowl ma setax ma jasalx minn free-kick mill-isbaħ.

Anniversarju: 14/2/1961 Sivori jirbaħ il-Ballun tad-Deheb

Bħal-lum fl-1961 Omar Sivori kien sar l-ewwel plejer Juventin li qatt rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Dan il-filmat ifakkarna ftit min kien dan il-ġenju tal-futbol.

Anniversarju: 12/2/1990 Vittorio Caisotti di Chiusano jinħatar President ta’ Juventus

Fit-12 ta’ Frar 1990, Vittorio Caisotti di Chiusano nħatar President ta’ Juventus. Hu kien it-23 President fl-istorja ta’ Juventus. għal snin twal hu serva ta’ avukat tal-FIAT u proprju għall-kapaċitajiet tiegħu li l-familja Agnelli għażlitu biex ikun President ta’ Juventus. Hu żamm din il-kariga sal-mewt tiegħu li seħħet fil-31 ta’ Lulju 2003. Taħt it-tmettixa tiegħu Juventus rebħu 16-il trofew fl-Italja u fuq skala internazzjonali.

Matthew Scerri

Anniversarju: 27 ta’ Diċembru 1983 Platini jirbaħ il-Ballun tad-Deheb

Fis-27 ta’ Diċembru 1983 Michel Platini kien rebaħ l-ewwel wieħed mit-tliet Blalen tad-Deheb konsekuttivi tiegħu personali. Għal snin twal, sa żmien Messi u Ronaldo, Platini kien l-uniku li qatt rebaħ il-Ballun tad-Deheb għal tliet darbiet u saħansitra fuq tliet snin konsekuttivi.

Anniversarju: 30/10/1977 Renato Curi jmut fil-grawnd waqt Perugia-Juventus

Fit-30 ta’ Ottubru 1977 Renato Curi, midfielder ta’ Perugia, miet b’attakk tal-qalb fil-grawnd wara biss ħames minuti mill-bidu tal-partita Perugia-Juventus. Sal-ġurnata tal-lum l-istadium ta’ Perugia jġib l-isem ta’ dan il-midfieler ta’ 24 sena li d-destin ried li jibqa’ mfakkar għal traġedja personali.

Anniversarju: 15/10/2005 Chiellini jiddebutta ma’ Juventus

Illum qed niċċelebraw il-ħmistax-il anniversarju mid-debutt ta’ Giorgio Chiellini bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar Juventus kienu lagħbu kontra Messina. Għaddew ħmistax-il sena u Chiellini daħal fil-klassifika tal-għaxra li l-aktar lagħbu ma’ Juventus.

Anniversarju: 75 sena ilu d-debutt ta’ Piola ma’ Juventus

Bħal-lum 75 sena ilu ddebutta ma’ Juventus il-plejer leġġendarju Silvio Piola. Kien proprju fl-14 ta’ Ottubru 1945, fl-okkażjoni tad-Derby bejn Juventus u Torino, li Piola libes għall-ewwel darba l-flokk ta’ Juventus u skorja minn penalty l-gowl tar-rebħa Bianconera. Piola hu l-plejer li sal-ġurnata tal-lum għandu r-rekord tal-ikbar numru ta’ gowls fil-karriera fis-Serie A. Lagħab u għamel isem għalih innifsu ma’ Pro Vercelli u Lazio. Rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Italja, kien diversi drabi topscorer tas-Serie A u fl-1945, fl-età ta’ 32 sena, ingħaqad ma’ Juventus wara li ma ridtx jaċċetta l-offerta ta’ Lazio li kienu qed joffrulu biss persentaġġ minn fuq il-qliegħ tagħhom minflok paga fissa. Kif għidna d-debutt tiegħu ma’ Juventus seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1945 kontra Torino li lagħab magħhom b’mod mhux uffiċjali fi żmien il-gwerra. Il-partita tad-debutt tiegħu (kontra ‘il Grande Torino’) rat lill-Bianconeri joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, b’Piola jiskorja l-gowl deċiżiv. Komplessivament fis-sentejn li qatta’ ma’ Juventus, Piola skorja 26 gowl f’57 partita. Ma rebaħx il-kampjonat magħna għax kellu quddiemu t-tim qawwi ta’ Torino. Interessanti li l-aħħar partita tiegħu ma’ Juventus kienet kontra l-eks tim tiegħu Lazio fis-6 ta’ Lulju 1947 (skor finali 3-3).

Matthew Scerri

Sitt snin ilu l-ewwel gowl ta’ Morata bil-flokk ta’ Juventus

Sitt snin ilu bħal-lum Alvaro Morata skurja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Kien proprju fis-27 ta’ Settembru 2014, f’partita f’Bergamo kontra Atalanta, li Morata sab ix-xibka għall-ewwel darba ma’ Juventus. Minn dakinhar għaddew sitt snin u min jaf jekk id-destin huwiex se jirriservalu l-ewwel gowl tat-tieni esperjenza tiegħu ma’ Juventus proprju fid-data tas-27 ta’ Settembru.

Anniversarju: 18/9/2002 l-ewwel gowl ta’ Camoranesi ma’ Juventus

Fit-18 ta’ Settembru 2002 Mauro German Camoranesi skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Camoranesi, tajjeb infakkru, hu wieħed mill-ħamsa l-kbar li baqgħu ma’ Juventus wara Calciopoli fis-Serie B. F’Settembru 2002 hu ffirma l-gowl  Juventin fid-draw ta’ 1-1 kontra Feyenoord fiċ-Champions League.

Anniversarju: 16 /9/1992 l-ewwel gowls ta’ Conte u Torricelli

Nhar is-16 ta’ Settembru 1992 Juventus lagħbu kontra Anorthosis Famagosta fit-Tazza Uefa. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 6-1 għall-Bianconeri. Dakinhar Moreno Torricelli u Antonio Conte kienu skurjaw l-ewwel gowl tagħhom bil-flokk ta’ Juventus.