Posts

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Ferencvaros

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Ferencvaros. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 33% tal-voti, segwit minn Morata b’30% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Problema fiżika ta’ natura differenti għal Arthur u Ramsey

Arthur u Ramsey ma setgħux ikomplu l-partita kontra Ferencvaros. Arthur jidher li kellu problema fl-istonku u għalhekk inbidel bejn l-ewwel u t-tieni taqsima. Ramsey, mill-banda l-oħra, rajnieh jaqa’ mal-art minħabba problema muskolari. Għada nkunu nafu kif jinsabu.

Matthew Scerri