Posts

Bħal-lum fil-passat (10 ta’ Novembru)

Bħal-lum fl-1985 Juventus kienu għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 3-1. Għall-Bianconeri skurjaw Mauro, Laudrup u Serena.

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Settembru)

Lura għas-sena 1954 meta proprju fis-26 ta’ Settembru Juventus laqgħu f’darhom lil Lazio. Il-partita ntemmet bl-iskor kbir ta’ 4-2 favur il-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Settembru)

Hu dejjem gost u pjaċir tagħna niħdukom lura fiż-żmien biex naraw filmati rari ta’ epoka kompletament differenti minn dik tal-lum. Il-filmat tal-lum fih il-gowls tal-partita Lazio-Juventus 0-3, li ntlagħbet fis-16 ta’ Settembru 1956.

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ Settembru)

Ħarsa lura lejn l-2012 meta proprju fit-2 ta’ Settembru Juventus għelbu barra minn darhom lil Udinese bl-iskor ta’ 1-4. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Giovinco (2), Vidal u Vucinic.

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Settembru)

Tletin sena ilu Juventus sofrew l-akbar telfa fis-Super Cup Taljana. Dakinhar il-Juventus ta’ Maifredi sfaw umiljati minn Napoli f’partita li rat lin-Naplitani jirbħu 5-1.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Awwissu)

Fis-27 ta’ Awwissu 2006 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Napoli f’partita tal-Coppa Italia. L-iskor finali kien ta’ 3-3. Għal Juventus skurjaw Chiellini e darbtejn Del Piero. Minħabba r-riżultat ta’ draw ingħataw il-penalties u Napoli rebħu 5-4.

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Awwissu)

Qabża lura għas-sena 1999 meta, proprju bħal-lum, Juventus kienu impenjati fit-Tazza Intertoto kontra Rennes fit-tieni leg tal-Finali tal-kompetizzjoni. L-iskor finali kien ta’ 2-2, b’Conte u Zambrotta jiskurjaw għal Juventus. B’dar-riżultat Juventus rebħu t-Tazza Intertoto.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Lulju)

Qed inwasslulkom filmat ieħor minn partita ta’ ħbiberija li kienet parti mill-International Champions Cup. Bħal-lum fl-2016 Juventus kienu għelbu lil South China bl-iskor ta’ 2-1.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Lulju)

Partita oħra ta’ ħbiberija mill-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-2010 Juventus kienu lagħbu kontra Al-Nassr Riyad u rebħu 5-0.

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Lulju)

Immorru lura għas-sena 2004 meta Juventus għelbu lil Alessandria bl-iskor ta’ 5-0 f’partita ta’ ħbiberija.