Posts

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Ġunju)

Qed inwasslulkom filmat li joħodna lura għas-sena 1989 meta fis-Serie A Juventus għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 3-0 , b’gowls ta’ Laudrup u Rui Barros (2).

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Ġunju)

Immorru lura għas-sena 1989 meta proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu fil-kampjonat lil Lazio bl-iskor ta’ 4-2. Il-gowls ta’ Juventus kellhom il-firma ta’ Buso (2), De Agostini u awtogowl ta’ Piscedda.

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Ġunju)

Bħal-lum fl-1995 Juventus kienu impenjati fil-Finali tal-Coppa Italia. Il-Bianconeri kienu rebħu 1-0 b’gowl ta’ Porrini. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu ssibu l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Mejju)

Immorru lura għas-sena 1954 meta proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Napoli fil-kampjonat bl-iskor ta’ 3-2. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Ricagni, Boniperti u Hansen.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Mejju)

Bħal-lum fl-2017 kien intemm il-kampjonat tas-Serie A. Dakinhar Juventus kienu lagħbu kontra Bologna  u rebħu 1-2. Ta’ min jgħid li Moise Kean kien skurja l-ewwel gowl tiegħu għal Juventus.

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Mejju)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 2007 meta fil-kampjonat tas-Serie B Juventus għelbu lilMantova 2-0 bil-gowls ta’ Trezguet u Nedved.

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Mejju )

Bħal-lum fl-1993 Juventus kienu rebħu t-Tazza Uefa għat-tielet darba fl-istorja wara li għelbu fil-Finali lil Borussia Dortmund. 

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Mejju)

Fl-2003, proprju bħal-lum, Juventus laqgħu f’darhom lil Real Madrid fis-SemiFinali taċ-Champions League. It-tim ta’ Lippi rebaħ bl-iskor ta’ 3-1, bil-gowls ikollhom il-firma ta’ Trezeguet, Del Piero u Nedved. Permezz ta’ dir-rebħa Juventus kienu kisbu d-dritt li jilagħbu l-Finali kontra Milan.

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Mejju)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura eżattament erbatax-il sena. Il-partita kienet Juventus-Bologna. Skor finali 3-1.

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Mejju)

Tmien snin ilu Juventus rebħu l-iscudetto numru 31 fl-istorja tagħhom u kien propju fl-11 ta’ Mejju 2013 li saret il-premjazzjoni lit-tim Juventin. F’dan il-video, miġjub lilkom minn ‘Gobbo Maltese’, tistgħu taraw iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.