Posts

Bħal-lum fil-passat (10 ta’ Mejju)

Fl-istorja nsibu li fl-10 ta’ Mejju Juventus rebħu matematikament żewġ scudetti. Fl-1998 wasal il-25 scudetto, filwaqt li ħames snin wara rbaħna l-iscudetto numru 27 tal-istorja. Hawn taħt tistgħu taraw il-videos tal-partiti.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Mejju)

Roberto Baggio protagonist fir-rebħa ta’ Juventus fuq Foggia bħal-lum fl-1993. Hu fil-fatt skurja hattrick fil-partita li ntemmet bl-iskor ta’ 4-2 għall-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat ( 8 ta’ Mejju)

Is-sena hi l-2005. Fit-8 ta’ Mejju Juventus marru f’San Siro f’dak li kien konfront dirett bejn l-ewwel żewġ timijet tal-klassifika. Il-Bianconeri jirbħu 0-1 b’gowl ta’ ħadd ħlief minn wieħed mill-mistednin speċjali tal-Club tagħna ftit tas-snin ilu, David Trezeguet. L-azzjoni tal-gowl hi waħda magħrufa: rovesciata ta’ Del Piero li tefa’ l-ballun fil-kaxxa u Trezeguet jitfa’ l-ballun fix-xibka b’daqqa ta’ ras.

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Mejju)

Il-filmat tal-lum se joħodna għas-sena 1961 meta Juventus għelbu lil Lecco 4-2 bil-gowls ta’ Charles (2), Sivori u Nicolé.

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Mejju)

Il-partita li qed inwasslulkom illum hi konfront bejn Juventus u Roma li ntlagħab fl-2001. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 2-2.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Mejju)

Fl-4 ta’ Mejju 1977 Juventus kienu impenjati fl-ewwel leg tal-Finali  tat-Tazza Uefa kontra Athletic Bilbao. Skor finali 1-0 għal Juventus, gowl ta’ Tardelli.

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Mejju)

Qabża lura għas-sena 1987 meta Juventus fil-kampjonat għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 2-1 b’gowls ta’ Manfredonia u Aldo Serena.

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Mejju)

Illum qed inwasslulkom partita tal-Europa League bejn Juventus u Benfica. Skor finali 0-0.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ April)

Filmat b’intervista lil Bettega, apparti siltiet mill-partita stess, fejn l-attakkant Juventin jirreplika għall-polemiki marbutin mal-għażliet tar-referee. Kif tistgħu taraw il-qrid ta’ Napoli ma bediex biss fl-aħħar ftit snin.

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ April)

29 ta’ Mejju 1995, ftit jiem wara l-mewt ta’ Andrea Fortunato, Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Fiorentina. Il-Bianconeri ta’ Lippi rebħu 1-4, gowls ta’ Vialli, Baggio, Ravanelli u Marocchi.