Posts

Bħal-lum fil-passat: 16/1/1985 Juventus jirbħu s-Super Cup tal-Ewropa

36 sena ilu bħal-lum Juventus rebħu għall-ewwel darba s-Super Cup tal-Ewropa. Kien proprju fis-16 ta’ Jannar 1985 li Juventus laqghu f’darhom lil Liverpool f’partita li ntlagħbet minkejja l-ħafna silġ kesa l-pitch. U dakinhar l-eroj ta’ Juventus kien Zibi Boniek, il-‘Bello di notte’, li skorja d-doppjetta deċiżiva għall-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Jannar)

Fil-15 ta’ Jannar 1997 Juventus marru Pariġi biex jilagħbu l-ewwel leg tas-Super Cup Ewropea. Il-Bianconeri, Champions tal-Ewropa, urew il-qawwa tagħhom b’rebħa kbira ta’ 1-6.

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Jannar)

Ħarsa oħra lejn il-passat. Fl-14 ta’ Jannar 1951 Juventus marru Bergamo jilagħbu kontra Atalanta u kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 1-5.

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Jannar)

Pisa-Juventus tal-1991, b’rebħa kbira favur Juventus bl-iskor ta’ 1-5. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Casiraghi (3) u Roberto Baggio (2).

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Jannar)

Filmat tal-partita Juventus-Ternana li ntlagħbet bħal-lum fl-1975. Skor finali 2-0 bil-gowls ta’ Damiani u Causio.

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Jannar)

Bħal-lum fl-1953 Juventus kisbu waħda mill-ikbar rebħiet ta’ dejjem fuq Lazio. L-iskor finali kien ta’ 5-0. Dan hu filmat ta’ dik il-partita:

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Jannar)

Bħal-lum fl-1983 Juventus laqgħu fl-Istadio Comunale lil Genoa. Il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 4-2 favur Juventus.

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Jannar)

Altalfini u Anastasi kienu l-eroj ta’ Juventus fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Inter miksuba nhar is-7 ta’ Jannar 1973. Dawn hu filmat ta’ dik il-partita:

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Jannar)

Nhar il-5 ta’ Jannar 2014 Juventus taw tislima kif tixraq lil David Trezeguet. Dan sar qabel il-partita tal-kampjonat Juventus-Roma, liema partita ntemmet bl-iskor ta’ 3-0 favur Juventus b’gowls ta’ Vidal, Bonucci u Vucinic.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Jannar)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għall-4 ta’ Jannar 1976 meta l-Bianconeri għelbu lil Napoli fl-iStadio Comunale bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor u wara kellna r-reazzjoni Bianconera li wasslet għall-iskor finali ta’ 2-1 favurihom.