Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Novembru)
Fit-8 ta’ Novembru 1953 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Bologna fil-kampjonat tas-Serie A. It-tim Juventin kiseb rebħa ta’ 0-1, gowl ta’ Praest.
Fit-8 ta’ Novembru 1953 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Bologna fil-kampjonat tas-Serie A. It-tim Juventin kiseb rebħa ta’ 0-1, gowl ta’ Praest.
Il-konfronti bejn Juventus u Milan minn dejjem kienu kkumbattuti ferm. Fis-7 ta’ Novembru 1976 Juventus marru jilagħbu kontra r-Rossoneri barra minn darhom. Milan marru fil-vantaġġ ta’ 2-0 u kollox kien jindika li kienu se jiksbu punti massimi. Madankollu l-grinta Bianconeri wasslet għal rimonta mill-isbaħ u Bettega (doppjetta) u Benetti rnexxilhom idawru r-riżultat favur il-Bianconeri.
Illum qed inwasslulkom filmat antik ta’ konfront tat-Tazza taċ-Champions. Bħal-lum fl-1977 Juventus kienu laqgħu f’darhom lit-tim ta’ Glentoran mill-Irlanda ta’ Fuq. Il-Bianconeri rebħu 5-0 bil-gowls ta’ Virdi (2), Boninsegna, Fanna u Benetti.
Fit-30 ta’ Ottubru tal-1996 Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Rapid Vienna fil-gruppi taċ-Champions League. Dakinhar il-Bianconeri kienu rebħu 5-0 b’doppjetti ta’ Boksic u Del Piero, bil-gowl l-ieħor ikollu l-firma ta’ Montero.
Qabża lura għas-sena 1950 meta Juventus kienu għelbu lil Bologna bl-iskor kbir ta’ 0-5 .
Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 1988 meta Juventus għelbu f’darhom lil Athletic Bilbao fit-Tazza Uefa bl-iskor kbir ta’ 5-1.
Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1998 meta, proprju bħal-lum, Juventus kienu għelbu lil Inter fis-Serie A bl-iskor ta’ 1-0, gowl ta’ Del Piero.
Helmut Haller kien skurja l-gowl li bih Juventus għelbu lil Atalanta bħal-lum fl-1971. Il-filmat t’hawn taħt iwasslilkom l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.
Nestor Combin bħal-lum fl-1967 kien l-eroj ta’ Juventus bi tripletta fid-Derby. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-0 favur il-Bianconeri.
Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 1999 meta Juventus għelbu barra minn darhom lil Levski Sofia fit-Tazza Uefa. Kovacevic (2) u Oliseh skurjaw il-gowls Bianconeri fir-rebħa ta’ 1-3.