Posts

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Novembru)

Filmat storiku ieħor li joħodna lura għall-1952. Dik is-sena, proprju fid-9 ta’ Novembru, Juventus kienu impenjati fid-Derby kontra Torino. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-1 favur it-tim ta’ Boniperti.

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Novembru)

Illum se niħdukom lura għas-sena 1988. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw konfront mimli gowls bejn l-Juventus ta’ Zoff u l-Bologna ta’ Maifredi.

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Novembru)

Il-partita mill-passat li qed inwasslulkom illum hi Juventus-Napoli li ntlagħbet fil-5 ta’ Novembru 1950. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 3-2 favur Juventus. Il-gowls Bianconeri kellhom il-firma ta’ Boniperti (2) u Hansen.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Novembru)

Fl-4 ta’ Novembru 1970 Juventus laqgħu f’darhom lil Barcellona fit-Tazza tal-Fieri, il-verżjoni l-aktar qadima tat-Tazza Uefa. Il-Bianconeri rebħu 2-1 b’gowls ta’ Bettega u Capello. Ta’ min jirrimarka li dan kien l-ewwel gowl li Fabio Capello qatt skorja bil-flokk Juventin.

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Novembru)

Bħal-lum fl-1992 Juventus kienu kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 f’darhom kontra Ancona. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Ottubru)

Immorru lura għall-31 ta’ Ottubru 1971 meta Roberto Bettega kellu wirja stupenda kontra Milan f’partita li rat lill-Bianconeri jirbħu 4-1. Bettega skurja tnejn mill-erba’ gowls, wieħed b’daqqa ta’ ras maġistrali u l-ieħor b’daqqa ta’ takkuna.

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1990 meta l-Juventus ta’ Baggio, Schillaci u Casiraghi tat erbgħa lil Inter tal-Ġermaniżi Mattheus-Brehme-Klinsmann.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Ottubru)

Filmat tassew antik li joħodna lura għas-sena 1946 meta, proprju bħal-lum, Juventus kienu lagħbu kontra Napoli. Fil-filmat tal-Istituto Luce nistgħu naraw lill-Bianconeri jirbħu bil-gowl tal-leġġendarju Viola.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għas-sena 1949 meta Juventus għelbu lil Genoa barra minn darhom bl-iskor ta’ 1-2. Għall-Bianconeri skurjaw Hansen u Martino.

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Ottubru)

Bi pjaċir illum qed inġibulkom filmat ta’ partita tas-Serie li tmur lura għas-sena 1952. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 4-0.