Posts

Ara x’qalu Bonucci u Allegri lejlet PSG-Juventus

Bonucci u Di Maria se jitilfu Juventus-Roma

Bonucci se jitlef il-partita kontra Roma. Allegri spjega llum li hu ma jinsabx fl-aqwa tiegħu u allura se jitħalla barra mill-partita t’għada sabiex jirkupraw għal kollox. Allegri qal ukoll li Di Maria qed jirkupra tajjeb u ttrenja għal xi ħin mal-bqija tat-tim. Fi kliemu l-indikazzjonijet huma li l-Arġentin se jkun jista’ jilgħab kontra Fiorentina fil-bidu ta’ Settembru.

Matthew Scerri

Tlieta dubjużi għal Sampdoria-Juventus

Tliet plejers Juventini jinsabu dubjużi għall-partita Sampdoria-Juventus. It-tliet plejers huma Bonucci, Zakaria u Fagioli. Bonucci probabbli se jkollu jitlef il-partita, filwaqt li Zakaria u Fagioli se jkunu qed jagħmlu sforz biex ikunu għad-dispożizzjoni ta’ Allegri. Nafu li Zakaria kellu bugħawwiġ lejn tmiem il-partita kontra Sassuolo u milli jidher matul dil-ġimgħa ma setax jittrenja sew minħabba li ħassu għajjien. Xejn gravi ovvjament, l-istess bħal Fagioli, imma rridu nistennew li mhuwiex se jkun mija fil-mija f’sikktu. Hu forsi x’aktarx minħabba f’hekk li Rabiot mistenni jibda mill-ewwel minuta mionflok Zakaria kontra Sampdoria.

Matthew Scerri

Ronaldo u Girelli huma l-Aqwa Plejers għall-istaġun 2019/20

Cristiano Ronaldo ġie ppremjat waqt il-Gran Galà del Calcio bħala l-Aqwa Plejer tas-Serie A għall-istaġun 2019/20. Cristiana Girelli ta’ Juventus Women hi l-Aqwa Plejer tas-sena fost in-nisa. Bonucci u Dybala jiffurmaw parti mit-tim tas-sena tal-irġiel.

L-Aqwa Ħdax tal-Irġiel: Donnarumma, Theo Hernandez, De Vrij, Bonucci, Gosens; Barella, Gomez, Luis Alberto; Dybala, Immobile, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Gasperini.

L-Aqwa Ħdax tan-Nisa: Laura Giuliani (Juventus), Alia Guagni (Atletico Madrid), Linda Sembrant (Juventus), Lisa Boattin (Juventus), Elisa Bartoli (Roma), Aurora Galli (Juventus), Manuela Giugliano (Roma), Valentina Cernoia (Juventus), Daniela Sabatino (Sassuolo), Tatiana Bonetti (Fiorentina), Cristiana Girelli (Juventus). 

Ingħataw premijiet anki lil Atalanta bħala l-Aqwa Klabb tas-Sena, kif ukoll lil Daniele Orsato li ġie magħżul bħala l-Aqwa Referee.

Matthew Scerri

Bonucci suppost m’għandu xejn gravi

Għada se nkunu nafu l-entità tal-injury muskolari li sofra Bonucci waqt Juventus-Roma. Kollox jindika li hu injury ħafif. Madankollu hu probabbli li Pirlo ma jirriskjahx fil-partita kontra Inter minhħabba l-ħafna impenji importanti li Juventus għandhom fil-kumplament ta’ Frar.

Matthew Scerri

Is-seba’ Super Cup fil-karriera ta’ Bonucci

Leonardo Bonucci llejla se jkun qed jilgħab għas-seba’ darba fil-karriera l-Finali tas-Super Cup Taljana. Hu se jilħaq lil Zanetti. Aħjar minnhom it-tnejn hemm biss Stankovic u Buffon li lagħbu disa’ darbiet.

Matthew Scerri