Posts

Real Madrid f’taħdidiet għat-tiġdid tal-kuntratt ta’ Sergio Ramos

Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm ħafna xnigħat li Juventus u PSG setgħu jiffirmaw lil Sergio Ramos b’xejn is-sajf li ġej meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Real Madrid. Issa El Chiringuito qed jirrapurtaw li fl-aħħar jiem Real Madrid bdew taħdidiet ma’ Ramos biex jilħqu ftehim miegħu għat-tiġdid tal-kuntratt. Fi kliem ieħor hu probabbli li Sergio Ramos itemm il-karriera ma’ Real Madrid.

Matthew Scerri

Locatelli għadu fil-mira ta’ Juventus

Manuel Locatelli qed ikompli jikkonferma li jinsab lest għal qabża ta’ kwalità fil-karriera tiegħu u Paratici hu dejjem iktar konvint li jridu ma’ Juventus. Sassuolo, min-naħa tagħhom, ma tantx jixtiequ jbigħuh f’Jannar biss, skont Calciomercato.com, offerta tajba f’Jannar tista’ tibdlilhom fehemthom. Locatelli qed jingħata valur ta’ 30 miljun, somma li Juventus lesti jonfqu biss il-pagamenti jridu jkunu mqassma fuq numru ta’ snin tipo kif sar għal Morata u għal Chiesa.

Matthew Scerri

Isco, Marcelo u Alaba

Fil-ġimgħat li għaddew kellna diversi aħbarijiet dwar interess min-naħa ta’ Juventus f’Isco, Marcelo u Alaba. It-tnejn ta’ Real Madrid jidhru li mhux se jkunu qed jitilqu lit-tim Spanjol qabel tmiem l-istaġun, minkejja għidut li f’Jannar kienu lesti jsibu tim ġdid. Alaba, mill-banda l-oħra, għadu ma ddeċidiex x’se jagħmel. Rummenigge appella pubblikament biex Alaba jiddeċiedi x’se jagħmel: “Jekk irid jibqa’ magħna, il-bieb għadu mbexxaq u nistgħu nsibu soluzzjoni. Għalina f’dan l-istadju hu importanti li nkunu nafu x’se jiġri.”

Matthew Scerri

Juventus għadhom isegwu lil De Paul

Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li f’nofs Ottubru uffiċċjal ta’ Juventus segwa mill-qrib Udinese-Genoa bil-għan li jara mill-ġdid fl-azzjoni lil Rodrigo De Paul. Dakinhar kien preżenti anki l-aġent ta’ De Paul, Augustin Jimenez. Jidher li Juventus iriduh b’saħħa, x’aktarx għas-sajf 2021 iktar milli għas-sessjoni tas-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Il-prezz li Udinese qed jitolbu għalih hu ta’ bejn 35 u 40 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Pogba jista’ jitlaq lil Manchester United f’Jannar

Il-gazzetta Daily Telegraph mhix teskludi li Manchester United ibigħu lil Paul Pogba f’Jannar. Fil-fatt fil-pjanijiet tar-Red Devils hemm li jbigħu lil Pogba fis-sajf li ġej sabiex jevitaw ir-riskju li jitilfuh b’xejn fis-sajf ta’ wara. Madankollu dawn il-pjanijiet jistgħu jinbidlu jekk f’Jannar taslilhom offerta tajba. Bħal dejjem Juventus, Real Madrid u PSG huma t-timijiet li l-aktar qed jissemmew għall-futur ta’ Pogba.

Matthew Scerri

Bensebaini fil-mira ta’ Juventus u klabbs kbar oħra

Juventus huma fost it-timijiet li qed isegwu b’interess qawwi lil Ramy Bensebaini ta’ Borussia Monchengladbach. L-Alġerin ġej minn staġuni tajbin ħafna fil-Bundesliga u jidher lest għal qabża ta’ kwalità fil-karriera tiegħu. Apparti Juventus hemm anki PSG, Manchester United u Manchester City li jriduh.

Matthew Scerri

Barcellona lesti jbigħu lil Dembélé f’Jannar

Skont Mundo Deportivo Barcellona lesti jikkunsidraw li jbigħu lil Ousmane Dembélé f’Jannar. Il-kriżi tal-Covid-19 qed tinħass għal kulħadd u nafu li t-tmexxija ta’ Barcellona ftit li xejn kienet għaqlija mil-lat finanzjarju fl-aħħar snin. Fil-fatt Barcellona għandhom ħafna dejn u jeħtiġilhom ibigħu xi plejers. Juventus u Manchester United huma l-aktar timijiet li jidhru interessati fl-akkwist ta’ Dembélé.

Matthew Scerri

Paratici: “Inħobbu ħafna lil Pogba”

Qabel il-partita kontra Ferencvaros, Fabio Paratici tkellem fost l-oħrajn dwar Paul Pogba. Fi kliem Paratici, Juventus iħobbu ħafna lil Pogba, bħalma jħobbu lill-plejers kollha li fil-passat taw sehem kbir lit-tim Juventin. Madankollu għalissa għadu kmieni ħafna biex wieħed jibda jaħseb dwar is-suq tat-trasferimenti.

Matthew Scerri

X’qed joffru Juventus lil Sergio Ramos

Juventus u PSG huma deċiżi li jippruvaw jiffirmaw lil Sergio Ramos b’xejn fis-sajf li ġej meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Real Madrid. Skont El Chiringuito Tv Juventus u PSG qed joffrulu kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 12-il miljun Ewro fis-sena.

Matthew Scerri

Bernardeschi lest jikkunsidra li jitlaq lil Juventus

Federico Bernardeschi jidher li lest jikkunsidra li jitlaq lil Juventus f’Jannar skont IlBianconero.com. Sa ftit tax-xhur ilu hu dejjem irrifjuta kull proposta li waslitlu. Issa jidher li l-affarijiet inbidlu hekk kif l-ewwel wirjiet tiegħu f’dan l-istaġun kienu diżastrużi. Hu jidher li mhux qed igawdi iktar mill-favur tas-supporters u probabbli li anki Pirlo mhuwiex jarah fost l-ewwel għażliet tiegħu. Juventus mill-banda tagħhom iridu jbigħuh minħabba li l-kuntratt tiegħu jintemm fl-2022. Finalment, imbagħad, anki l-aġent Raiola għandu kull interess li jittrasferih ma’ klabb ieħor sabiex ikun jista’ jaqla’ sehmu fuq it-trasferiment.

Matthew Scerri