Posts

Giroud jista’ jkun l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus wara l-problemi biex jinkisbu Suarez u Dzeko

Dak kollu li qed jiġri f’dawn is-sigħat hu tassew inkredibbli. Juventus jidhru li ddeċidew li ma jiffirmawx lil Suarez minħabba li l-passaport tiegħu se jdum ma jinħareġ. It-trasferiment ta’ Dzeko mill-banda l-oħra jinsab  imwaqqaf peress li Milik għandu ma jridx jaċċetta li jingħaqad ma’ Roma. Nafu li Roma mhux se jitilqu minn idejhom lil Dzeko qabel Milik ikun iffirma magħhom. Skont Sky f’dan l-istadju l-pożizzjoni ta’ Juventus hi ċara: jekk bejn illum u għada ma jkunx hemm żviluppi, allura se jmorru għal Giroud.

Matthew Scerri

Khedira lura għat-training ma’ sħabu

Sami Khedira mill-bieraħ reġa’ beda jittrenja mal-kumplament tat-tim. Hu qatta’ parti mis-sessjoni ta’ taħriġ mal-bqija tal-plejers Bianconeri. Intant il-klabb għadu għaddej bit-taħdidiet miegħu biex jinstab ftehim ħalli jiġi tterminat il-kuntratt tiegħu. Khedira qed ikompli jwebbes rasu u jrid il-paga kollha ta’ dis-sena (jiġifieri sitt miljuni) biex jaċċetta l-ftehim.

Matthew Scerri

Erba’ timijiet interessati f’Pjaca

B’kollox hemm erba’ klabbs tas-Serie A li jridu lil Marko Pjaca magħhom f’dan l-istaġun: Genoa, Verona, Parma u Crotone. Skont Calciomercato.com Genoa huma probabbilment il-favoriti nett li jieħdu lil Pjaca peress li għandhom rapporti tajbin ferm ma’ Juventus u spiss il-klabbs jbigħu jew jisilfu plejers lil xulxin.

Matthew Scerri

Dzeko bħalissa jidher li għandu iktar ċans minn Suarez li jsir l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus

Minn Spanja ma tantx qed jaslu aħbarijiet sbieħ. Fil-fatt jidher li l-passaport ta’ Suarez se jdum ma jinħareġ, probabbli wara l-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Hu veru li jekk Suarez ixolji l-kuntratt ma’ Barcellona hu jkun jista’ jiffirma ma’ Juventus wara l-5 ta’ Ottubru, però probabbli dan ikun ifisser li sa Jannar hu ma jkunx jista’ jilgħab fl-Ewropa. Fid-dawl ta’ dan kollu jidher li Juventus qed jikkunsidraw serjament li jieħdu lil Dzeko minflok Suarez. Fil-jiem li ġejjin suppost ikollna idea aħjar dwar dak kollu li se jiġri.

Matthew Scerri

Roma f’taħdidiet ma’ Juventus għal De Sciglio

Tuttosport tat l-aħbar li Juventus u Roma jinsabu f’taħdidiet għal Mattia De Sciglio. Il-valur kumplessiv li qed jingħata lil De Sciglio hu ta’ 10 miljuni. S’issa l-klabbs għadhom qed jiddiskutu dwar jekk il-trasferiment huwiex se jkun fuq bażi ta’ self jew xiri.

Matthew Scerri

Rugani segwit minn Milan

Milan jidhru li jinsabu mill-ġdid interessati li jiksbu lil Daniele Rugani. Hu ssemma magħhom diversi drabi fil-passat u fl-aħħar jiem kellna diversi rapporti li r-Rossoneri daqt jagħmlu tentattiv ieħor biex jiffirmawh. Madankollu l-indikazzjonijiet huma li għalissa Juventus se jżommuh hekk kif De Ligt jinsab barra sa Novembru, filwaqt li Demiral u Chiellini għadhom qed jirkupraw minn injuries gravissimi.

Matthew Scerri

Imsemmi attakkant ieħor

Ir-raba’ attakkant ta’ Juventus jista’ jiġi b’xejn. Fil-fatt il-media Franċiża qed tagħti prominenza kbira lill-fatt li Eric Maxim Choupo-Moting jinsab bla klabb wara li skadilu l-kuntratt ma’ PSG. Hu qed ifittex klabb ġdid u jidher li saru kuntatt miegħu min-naħa ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Milik daqt mistenni jkun plejer ta’ Roma. Dzeko se jitlaq?

Diversi gazzetti u siti qed jirrapurtaw li Napoli u Roma resqin lejn ftehim sabiex Milik jingħaqad mat-tim tal-kapitali. S’issa dejjem intqal li bl-akkwist ta’ Milik, Roma kienu se jħallu lil Dzeko jitlaq. Ma nafux jekk dan għadux il-każu ma nafux lanqas jekk huma Juventus biss li jinsabu interessati fl-attakkant Bożniaku.

Matthew Scerri

Parma jridu lil Pellegrini biss Juventus għadhom ma jafux x’se jagħmlu

Parma jinsabu interessati li jiksbu lil Pellegrini u allegatament għamlu kuntatt mal-aġent tiegħu, Raiola. Juventus, min-naħa tagħhom, ma jridux jagħtu risposta lil Parma hekk kif jista’ jkun li finalment jagħżlu li jżommuh magħhom.

Matthew Scerri

Genoa jħabbtu l-bieb ta’ Juventus għal Pjaca

Genoa jidhru li jinsabu mill-ġdid interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Marko Pjaca. Fil-passat huma kienu riduh b’saħħa, biss hu kien għażel lil Fiorentina. Issa Genoa se jagħmlu tentattiv ieħor li jixtruh. Nifhmu li Juventus jinsabu lesti li jbigħuh peress li għandhom miri oħra għall-attakk.

Matthew Scerri