Posts

Pjaca misluf lil Genoa

Marko Pjaca lbieraħ waranofsinhar mar Genova fejn beda l-avventura tiegħu ma’ Genoa. Hu ngħaqad magħhom b’self. Juventus se jkunu qed jiffrankaw madwar 3 miljuni b’rabta mal-paga tiegħu. S’issa għadu mhux magħruf jekk Genoa għandhom dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Juventus reġgħu tkellmu ma’ Raiola dwar Kean

Ilbieraħ Juventus tkellmu ma’ Mino Raiola. Il-partijiet tkellmu dwar Pellegini u Bernardeschi. Allegatament Juventus taw istruzzjonijiet lil Raiola biex ikompli bit-taħdidiet ma’ Everton għat-trasferiment ta’ Kean mal-Bianconeri. It-trasferiment se jkun x’aktarx fuq bażi ta’ self, għal liema self Juventus se jħallsu somma flus. Is-sena d-dieħla, jew iktar probabbli ta’ wara, Juventus ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox. Il-valur kumplessiv tat-trasferiment se jaqbeż il-25 miljun.

Matthew Scerri

Dzeko għada se jkun impenjat ma’ Roma

Edin Dzeko għada se jkun mat-tim ta’ Roma għall-partita kontra Verona. Fonseca stess ħabbar dan aktar kmieni llum. Wara l-partita, probabbli l-Ħadd jew it-Tnejn, Dzeko se jkun qed imur Turin biex jagħmel it-testijiet mediċi ma’ Juventus u jiffirma l-kuntratt.

Matthew Scerri

Manchester United interessati f’Khedira

Xaqq ta’ tama għal Juventus li  tinstab soluzzjoni dwar Sami Khedira. Fil-fatt The Sun qed tirraporta li Manchester United huma interessati li jiffirmawh. Konvinti li din tista’ tkun soluzzjoni li togħġob lil Khedira u twasslu biex isib ftehim ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Pjaca sejjer b’self ma’ Genoa

Marko Pjaca daqt se jsellem lil Juventus biex jingħaqad b’self ma’ Genoa. Il-klabbs bħalissa qed jiddiskutu bejniethom is-somma li trid titħallas minn Genoa jekk is-sena d-dieħla jagħżlu li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

It-testijiet mediċi ta’ Dzeko se jsiru bejn il-Ħadd u t-Tnejn

Fil-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li t-testijiet mediċi ta’ Dzeko ma’ Juventus se jsir bejn il-Ħadd u t-Tnejn, li jfisser li kontra Sampdoria mhux se jkun jista’ jilgħab. Ilbieraħ filgħaxija l-istess gazzetta kienet irrapurtat li dzeko kien se jivvjaġġa lejn Turin mal-lejl jew kmieni dalgħodu biex it-testijiet isiru llum. Madankollu jidher li issa l-affarijiet inbidlu xi ftit.

Matthew Scerri

De Sciglio mhux sejjer ma’ Roma. PSG mill-ġdid interessati fih

Ix-xnigħat bħalissa huma li Mattia De Sciglio mhux se jingħaqad ma’ Roma hekk kif Karsdorp għażel li ma jmurx ma’ Genoa. Il-full-back Taljan ta’ Juventus jidher imma li jinsab mill-ġdid fil-mira ta’ PSG li għadhom kif tilfu lil Bernat għal sitt xhur.

Matthew Scerri

Suarez issa fil-mira ta’ Inter?

Minn Spanja qed jaslu aħbarijiet xejn sbieħ. Mundo Deportivo qed tikteb li f’każ li jisfaxxa fix-xejn it-trasferiment ta’ Suarez ma’ Juventus, l-attakkant Urugwajan jista’ jsir opportunità tajba għal Inter fis-suq tat-trasferimenti. S’issa, tajjeb ngħidu, qatt ma kellna ħjiel li Inter iriduh, biss ovvjament fis-suq tat-trasferimenti qatt ma tista’ teskludi xejn.

Matthew Scerri

Dzeko fi triqtu lejn Turin biex għada jagħmel it-testijiet mediċi

Dal-lejl jew għada filgħodu Edin Dzeko se jkun qed itir lejn Turin b’jet privat. Hu se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi ma’ Juventus għada stess bil-għan li jkun jista’ jkun kollox in regola sabiex nhar il-Ħadd jilgħab kontra Sampdoria. Juventus se jixtru lil Dzeko għal 16-il miljun Ewro. Hu se jiffirma kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 7.5 miljun Ewro fis-sena.

Matthew Scerri

Suarez għadda mill-eżami

Luis Suarez wasal l-Italja llum għall-ħabta tat-3 ta’ waranofsinhar permezz ta’ titjira privata. Hu nar fl-Università degli Stranieri ta’ Perugia u għamel l-eżami meħtieġ biex jikseb iċ-ċittadinanza Taljana.  Suarez għadda mill-eżami u  għaldaqstant l-passaport tiegħu għandu jinħareġ. Ma nafux f’dan l-istadju kemm teknikament se jgħaddi żmine biex mil-lat burokratiku jintemm il-proċess kollu u Suarez jingħata d-dokumenti meħtieġa.

Matthew Scerri