Posts

Kean ma’ Juventus forsi grazzi għal Milik

Arek Milik jista’ finalment iwassal biex Juventus jiksbu r-raba’ attakkant tagħhom. Fil-fatt Everton huma interessati ferm fl-akkwist ta’ Milik u jekk jixtruh hu ovvju li Kean se jkun qed jinbigħ jew jinsilef lil Juventus. Intant fl-aħħar partita ta’ Everton, Ancelotti lanqas biss lagħab lil Kean sinjal li mhux vera jinsab fil-pjanijiet tiegħu.

Matthew Scerri

Valencia u West Ham interessati ferm fl-akkwist ta’ Rugani

L-interess f’Rugani hu konkret forsi iktar minn qatt qabel. Valencia u West Ham għaddejjin bil-kuntatti għalih, filwaqt li anki Leeds u Newcastle jidhru interessati. Juventus lesti jbigħuh għal mhux inqas minn 20 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Chiesa-Juve. Kollox jiddependi minn Douglas Costa

Federico Chiesa hu l-plejer li Juventus se jkunu qed jippruvaw jixtru sal-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Hemm rapporti li l-Bianconeri jridu lil Chiesa b’self għal sentejn bl-obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022. Qabel jiffinalizzaw dal-ftehim, però, Juventus iridu qabelxejn ibigħu lil Douglas Costa.

Matthew Scerri

Mendes qed jipprova jbigħ lil Douglas Costa fl-Ingilterra

Calciomercato.com qed jirrapurtaw li Juventus qabbdu lil Jorge Mendes biex isib tim lest jixtri lil Douglas Costa. iIt-tentattivi ta’ Paratici ma tantx ħallew il-frott mixtieq u għaldaqstant Juventus kellhom jirrikorru għal Mendes. It-timijiet li qed jissemmew humka Wolves u Manchester City.

Matthew Scerri

Valencia f’negozjati għall-akkwist ta’ Rugani

Valencia għaddejjin b’taħdidiet għall-akkwist ta’ Daniele Rugani b’self bid-dritt li jixtruh is-sena d-dieħla. Skont Cadena Cope Rugani lest jaċċetta trasferiment magħhom biss l-Ispanjoli jridu li hu jnaqqas il-paga ta’ 3.5 miljun Ewro li għandu ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Erba’ timijiet tas-Serie A interessati f’Nicolussi Caviglia

Hans Nicolussi Caviglia x’aktarx se jkun qed iħalli lil Juventus fil-jiem li ġejjin. Fuqu hemm erba’ timijiet tas-Serie A: Parma, Genoa, Sampdoria u Spezia. Skont Calciomercato.com l-ewwel preferenza ta’ Nicolussi Caviglia qed tmur għal Parma. Daqt inkunu nafu fejn verament se jkun qed jilgħab dis-sena.

Matthew Scerri

Correa wkoll fil-pjanijiet ta’ Juventus

Skont Tuttomercatoweb Juventus qed jikkunsidraw anki lil Joaquin Correa ta’ Lazio biex ikun ir-raba’ attakkant tagħhom dis-sena. Paratici lest jiftaħ negozjati ma’ Lazio fuq bażi ta’ self bl-obbligu ta’ xiri s-sena ta’ wara.

Matthew Scerri

Juventus jew Leeds fil-futur ta’ De Paul

Udinese jinsabu disposti jbigħu lil Rodrigo De Paul hekk kif jinsabu qrib li jixtru lura lil Pereyra. Leeds iriduh b’saħħa u lesti joffru 30 miljun Ewro għalih. Juventus għadhom iriduh ukoll biss qabel iressqu offerta għalih iridu jbigħu lil xi plejer/s li għandhom fit-tim.

Matthew Scerri

Lejn ritorn ieħor

Wara Morata attakkant ieħor mistenni jirritorna ma’ Juventus. Nafu li Juventus ilhom isegwu lil Kean biss s’issa għadhom ma sabux ftehim ma’ Everton. Intant Llorente jinsab f’taħdidiet ma’ Napoli biex ixolji l-kuntratt tiegħu. Hu attwalment jinsab fuori rosa u allura kollox jindika li Napoli għandhom kull interess li jitterminaw il-kuntratt ta’ Llorente. Jekk dan verament iseħħ, Llorente jista’ jkun li jirritorna ma’ Juventus bħala r-raba’ attakkant tat-tim.

Matthew Scerri

Juventus f’taħdidiet ma’ Fiorentina għal Chiesa

F’dawn l-aħħar għaxart ijiem tas-suq tat-trasferimenti jidher li l-attenzjoni ta’ Juventus hi kollha fuq il-bejgħ ta’ Douglas Costa u x-xiri ta’ Federico Chiesa. Fali Ramadani qed imexxi t-taħdidiet ma’ Fiorentina għal Chiesa. Il-Bianconeri huma konvinti li jistgħu jiksbu lil Chiesa b’self bl-obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Il-valur komplessiv ta’ dat-trasferiment se jkun bejn 45 u 50 miljun Ewro.

Matthew Scerri