Posts

Il-Finali tal-Coppa Italia bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-Finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Atalanta. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com

Pirlo: “Festa kbira quddiem in-nies”

https://www.youtube.com/watch?v=yrEWt6PgQlw

Juventus rebħu l-Coppa Italia

Juventus rebħu l-Coppa Italia għall-14-il darba fl-istorja tagħhom. Atalanta fl-Ewwel Taqsima wrew li huma għadma iebsa. Lagħbu aħjar fl-ewwel ħamsa u erbgħin minuta, imma biex inkunu għidna kollox kull tim li lagħab kontra Atalanta fl-aħħar sentejn bata. Juventus kienu intelliġenti biżżejjed biex għarfu jrażżnu l-qawwa ta’ Atalanta u marru fil-vantaġġ b’gowl mill-isbaħ ta’ Kulusevski. Atalanta komplew jippressaw sakemm kisbu d-draw ftit qabel l-intervall. Fit-Tieni Taqsima, imbagħad, Juventus ħadu f’idejhom il-partita u prattikament tfew lil Atalanta. Chiesa skurja l-gowl deċiżiv fir-rebħa mistħoqqha miksuba mill-Bianconeri.

ATALANTA-JUVENTUS 1-2

Skurjaw: Kulusevski (J), Malinovskyi (A), Chiesa (J)

Atalanta (3-4-1-2): Gollini; Toloi (Djimsiti), Romero, Palomino; Hateboer (Ilicic), De Roon, Freuler, Gosens (Miranchuk); Pessina (Pasalic); Malinovskyi (Muriel), Zapata. Kowċ: Gasperini.

Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Danilo; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa (Dybala); Kulusevski (Bonucci), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Massa.

Karti sofor: Chiellini (J), Malinovskyi (A). De Ligt (J), Romero (A), Freuler (A), De Roon (A), Ilicic (A)

Karta ħamra: Toloi (A).

Matthew Scerri

Timijiet tal-Lega Pro esklużi mill-Coppa Italia!

Calcio & Finanza qed jirrapurtaw li ntlaħaq ftehim waqt laqgħa tal-Lega Calcio sabiex mill-istaġun li jmiss il-Coppa Italia tkun riservata biss għal timijiet tas-Serie A u tas-Serie B. Timijiet tal-Lega Pro mhux se jkunu jistgħu jieħdu sehem.

Il-futbol tan-nies, il-ħarsien tal-interess taż-żgħar, apparentament huma kunċetti tajbin biss meta jkun jaqblilhom ċerta timijiet!

Matthew Scerri

Il-partitarji se jitħallew jidħlu fl-istadium għall-Finali tal-Coppa Italia

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ministeru tas-Saħħa, Andrea Costa kkonferma ma’ Sky l-Gvern Taljan qed jaħdem biex għall-Finali tal-Coppa Italia jitħallew jidħlu l-partitarji fil-grawnd. Il-pjan tal-Gvern hu li jitħallew jidħlu sa massimu ta’ 15% tas-seating capacity tal-grawnd. Hu ma kkonfermax l-aħbar li mill-1 ta’ Mejju l-istadiums Taljani kollha se jkunu jistgħu jilqgħu mill-ġdid elf partitarju għal kull partita.

Matthew Scerri

Il-Finali tal-Coppa Italia se tintlagħab fil-Mapei Stadium minflok f’Ruma

Il-Finali tal-Coppa Italia se tintlagħab fil-Mapei Stadium minflok fl-iStadio Olimpico ta’ Ruma. Il-bidla hi meħtieġa minħabba li fid-19 ta’ Mejju, meta se tintlagħab il-Finali tal-Coppa Italia, f’Ruma trid tintlagħab il-partita tal-kampjonat Lazio-Torino li kienet ġiet pospostha minħabba l-Covid-19. Skont Tuttosport hu probabbli wkoll li jekk l-imxija tal-Covid-19 tkompli tbatti, dakinhar fil-Mapei Stadium jitħallew jidħlu xi supporters.

Matthew Scerri

Juventus-Atalanta hi l-Finali tal-Coppa Italia

Atalanta se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-Finali tal-Coppa Italia 2021. Din se tkun l-ewwel darba li Juventus se jilagħbu kontra Atalanta fil-Finali tal-Coppa Italia. Id-data tal-Finali hi d-19 ta’ Mejju u bħalma ġara fl-aħħar snin il-partita se tintlagħab fl-Istadio Olimpico ta’ Ruma.

Matthew Scerri