Posts

Illejla nkunu nafu jekk Ronaldo fieqx!

Illejla se joħroġ ir-riżultat tal-iswab tests li saru lill-plejers kollha tat-tim Juventin. Fost dawn hemm anki r-riżultat tat-test ta’ Ronaldo u allura se nkunu nafu jekk fieqx. Sky irrapurtaw ilbieraħ li fl-aħħar swab test li sarlu jidher li kien hemm indikazzjonijiet li Ronaldo riesaq lejn il-fejqan. Pirlo, fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum stqarr li lest jilgħab lil Ronaldo jekk ikun fieq, għalkemm sostna li mhux faċli li plejer jilgħab disgħin minuta wara ħmistax-il ġurnata ta’ waqfien.

Matthew Scerri   

Milan-Roma bla nies

Illum jidħlu fis-seħħ il-miżuri l-ġodda mħabbra mill-Gvern Taljan. Fost dawn hemm anki l-għeluq totali tal-istadiums għas-supporters sal-24 ta’ Novembru. Il-Lega Calcio tablet permess speċjali biex Milan-Roma tal-lejla tkun tista’ tintlagħab bil-bibien miftuħa għal elf supporter bħall-partita kollha l-oħra tal-5 Ġurnata. Il-Gvern, madankollu, ma laqax dit-talba. San Siro llejla mhux se jkun miftuħ għall-pubbliku.

Matthew Scerri

Ħadd ma jidher li ordna li Napoli ma jmorrux Turin!

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa żvelat b’mod esklussiv li rat kopja tad-dokumenti li l-ASL ta’ Napli (jiġifieri l-awtorità tas-saħħa lokali) għaddiet lit-tim ta’ Napoli. Fid-dokument ma hemm l-ebda ordni biex il-plejers ta’ Napoli ma jmorrux Turin u jibqgħu minflok kwarantina f’darhom. Fi kliem ieħor Napoli setgħu jivvjaġġaw lejn Turin li kieku riedu. L-uniku ordni tal-ASL jidher li kien li t-tim irid ikun maqtugħ kemm jista’ jkun mill-bqija tan-nies l-oħra. Barra minn hekk irid jerġa’ jsir swab test illum bir-riżultat li joħroġ qabel il-partita.

Matthew Scerri