Posts

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Genoa-Juventus

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Genoa u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 43% tal-voti, segwit minn Dybala b’23% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’12% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Dybala: “Kelli bżonn niskurja”

https://www.youtube.com/watch?v=e3snPaNtuTg

Pirlo: “Konna bravi”

https://www.youtube.com/watch?v=rb3rC2XAYgM

Genoa-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Genoa-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Genoa-Juventus 1-3

Ir-riżultat ta’ Genoa-Juventus hu tassew qarrieq. Il-partita kienet ikkontrollata mill-ewwel sal-aħħar minuta minn Juventus u prattikament intlagħbet kollha f’nofs il-grawnd ta’ Genoa. It-tim ta’ Maran beda jiddefendi bit-tim kollu fil-kaxxa u allura Juventus sabuha diffiċli joħolqu okkażjonijiet ċari ta’ gowl. Fit-Tieni Taqsima Dybala fetaħ l-iskor b’azzjoni personali tassew sabiħa li fakkritna fid-Dybala tal-istaġun li għadda. Ftit wara, imma, bl-aktar mod inkredibbli Genoa kisbu d-draw bl-ewwel azzjoni tal-partita tagħhom f’siegħa logħob. Juventus komplew jippressaw u finalment Cuadrado rebaħ penalty li Ronaldo skurja. Lejn tmiem il-partita, imbagħad Perin waqqa’ lil Morata u Ronaldo reġa’ skurja l-penalty. Tliet punti mistħoqqha. Ħasra imma li Juventus kellhom jitħabtu daqshekk biex jegħlbu lil Genoa. It-tim lagħab tajjeb, biss f’partiti bħal dawn ir-ritmu għandu jkun ferm iktar fast sabiex tpoġġi lill-avversarji f’iktar diffikultà.

GENOA-JUVENTUS 1-3

Skurjaw: Dybala (J), Sturaro (G), Ronaldo (pen.) (J)

Genoa (4-4-2): Perin; Masiello, Goldaniga, Bani, Pellegrini; Lerager, Radovanovic (Caso), Rovella (Pandev), Sturaro (Behrami); Pjaca (Shomurodov), Scamacca (Destro). Kowċ: Maran.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt (Dragusin), Bonucci, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot (Morata), Chiesa (Bernardeschi); Dybala (Kulusevski), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Di Bello.

Karti sofor: Rabiot (J), Goldaniga (G), Bentancur (J), McKennie (J), Perin (G), Bani (G).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jilagħbu Genoa u Juventus

Genoa (4-4-2): Perin; Masiello, Goldaniga, Bani, Lu. Pellegrini; Lerager, Radovanovic, Rovella, Sturaro; Pjaca, Scamacca. 

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Cristiano Ronaldo. 

Ir-riżultati tal-partiti tal-11-il Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Sassuolo-Benevento 1-0

Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Crotone-Spezia 4-1

Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Torino-Udinese 2-3

Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Lazio-Verona 1-2

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 12.30 p.m.

Cagliari-Inter 1-3

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Atalanta-Fiorentina 3-0

Bologna-Roma 1-5

Napoli-Sampdoria 2-1

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Genoa-Juventus 1-3

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Milan-Parma 2-2

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Genoa-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Genoa huma:

Gowlers: Szczesny, Buffon, Israel
Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca

Matthew Scerri