Posts

Uffiċjali: Morata jista’ jilgħab kontra Genoa

Intlaqa’ l-appell imressaq minn Juventus dwar is-sospensjoni ta’ 2 partiti partiti lil Alvaro Morata wara t-tkeċċija fi tmiem Benevento-Juventus. Ġie stabbilit li Morata għandu jkun sospiż għal partita waħda biss u jiġi mmultat 8000 Ewro. Morata skonta l-partita sospensjoni kontra Torino u għaldaqstant se jkun jista’ jilgħab nhar il-Ħadd kontra Genoa.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-11-il Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Sassuolo-Benevento: Sozza

Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Crotone-Spezia: Giua

Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Torino-Udinese: Massa

Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Lazio-Verona: Abisso

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 12.30 p.m.

Cagliari-Inter: Pasqua

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Atalanta-Fiorentina: Mariani

Bologna-Roma: Calvarese

Napoli-Sampdoria: La Penna

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Genoa-Juventus: Di Bello

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Milan-Parma: Fourneau

Matthew Scerri

Genoa-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Genoa-Juventus hi sfida bejn timijiet b’passat rikk b’suċċessi fl-Italja. S’issa t-timijiet ltaqgħu 154 darba f’partiti uffiċjali li minnhom Juventus rebħu 85 partita, 31 draw u 38 rebħa għal Genoa. Fl-istorja tas-Serie A kien hemm 106 konfront, b’64 rebħa għal Juventus, 21 draw u 21 rebħa għal Genoa. Il-partiti tas-Serie A f’Genova huma 53. Juventus rebħu l-maġġor parti ta’ dawn il-konfronti (23). Id-draws kienu 11 u r-rebħiet ta’ Genoa 19.

Matthew Scerri