Posts

Għad hemm wisq neqsin!

Għadda ħafna żmien minn l-aħħar logħba ta’ Juventus u forsi ħafna nsew id-diskors li kien jingħad li f’Jannar se jkollu lil kulħadd lura. Il-verita’ sfortunatament hi oħra. Juventus għad għandhom bosta plejers neqsin. Wisq plejers neqsin fil-verita’ u dejjem l-istess ismijiet. Allegri llum qa li jittama li sal-aħħar tax-xahar ikollu lil kulħadd lura tajjeb għal-logħob. Għandna d-dubji tagħna kemm se jkun hekk.

Intant għal għada Allegri rkuoea lil Chiesa u lil Szczesny, għalkemm x’aktarx it-tnejn li huma mhux se jibdew mill-ewwel minuta. Pogba u Vlahovic, mill-banda l-oħra fadlilhom madwar ġimaghtejn-tlieta biex ikunu jistgħu jilagħbu. Bonucci u Cuadrado wkoll għadhom mhux f’sikkithom. De Sciglio u Kaio Jorge għadhom mhux tajbin għal-logħob anki jekk ilhom barra mill-azzjoni għal tul ta’żmien.

Ma’ dawn kollu żdied Di Maria fl-aħħar sigħat. Hu qala’ daqqa fl-għaksa waqt it-training u ma ġiex mgħajjat għall-partita kontra Cremonese.

L-injuries m’għandhiex tkun skuża għal Juventus. Biss lanqas hu sew li Juventus ilhom minn Lulju jhallsu l-pagi miljunarji ta’ Pogba, Di Maria, De Sciglio… u qatt ma jieħdu xejn mingħandhom!

Matthew Scerri

Erbgħa lura għal Juventus kontra Inter

Nhar il-Ħadd kontra Inter, Juventus se jkollhom lura erba’ plejers li. A lagħbu kontra PSG. Danilo dieħel lura wara li kien sospiż jumejn ilu. Di Maria, Vlahovic u Bremer, mill-banda l-oħra, irkupraw mill-injuries tagħhom u se jkunu jistgħu jilagħbu fid-Derby d’Italia.

Matthew Scerri

Injury anki għal Kean

Moise Kean se jitlef il-partita tal-lejla kontra PSG minħabba injury. Ilbieraħ hu ħass uġigħ f’koxxtu u minn testijiet li sarulu llum irriżulta li għandu infjammazzjoni f’post fejn kien weġġa’ ftit taż-żmien ilu. Mhux magħruf kemm se jdum barra.

Matthew Scerri

Pogba b’ċans kbir li jitlef it-Tazza tad-Dinja

Fl-aħħar jiem Pogba ma deherx iktar jittrenja fil-Continassa. Skont La Gazzetta dello Sport ir-raġuni hi li Pogba qed iħoss uġigħ f’koxxtu. Xejn gravi imma għandu bżonn għaxart ijiem mistrieħ bies ifieq. Hu għalhekk li Allegri stqarr ftit tal-jiem ilu li hu diffiċli li naraw lil Pogba fil-grawnd kontra Verona jew Lazio. F’dan l-istadju hu dejjem iktar probabbli li Pogba jitħalla barra mit-tim nazzjonali Franċiż għat-Tazza tad-Dinja. X’aktarx Deschamps se jistennih sa nofs Novembru, imma jekk mhux se jkollu garanziji se jkollu jħallih barra.

Matthew Scerri

Injury anki għal McKennie

Weston McKennie wkoll mhux mistenni jilgħab iktar għal Juventus f’dan l-2022. Fil-fatt se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar ġimaghtejn minħabba injury li sofra kontra Lecce u li wassal biex jinqala’ fl-intervall tal-partita. Issa kontra PSG, Juventus se jkollhom tnax neqsin u Danilo sospiż. Mit-tnax neqsin forsi jirkupra biss Locatelli li ma lagħabx kontra Lecce minħabba raġunijiet personali.

Matthew Scerri

Iling Junior barra għal tliet ġimgħat

L-injury ta’ Iling Junior hu iktar gravi minn kemm kien maħsub ilbieraħ wara l-partita. Allegri ddikjara li qala’ biss daqqa. Illum sarulu xi testijiet u filwaqt li ġie eskluż li għandu ksur, ġie stabbilit li għandu bżonn 20 jum mistrieħ qabel jidħol lura fl-azzjoni. Prattikament issa naraw lura fil-grawnd fl-2023.

Matthew Scerri

Paredes isofri injury muskolari

Leandro Paredes se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar ġimaghtejn wara li sofra injury muskolari waqt it-training. L-injury mhuwiex gravi skont ir-riżultati miksub minn testijiet mediċi li sarulu. Wieħed irid jara jekk Paredes huwiex se jirnexxielu jidħol lura fl-azzjoni qabel il-waqfa għat-Tazza tad-Dinja.

Matthew Scerri

Bremer barra għal tliet ġimgħat

Juventus tilfu lil Bremer għal tliet ġimgħat minħabba l-injury li sofra fid-Derby. L-injury muskolari tiegħu mhuwiex gravi, biss ġie stmat mill-istaff mediku ta’ Juventus li hu jeħtieġ madwar 20 jum mistrieħ biex jirkupra għal kollox.

Matthew Scerri

Di Maria barra għal tliet ġimgħat

Juventus ħabbru li wara li sarulu xi testijiet mediċi, ġie stabbilit li Angel Di Maria se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar 20 jum biex ifiq mill-injury muskolari li sofra. Hu kellu jabbanduna l-grawnd fil-partita kontra Maccabi minħabba uġigħ muskolari f’koxxtu. B’xorti tajba l-injury kien inqas gravi minn kemm kien maħsub għall-ewwel.

Matthew Scerri

De Sciglio barra għal għaxart ijiem

Mattia De Sciglio sofra injury muskolari fil-partita kontra Maccabi Haifa. Hu se jdum barra minn tal-inqas għaxart ijiem u wara se jsirulu testijiet mediċi oħra sabiex l-istaff mediku ta’ Juventus ikun jista’ jistabilixxi jekk fieqx jew le.

Matthew Scerri