Posts

Pogba se jkun operat!

Paul Pogba llejla se jkun qed jagħmel l-operazzjoni tal-irkoppa li ma riedx jagħmel xahar u nofs ilu. Dalgħodu hu ttrenja għat-tieni darba fuq il-grawnd wara li temm it-terapija. Pogba ma ħassu komdu jiġri u allura ddevieda li jagħmel l-operazzjoni. Hu mistenni jdum barra 45-60 jum.

Matthew Scerri

Juventus mhux se jixtru gowler ieħor

Il-lejla fit-8 ta’ filgħaxija jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fl-Italja. Juventus mhux mistennija jixtru jew jiksbu aktar plejers. Dal-lejl kien hemm xniegħat li se jiksbu gowler ġdid peress li għall-ewwel kien maħsub li l-injury ta’ Szczesny kien gravi. Jidher imma mill-ewwel testijiet li sarulu, il-gowler Pollakk la sofra ksur u lanqas ma wegga’ l-legamenti. Fi kliem ieħor m’għandux idum barra.

Matthew Scerri

Bonucci u Di Maria se jitilfu Juventus-Roma

Bonucci se jitlef il-partita kontra Roma. Allegri spjega llum li hu ma jinsabx fl-aqwa tiegħu u allura se jitħalla barra mill-partita t’għada sabiex jirkupraw għal kollox. Allegri qal ukoll li Di Maria qed jirkupra tajjeb u ttrenja għal xi ħin mal-bqija tat-tim. Fi kliemu l-indikazzjonijet huma li l-Arġentin se jkun jista’ jilgħab kontra Fiorentina fil-bidu ta’ Settembru.

Matthew Scerri

Tlieta dubjużi għal Sampdoria-Juventus

Tliet plejers Juventini jinsabu dubjużi għall-partita Sampdoria-Juventus. It-tliet plejers huma Bonucci, Zakaria u Fagioli. Bonucci probabbli se jkollu jitlef il-partita, filwaqt li Zakaria u Fagioli se jkunu qed jagħmlu sforz biex ikunu għad-dispożizzjoni ta’ Allegri. Nafu li Zakaria kellu bugħawwiġ lejn tmiem il-partita kontra Sassuolo u milli jidher matul dil-ġimgħa ma setax jittrenja sew minħabba li ħassu għajjien. Xejn gravi ovvjament, l-istess bħal Fagioli, imma rridu nistennew li mhuwiex se jkun mija fil-mija f’sikktu. Hu forsi x’aktarx minħabba f’hekk li Rabiot mistenni jibda mill-ewwel minuta mionflok Zakaria kontra Sampdoria.

Matthew Scerri

Aġġornament dwar l-injury ta’ Pogba. S’issa kollox miexi sew

Fl-aħħar ġimagħtejn ma kellna ebda stqarrija uffiċjali min-naħa ta’ Juventus dwar kif sejjer Pogba bit-terapija li qed jingħata. Nafu li qed isegwi programm ta’ fiżjoterpija f’pixxina. Sorsi qrib il-klabb Juventin, liema sorsi però mhumiex sostanzjati minn aħbarijiet realment uffiċjali, qed isostnu li t-trattament qed iħalli l-effett mixtieq. Pogba m’għadux iħoss uġigħ u daqt se jkun jista’ jgħaddi għall-fażi li jmiss fejn se jkun jista’ jerġa’ jibda jiġri bil-mod il-mod fil-grawnd. Il-pjan hu li jkun jista’ jilgħab kontra Salernitana fil-11 ta’ Settembru. Nerġgħu ngħidu li dawn mhumiex aħbarijiet uffiċjali 100%, għalkemm ġejjin minn persuni li huma xi ftit jew wisq infurmati u li għandhom rabtiet ma’ persuni li jaħdmu fi ħdan Juventus. Ta’ min jgħid ukoll li l-esperti kienu mil-ewwel sostnew li t-terapija se jkollha effett pożittiv fl-immedjat, għalkemm il-meniscus ta’ Pogba se jibqa’ maqsum u minkejja li jitlaq l-uġigħ, xorta hemm riskju kbir li f’xi ħin l-uġigħ jerġa’ jfeġġ bil-konsegwenza li Pogba jkollu jiġi operat. Nittamaw li dan ma jkunx il-każ ta’ Pogba.

Matthew Scerri

Di Maria barra għal għaxart ijiem (minn tal-inqas)

It-testijiet li sarulu llum ikkonfermaw l-injury muskolari fil-groin għal Angel Di Maria. Hu se jkollu jibqa’ wieqaf għal għaxart ijiem u wara dal-perjodu jsirulu testijiet oħra. Għaldaqstant mhux magħruf eżatt meta se jidħol lura fl-azzjoni.

Matthew Scerri

Aħbarijiet tajba dwar Cuadrado u McKennie

Aħbarijiet tajba mill-Continassa hekk kif illum Cuadrado qatta’ s-sessjoni ta’ taħriġ mal-kumplament tat-tim. Hu rkupra mill-virus tal-istonku li kien qed iħabbtu fl-aħħar jiem.

McKennie, mill-banda l-oħra, ittrenja biss għal parti mill-ħin ma’ sħabu. Hu għadu qed jirkupra mill-injury fi spalltu u min jaf jirnexxilux ikun għad-dispożizzjoni ta’ Allegri nhar it-Tnejn għall-partita kontra Sassuolo.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Szczesny

Tkompli tiżdied il-lista ta’ plejers Juventin barra mill-azzjoni minħabba injury. Szczesny sofra injury muskolari f’koxxtu u se jdum barra għal tliet ġimgħat. Hu għaldaqstant se jkun qed jitlef l-ewwel partiti tal-istaġun.

Matthew Scerri

Pogba m’għandux bżonn operazzjoni

Paul Pogba mhux se jkun operat biex ifieq mill-injury li għandu. Minflok l-operazzjoni hu se jkun qed jingħata trattament li għanu jgħinu jfieq f’temp ta’ madwar 5 ġimgħat. Dan kien l-eżitu tal-viżta li kellu f’Lyon għand l-ispeċjalist Sonnery-Cottet. Sal-bieraħ stess dis-soluzzjoni kienet tidher l-inqas waħda probabbli, biss jidher li l-Professur ta l-garanziji kollha meħtieġa li dat-trattament hu biżżejjed sabiex tissolva l-problema li għandu Pogba.

Matthew Scerri

Pogba mar Franza biex jara speċjalist

Paul Pogba qabad titjira lejn Franza aktar kmieni illum sabiex imur Lyon fejn waranofsinhar se jkun qed jara lill-ispeċjalist Sonnery-Cottet. Illu suppost jiddeċiedu liema hu l-aħjar mod biex Pogba jitfejjaq mill-injury li għandu f’irkoptu. Nafu li hemm possibbilità ta’ żewġ tipi ta’ operazzjonijiet: waħda minuri li żżomm lil Pogba barra mill-azzjoni għal madwar xahar u nofs-xahrejn; u operazzjoni oħra maġġuri li tkun titlob waqfa ta’ ħames xhur. Hemm anki l-possibbilità ta’ trattament mingħajr operazzjoni, biss f’dan l-istadju din tidher li hi soluzzjoni li diffiċilment se jirrikoru għaliha peress li tneħħi l-uġigħ għalissa imam ma ssolvi xejn. L-għidut hu li hemm ottimiżmu qawwi li Pogba se jkun jista’ jevita l-operazzjoni l-maġġuri, biss ovvjament xejn ma jista’ jiġi eskluż qabel il-Professur jinviżta lil Pogba.

Matthew Scerri