Posts

Daqqa fl-għaksa għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo kellu joħroġ mill-grawnd kontra Lazio minħabba daqqa fl-għaksa. Ma nafux jekk din hix biss daqqa normali jew inkella jeħtiġx perjodu ta’ waqfien. Fi kliem ieħor għadna ma nafux jekk huwiex se jkun qed jilgħab għall-Portugall fil-ġimagħtejn li ġejjin.

Matthew Scerri

Problema medika għal Dybala

Paulo Dybala mhux se jkun jista’ jilgħab mat-tim nazzjonali Arġentin minħabba problema medika. L-urologu tiegħu orndalu perjodu ta’ mistrieħ sabiex ikun jista’ jsolvi dil-problema. Mhux magħruf x’għandu eżattament. Xi siti qed jirrapurtaw li għandu infezzjoni tal-prostata.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Chiesa

Federico Chiesa llum lanqas se jkun qed ipoġġi fuq il-bank tas-sostituti fil-partita kontra Lazio. Hu fil-fatt sofra injury muskolari ħadid u allura Pirlo se jkollu jgħaddi mingħajru.

Matthew Scerri

Injury muskolari ieħor għal Chiellini

Giorgio Chiellini se jkollu jitlef il-partita Lazio-Juventus minħabba injury muskolari ieħor. Il-paġna Facebook, Around Turin ikkalkulat li mit-20 ta’ Awwissu 2019 sal-lum Chiellini qatta’ 230 kjum barra b’injury u tilef iktar minn ħamsin partita ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Ansu Fati se jitlef Barcellona-Juventus minħabba injury

Ansu Fati sofra injury f’irkoptu li se jżommu barra mill-azzjoni għal madwar xahar u nofs. Hu għaldaqstant se jkun qed jitlef il-partita kontra Juventus fil-gruppi taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Ramsey għandu tliet ġimgħat barra?

Aaron Ramsey se jkollu jibqa’ madwar 20 jum barra minħabba l-injury li sofra kontra Ferencvaros. Hekk għallinqas qed tirraporta l-media ta’ Wales. Interessanti li fl-istqarrija maħruġa minn Juventus naqraw li l-injuries mhuwiex ta’ natura gravi u li madwar għaxart ijiem oħra se jsirulu aktar testijiet. Probabbli li se narawh lura fl-azzjoni wara l-waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri

Chiellini rkupra!

Lejlet il-parita kontra Ferencvaros, Giorgio Chiellini ttrenja b’mod regolari mal-bqija ta’ sħabu. Hu rkupra mill-injury tiegħu u ġie mgħajjat minn Pirlo għall-partita kontra l-Ungeriżi. Probabbli li Chiellini se jkun qed jilbda mil-ewwel minuta minflok Demiral li jinsab sospiż.

Matthew Scerri

Għad hemm ċans li Bonucci jilgħab illejla

Dalgħodu Andrea Pirlo se jkun jaf jekk Leonardo Bonucci huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona. Sal-bieraħ hu kien qed jittrenja apparti. Pirlo lbieraħ stqarr li waqt is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ dalgħodu se jkollu l-indikazzjonijiet dwar jekk huwiex tajjeb għal-logħob. Infakkru li Chiellini u De Ligt għadhom barra u allura apparti Bonucci, Pirlo fadallu biss lil Danilo u Demiral bħala difensuri ċentrali.

Matthew Scerri