Posts

It-Tim Juventin Matul iż-Żminijiet

– Iswed u Abjad (is-tminn parti)

  • ikompli mis-sebá parti

 

Kapitlu 5

Juventus 1975-2015

L-istorja ta’ Supporters Club inevitabbilment tintiseġ u timxi b’mod parallel ma’ dik tat-tim li dak il-klabb ikun jappoġġja. Kif rajna tul il-ktieb kollu hemm rabtiet profondi bejn il-ħajja tal-klabb u dak li kien qed jiġri fi ħdan it-tim. Qatt ma konna baħħara tal-bnazzi, anzi dejjem tajna l-appoġġ sħiħ f’kull mument u okkażjoni. Imma hu ovvju li, bħal kollox fil-ħajja, anki I-klabb tagħna għadda minn mumenti sbieħ u oħrajn koroh, u hu tassew interessanti li dan kollu kellu relazzjoni mill- qrib ma’ dak li kien qed iseħħ fit-tim Juventin. Għaldaqstant se nwasslulkom hawnhekk ftit tagħrif dwar it-tim Juventin fl- aħħar erbgħin sena, mingħajr ma nidħlu f’wisq dettall.

Tim mimli storja u faxxinu

Imwaqqaf fl-1897, il-klabb Juventin sa mis-snin tat-twaqqif tiegħu ħalla impatt fil-futbol Taljan u beda jikteb paġni mill- isbaħ li jagħmlu unur lil dawk kollu li b’xi mod jew ieħor kienu protagonisti ta’ din l-istorja Bianconera fil-grawnd u barra.

Konna u għadna sal-ġurnata ta’ llum l-uniku klabb Taljan li qatt rebaħ ħames kampjonati konsekuttivi fil-grawnd f’perjodu ta’ ħames snin (1930-35). F’kull epoka t-tim kien imżewwaq bi stilel ta’ fama mondjali. Juventus kienu anki l-ewwel klabb fl-Italja li kellhom plejers professjonali li jitħallsu biex jilagħbu. Il-familja Agnelli ħadmet bla waqfien biex il-klabb ikollu struttura amministrattiva mill-aktar moderna u nistgħu ngħidu li mil-lat amministrattiv żgur li dejjem wasalna qabel ħaddieħor f’diversi oqsma.

Is-snin Sebgħin raw lil Juventus protagonisti fl-Italja bir-rebħ tal-kampjonati kif kien fit-tradizzjoni tagħhom. Fl-1975 il- kowċ ta’ Juventus kien l-ex-plejer Carlo Parola li jibqa’ famuż fl-istorja tal-futbol Taljan għar-rovexxata li fuq ir-ritratt tagħha nhadem il-logo tal-istickers tal-Panini. Fl-1976, imbagħad, seħħet rivoluzzjoni kbira li ħalliet l-effett tagħha fid-dinja kollha. Il-President Boniperti ħatar lil Giovanni Trapattoni kowċ ta’ Juventus, kariga li dan tal-aħħar żamm għal għaxar snin sħaħ sal-1986 f’perjodu ta’ glorja assoluta meta Juventus rebħu l-kompetizzjonijiet kollha riservati għall-klabbs fl- Ewropa u fid-dinja.

Fl-ewwel sena tiegħu Trapattoni ma talabx rivoluzzjonijiet fit-tim. Bena tim li kien taħlita ta’ plejers ta’ esperjenza (Benetti u Boninsegna kienu l-akkwisti li ried Trapattoni) u talenti żgħażagħ (Scirea, Tardelli, Cuccureddu, Gentile u Cabrini). Kien żmien meta l-klabbs ma setgħux jirreġistraw plejers barranin u kollox kien fdat f’idejn it-Taljani. Nies bħal Zoff, Bettega u Furino kienu r-ruh tat-tim għall-importanza li kellhom fil-ground u barra biex jibnu rabtiet qawwija bejn il- plejers u jkun hemm it-team work tant meħtieġ biex jinkisbu r-riżultati. Is-suċċessi waslu mill-ewwel u l-istaġun 1976/77 ra lill-Bianconeri joħorġu rebbieħa fit-taqtigħa ma’ Torino għall- iscudetto (il-famużi 51 punt li għal żmien twil kienu rekord ta’ punti miksuba minn tim Taljan fis-Serie A). Fl-istess ħin Juventus waslu għall-unur fl-Ewropa: it-Tazza UEFA.

Hekk bdiet I-era ta’ Trapattoni, epoka li matulha kif għidna Juventus iddominaw fl-Italja (sitt kampjonati mirbuħa f’għaxar snin u Coppa Italia) u fl-Ewropa (it-tazzi kollha mirbuħa, inkluża t-Tazza Interkontinentali li għamlitna champions tad-dinja). Hemm wisq xi tgħid dwar dak it-tim formidabbli magħmul minn plejers Taljani u ftit stilel barranin bħal Liam Brady, Michel Platini, Zibi Boniek u Michael Laudrup (fis-Snin Tmenin il-klabbs Taljani setgħu jibdew jirreġistraw anki l-barranin).

Bosta plejers Taljani ta’ Juventus kienu jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali li fl-1982 rebaħ it-Tazza tad-Dinja. Nies bħal Cabrini, Tardelli, Scirea, Gentile, Causio, Bettega, Rossi u ħafna oħrajn li libsu l-flokk Juventin f’dawk is-snin kienu fost l-aqwa plejers fid-dinja. Magħhom kien hemm ġenju tal-futbol, Michel Platini, rebbieħ ta’ tliet Blalen tad-Deheb konsekuttivi 1983/84/85. Onestament meta nħarsu lura jissorprendina dan it-tim għal dak kollu li rebaħ u jissorprendina aktar għal dak li seta’ jirbaħ fl-Ewropa u li ħarablu minn idejh fil-partita finali tat-Tazza taċ-Champions li tilef f’Ateni kontra Hamburg.

Kull bidu għandu tmiem, u anki l-era ta’ Trapattoni wara għaxar snin kellha l-epilogu tagħha. Wara s-sena trijonfali tal-1985 meta rbaħna s-Super Cup tal-Ewropa, it-Tazza taċ- Champions u t-Tazza Interkontinentali, Trapattoni beda jħoss li ċ-ċiklu tiegħu ma’ Juventus kien riesaq lejn tmiemu u ipprefera jwarrab sakemm it-tim kien għadu fil-glorja. II- plejers li ffurmaw dak it-tim formidabbli kienu qed jikbru u kienu resqin lejn l-aħħar fażi tal-karriera tagħhom. Kienu qed jonqsu l-motivazzjonijiet f’tim li rebaħ kollox u bdiet tinħass il- ħtieġa ta’ demm ġdid. L-istaġun 1985/86 kien l-aħħar wieħed bi Trapattoni bħala kowċ. Sellmilna bħal dejjem bil-kisba ta’ rebħiet: l-iscudetto u t-Tazza Interkontinentali. Sena biss wara kellna lil Platini jirtira mill-futbol u minn dak il-mument bdew disa’ snin fjakki għal Juventus.

Fid-disa’ snin bejn l-1986 u l-1995, Juventus qatt ma kienu tassew kompetittivi u naqsu milli jiġġieldu għar-rebħ tal- kampjonat. Ix-xena ġiet misruqa minn Milan li kellhom tim stellari u d-distakk bejn il-Bianconeri u r-Rossoneri kien tassew qawwi. Fl-1990 Juventus ippruvaw jagħtu direzzjoni ġdida lit-tim b’ Gigi Maifredi bħala kowć u l-akkwisti ta’ diversi plejers importanti, fosthom Roberto Baggio li kellu jifforma I-attakk ma’ Toto Schillaci u Pierluigi Casiraghi. Kien hemm stennija kbira għal dak it-tim u kulħadd kien qed jittama li jaslu r-riżultati, imma minflok kellna waħda mill-agħar snin fl-istorja ta’ Juventus. Ir-rivoluzzjoni kienet falliet u malajr Juventus marru lura għal bniedem tal-imgħoddi: Giovanni Trapattoni. Imma din id-darba Trapattoni ma rnexxilux jirbaħ wisq. F’dawn id-disa’ snin Juventus rebħu biss Coppa Italia u darbtejn it-Tazza UEFA, minkejja investimenti qawwija fi plejers bħal Baggio, Vialli, Möller, Kohler u oħrajn.

Ir-ritorn għar-rebħ beda fl-1994 bil-ħatra ta’ MoggiGiraudoBettega biex imexxu l-istruttura amministrattiva u sportiva ta’ Juventus FC. Huma ġabu magħhom lil Marcello Lippi bħala kowċ. II-klabb ma kellux wisq flus x’jinvesti fil-mercato, imma xorta waħda Moggi ħadem bil-għaqal u rnexxielu jixtri nies bħal Ciro Ferrara, Paulo Sousa u Didier Deschamps. Id-distakk tekniku ma’ Milan kien jidher li għadu qawwi, imma Lippi rnexxielu jittrasmetti lit-tim mentalità rebbieħa. Vialli, Conte, Torricelli, Carrera, Di Livio u l-plejers l-oħra li kienu diġà fit-tim fis-snin ta’ qabel, issa dehru li saru plejers għal kollox ġodda. Juventus kienu jilagħbu futbol offensiv u spettakolari bl-attakk ikun kompost minn Baggio, Vialli u Ravanelli. Ma’ dawn żdied it-talent ta’ Alessandro Del Piero li proprju f’dik is-sena beda jilgħab regolarment fl-ewwel tim ta’ Juventus.

Kontra kull pronostiku Juventus reġgħu lura għar-rebħ billi kisbu l-iscudetto u l-Coppa Italia fl-ewwel staġun tal-era Lippi.

F’dik l-istess sena t-tim irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza UEFA, imma tilef kontra Parma.

L-era Lippi rat lil Juventus jagħmlu l-istess kisbiet fix-xena nazzjonali u internazzjonali tal-epoka meta l-iskwadra kienet immexxija minn Trapattoni. L-abbiltà tad-dirigenti kienet mifruxa f’kull qasam tat-tmexxija amministrattiva u sportiva. Minħabba kriżi finanzjarja li laqtet lill-klabb, kull sena kellha tinbiegħ xi stilla tat-tim u minflokha jinġieb jew isir użu minn xi talent żagħżugħ li kellu t-tim. Hekk, ngħidu aħna, fl-1995 inbigħ Roberto Baggio u Juventus ibbażaw it-tim fuq Del Piero. Snin wara ġie akkwistat Zinedine Zidane mingħand Bordeaux għal seba’ miljun euro. Zidane ma kienx għadu plejer famuż u kien hemm min kien qed jaħseb li Juventus żbaljaw meta ħaduh. Imma l-grawnd wera li Juventus għamlu l-għażla t-tajba tant li Zidane ftit snin wara rebaħ il-Ballun tad- Deheb u nbiegħ lil Real Madrid għas-somma fenomenali ta’ 75 miljun euro. Anki f’din l-okkażjoni Juventus biegħu l-istilla tat- tim u investew il-flus fl-akkwisti ta’ Buffon, Thuram u Nedved, bil-grawnd jagħtihom raġun għax saru kemm saru bidliet ta’ plejers, it-tim qatt ma waqaf jirbaħ. F’dawk is-snin rajna ma’ Juventus lil Vieri, Davids, Inzaghi, Montero, Pessotto, u aktar tard lil Zambrotta, Trezeguet, Cannavaro, Ibrahimovic, Vieira, Camoranesi, Emerson u ħafna oħrajn.

Fl-erba’ snin bejn l-1995 u l-1998, Juventus lagħbu erba’ finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej: darba l-finali tat-Tazza UEFA u tliet darbiet il-finali taċ-Champions League. U erġajna sirna champions tad-dinja bir-rebħ tat-Tazza Interkontinentali. Hi tassew ħasra li dak it-tim Juventin formidabbli tilef ħafna finali tat-tazzi għax mingħajr ebda dubju kien l-aqwa tim fl- Ewropa u kien ħaqqu jirbaħ iċ-Champions League darbtejn oħra. Flimkien mar-riżultati sportivi kellna anki tmexxija amministrattiva mill-aqwa. It-tim kien jattira ħafna sponsors u Bettega, Giraudo u Moggi bdew joħolmu li Juventus jibnu stadium tagħhom. Kollox kien sejjer tajjeb f’dawk is-snin għajr għal ħaġa waħda: il-mewt ta’ Andrea Fortunato li xxukkjat lil kulħadd u qanqlet fil-partitarji sens kbir ta’ dieqa għal ġuvni li ħalla din id-dinja minħabba kumplikazzjonijiet marbuta mal- marda kiefra tal-lukiemja.

L-istess bħalma ġara lil Trapattoni, anki Lippi wara li rebaħ kollox beda jħoss li kien wasal iż-żmien li jitlaq lil Juventus u jibda avventura oħra x’imkien ieħor. Lippi ried jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ Inter u fil-bidu tal-istaġun 1998/99 ftihem man-Neroazzurri li kien sejjer magħhom malli jiskadilu I-kuntratt ma’ Juventus fi tmiem dak l-istess staġun. L-aħbar saret magħrufa u ħarbtet mhux ftit lit-tim. Ir-riżultati bdew ikunu fjakki u Lippi tilef ir-riedni tal-iskwadra, tant li f’ċertu punt ma kellux triq oħra għajr li jirriżenja. Floku nħatar Ancelotti li ħadem tajjeb u f’sentejn mar qrib li jirbaħ żewġ kampjonati. Ix-xorti imma ma kenitx miegħu (u forsi mhux ix-xorti biss għax ma rridux ninsew x’gara fil-mishut Ħadd tal-partita kontra Perugia meta Juventus tilfu l-kampjonat wara li kellhom jilagħbu fi grawnd mgħarraq bl-ilma tax-xita). Bażikament tlifna żewġ kampjonati fl-aħħar ġurnata. Morna qrib ħafna li nsiru champions tal-Italja, imma dan ma kienx biżżejjed biex Juventus jikkonfermaw lil Ancelotti bħala kowċ. Ma kienx rebaħ u allura daret il-folja. It-tim kien mill-ġdid fdat f’idejn Marcello Lippi.

It-tieni epoka ta’ Lippi ma’ Juventus hi waħda rikka daqs I-ewwel waħda. Bdejna bir-rebħ tal-kampjonat meta kontra kull pronostku, fil-famuż “5 maggio“, qbiżna lil Inter fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat. Bl-istess mod li Ancelotti kien tilef I-iscudetti fl-aħħar ġurnata, hekk dak il-kampjonat intrebaħ fl-aħħar partita. Sena biss wara, Juventus waslu sal-finali taċ- Champions, imma din id-darba Lippi ma irrepetix is-suċċess tal-1996. Fl-Old Trafford ta’ Manchester il-penalties ċaħduna minn rebħa mistħoqqa.

Mitmum it-tieni ċiklu ta’ Lippi, postu ttieħed minn ħadd ħlief Fabio Capello. L-għażla ta’ Capello saret minn Umberto Agnelli ftit qabel miet. Hu kien għażel suċċessur possibbli għal Lippi u fil-verità t-tim kompla jirbaħ fl-Italja. Capello kellu skwadra qawwija b’Nedved, Emerson, Cannavaro, Ibrahimovic, Zambrotta, Vieira, Camoranesi, Thuram, Trezeguet u Del Piero. Imma dak it-tim naqas milli jimpressjona fl-Ewropa fejn ir-riżultati kienu pjuttost deludenti.

Ix-xogħol ta’ Capello waqaf ħesrem fl-2006 meta faqqa’ l-iskandlu ta’ Calciopoli u Juventus sfaw relegati fis-Serie B. Minn hemm beda l-kalvarju ta’ Juventus li kellu jdum bosta snin. Ir-ritorn fis-Serie A kien immedjat, imma t-tim ma kienx attrezzat biex jirbaħ l-iscudetto. Inxtraw ħafna plejers mhux ta’ livell: Andrade, Felipe Melo, Diego, Thiago u Amauri, biex insemmu biss l-aktar każi magħrufa. Kienu snin li fihom konna naraw lil Juventus megħluba u spiss umiljati fil- logħob minn timijiet żgħar. Kemm-il darba sfajna barra mill- kompetizzjonijiet Ewropej.

Il-folja reġgħet nqalbet hekk kif mill-2011 Antonio Conte ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim. Hu ħadem ħafna fuq il-mentalità tal-plejers u nissel fihom l-għatx għar-rebħ. F’daqqa waħda, fil-“Juventus Stadium” dehret skwadra l-oppost ta’ dik tas-snin post-calciopoli. Buffon, Barzagli, Bonucci, Chiellini, Marchisio, Pirlo, Vidal, Pepe, Vucinic u Del Piero, flimkien mal-bqija tal- iskwadra bdew jilagħbu futbol mill-isbaħ. Ix-xogħol ta’ Conte ssarraf mill-ewwel fi scudetto u f’finali tal-Coppa Italia (mitlufa kontra Napoli). Fis-snin ta’ wara żdiedu fit-tim nies bħal Pogba, Asamoah, Tevez, Giovinco u Llorente. Dawn komplew fuq ix-xogħol tal-ewwel sena u l-Juventus ta’ Conte spiċċat rebħet tliet kampjonati konsekuttivi bejn l-2012 u l-2014. Ma’ dawn it-tlieta żdied anki r-raba’ kampjonat fl-2015, imma din id-darba t-tim kien immexxi minn Massimiliano Allegri wara li Conte għażel li jitlaq minn idu t-tmexxija tat-tim. Fuq dan l-aħħar kampjonat se nitkellmu aktar fid-dettall fis-sezzjoni konklużiva ta’ dan il-kapitlu.

Rebbieħa tat-tazzi kollha tal-Ewropa

Juventus kienu l-ewwel tim li qatt rebaħ il-kompetizzjoniji Ewropea kollha għall-klabbs. Huma tassew ftit il-klabbs fid- dinja li jistgħu jiftaħru li għandhom it-tazzi kollha fil-mużew tagħhom. Interessanti li sal-1975 Juventus ma kienu għadhom għollew ebda tazza fl-Ewropa. Kienu waslu sal-finali tat-Tazza tal-Fieri fl-1965 u fl-1971 imma tilfuhom it-tnejn kontra Ferencvaros u Leeds United rispettivament. Fl-1973 Juventus b’sorpriża waslu sal-finali tat-Tazza taċ-Champions imma kellhom ibaxxu rashom quddiem il-qawwa ta’ Ajax. F’dik l-istess sena I-Bianconeri lagħbu fil-finali tat-Tazza Interkontinentali u għal darb’oħra ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 1-0 kontra Independiente.

L-ewwel unur fl-Ewropa wasal fl-1977, sentejn wara t-twaqqif tal-klabb tagħna. It-tim kien immexxi għall-ewwel darba minn Giovanni Trapattoni u apparti li rnexxielu jirbaħ it-taqtigħa ma’ Torino fil-kampjonat, b’xorti tajba wasal ukoll sal-finali tat- Tazza UEFA. L-avversarji kienu Athletic Bilbao u l-finali kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. L-ewwel waħda saret f’Turin bit- tim ta’ Trapattoni joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0, gowl ta’ Tardelli. Fil-partita ta’ ritorn fi Spanja, Juventus marru mill- ewwel fil-vantaġġ hekk kif Bettega sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras. Immedjatament kien hemm reazzjoni qawwija mit-tim Spanjol li qaleb l-iskor favurih u rebaħ il-konfront bl-iskor ta’ 2-1. II-Bianconeri rebħu t-tazza bil-gowls away. Ta’ min isemmi li din kienet l-unika darba fl-istorja tal-kompetizzjonijiet Ewropej li t-tazza ntrebħet minn tim magħmul kompletament minn plejers Taljani.

Fl-1983 l-iskwadra fenomenali ta’ Juventus magħmula minn sitt plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja mal-Italja, flimkien ma’ Platini, Boniek u stilel oħra, kellha mixja trijonfali fit-Tazza taċ-Champions u għaxar snin wara l-finali kontra Ajax, il- Bianconeri kisbu d-dritt li jerġgħu jilagħbu l-finali. L-avversarji din id-darba kienu Hamburg, avversarji pjuttost modesti li ma setgħux ilaħħqu mal-qawwa tat-tim ta’ Trapattoni. Kulħadd kien qed ibassar ir-rebħ tat-tazza min-naħa ta’ Juventus. Ix- xorti riedet iżda li, kontra kull stennija, Hamburg marru fil- vantaġġ b’xutt ta’ Felix Magath minn barra l-kaxxa u l-plejers Bianconeri ma kellhomx is-saħħa jqumu fuq saqajhom biex idawru r-riżultat favurihom. Waslet għaldaqstant it-tieni telfa fil-finali tat-Tazza taċ-Champions.

Sena biss wara, Juventus rebħu t-tieni unur fl-Ewropa. Din id-darba kien imiss lit-Tazza tat-Tazzi. Il-mixja ta’ Juventus fil- kompetizzjoni reġgħet kienet bla rażan. Fil-finali sibna lil Porto bħala avversarji. Vignola fetaħ l-iskor b’azzjoni personali mill- isbaħ wara li rċieva l-ballun fit-tliet kwarti tal-grawnd, qabeż żewġ avversarji u xxuttja b’mod angulat minn barra l-kaxxa. Porto rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs, imma mbagħad kien Boniek li ffirma l-gowl tar-rebħa meta rċieva I-ballun fil- kaxxa, niżżlu b’sidru u għeleb lill-goalkeeper avversarju b’xutt fil-baxx.

II-kisba tat-Tazza tat-Tazzi fethet it-triq għall-ewwel Super Cup tal-Ewropa li Juventus qatt lagħbu. Il-Bianconeri affrontaw lir- rebbieħa tat-Tazza taċ-Champions, Liverpool. Dakinhar tal- partita, is-16 ta’ Jannar 1985, il-“Comunale” kien miksi bis-silġ imma Boniperti għamel minn kollox biex il-pitch jiġi żgumbrat mis-silġ biex il-partita setgħet tintlagħab regolarment. L-iskor finali kien ta’ 2-0 favur it-tim ta’ Trapattoni b’Boniek jiskorja ż-żewġ goals Juventini.

F’dik l-istess sena tal-1985, Juventus u Liverpool reġgħu Itaqgħu fil-finali tat-Tazza taċ-Champions. Id-29 ta’ Mejju 1985 hi data li ebda Juventin qatt ma jista’ jinsa mhux biss għax Platini, Scirea u shabu rebħu t-Tazza taċ-Champions għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Juventus, imma fuq kollox għall-fatti traġiċi u drammatiċi li seħħew qabel il-partita. Tkellimna fit-tul f’dan il-ktieb dwar it-traġedja tal-Heysel li ħalliet 39 persuna innocenti mejta. Dakinhar I-UEFA riedet li l-partita tintlaghab xorta waħda minkejja kollox u Juventus rebħu l-partita surreali b’penalty kontroversjali ta’ Platini.

Is-sena 1985 ingħalqet b’unur ieħor. Fit-8 ta’ Diċembru 1985 f’Tokyo Juventus, iċ-Champions Ewropej, lagħbu kontra r-rebbieħa tal-Amerika t’Isfel, Argentinos Juniors. II-Bianconeri reġgħu wrew il-qawwa tagħhom u kienu xi deċiżjonijiet kontroversjali ferm tar-referee li ma ippermettewx lit-tim ta’ Trapattoni li jirbaħ il-partita sad-disgħin minuta. Fost l-oħrajn dakinhar ir-referee ħassar wieħed mill-isbaħ gowls ta’ dejjem, gowl skorjat minn Michel Platini li wera quddiem id-dinja kollha t-talent infinit tiegħu. Bl-iskor finali ta’ 2-2, it-timijiet marru għall-penalties u hawn Tacconi kien il-protagonist tar- rebħa Bianconera billi laqa’ żewġ penalties. Il-ferħ kien kbir hekk kif mat-tieni penalty milqugħ Juventus saru champions tad-dinja. Barra minn hekk il-Bianconeri kienu saru l-ewwel klabb li qatt rebaħ kull kompetizzjoni Ewropea u mondjali għall-klabbs.

 

 

… ikompli

 

  • partijiet preċedenti
  1. Iswed u Abjad (l-ewwel parti)
  2. L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)
  3. Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)
  4. Żewġ klabbs jingħaqdu f’familja waħda – Iswed u Abjad (ir-raba’ parti)
  5. Ilkoll kburin li aħna Juventini – Iswed u Abjad (il-ħames parti)
  6. L-iskwadra Juventina kollha fil-klabb tagħna – Iswed u Abjad (is-sitt parti)
  7. Rabta dejjem aktar sogħda má personalitajiet prominenti

L-iskwadra Juventina kollha fil-klabb tagħna – Iswed u Abjad (is-sitt parti)

  • ikompli mil-ħames parti

 

L-itwal Laqgħa Ġenerali Annwali

Fl-annali tal-klabb tagħna, wieħed isib li l-itwal Laqgħa Ġenerali Annwali li qatt saret fl-istorja kienet dik li saret nhar it-Tnejn 20 ta’ Settembru 2004. Dan għaliex fl-aġenda tal- Laqgħa Ġenerali, minbarra xogħol ieħor, kellha ssir elezzjoni għall-membri li kellhom iservu fuq il-Kumitat Eżekuttiv għas-sena 2004/2005.

L-interess kbir li qajmet din il-Laqgħa Ġenerali kien dovut għall-fatt li l-President Mark Zammit ma kienx se jikkontesta għall-presidenza wara seba’ snin li matulhom qatt ma kien kontestat. Għal din il-kariga, is-Segretarja, Caroline Attard, irċeviet żewġ nominazzjonijiet, dik ta’ Dr. Michael Sciriha u dik tas-Sur Joe Pellegrini.

Barra minn hekk żewġ kandidati, Omar Busuttil u Mario Mifsud, ressqu n-nomini tagħhom għal Teżorier filwaqt li erbatax-il kandidat ieħor kienu se jikkontestaw għal tnax- il post fil-Kumitat Eżekuttiv. Mill-banda l-oħra l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali kien okkupat awtomatikament mis- Sinjorina Caroline Attard li ma kenitx kontestata.

Fil-bidu tal-Laqgħa Ġenerali, Omar Busuttil irtira l-kandidatura tiegħu qabel bdiet l-elezzjoni u għaldaqstant il-kariga ta’ Teżorier marret direttament għand Mario Mifsud.

Wara l-approvazzjoni tal-Minuti tas-sena ta’ qabel, id-diskors tal-President u l-qari tar-Rapport Amministrattiv u dak Finanzjarju mis-Segretarja u mit-Teżorier, għaddejna għall- elezzjoni tal-Kumitat. Minkejja li għal-Laqgħa kienu preżenti 262 membru, kienu biss 167 li xeħtu l-vot tagħhom.

Minħabba l-għadd kbir ta’ voti u karigi, il-Kummissjoni Elettorali magħmula miċ-Chairman, Manwel Scerri, u minn Dr. Franco Galea u Albert Callus, kellha biċċa xogħol kbira quddiemha, tant li sa tard bil-lejl ir-riżultat finali kien għadu ma tħabbarx.

Kien biss għall-ħabta tat-3.40 ta’ filgħodu li quddiem ftit membri preżenti, iċ-Chairman ħabbar ir-riżultat finali biex b’hekk intemmet din il-maratona ta’ Laqgħa Generali Annwali. Dr. Michael Sciriha kien elett President u b’hekk beda l-presidenza tiegħu li kellha ddum għal 10 snin sħaħ mingħajr interruzzjoni.

Il-membri eletti fil-Kumitat kienu: Kevin Aquilina, Pierre Aquilina, Mark Attard, Brian Borg, Everard Farrugia, William Micallef, Duncan Muscat, Frans Sammut, Matthew Scerri, Joseph Spiteri, Vincent Vassallo u Simon Vella.

Wara diskors qasir mill-President il-ġdid Dr. Michael Sciriha, li irringrazzja lill-membri li tawh il-fiduċja sħiħa tat-tmexxija tal- klabb, kien deċiż li l-Laqgħa tkun aġġornata minħabba li kien tard wisq u ma kienx fadal ħin għall-affarijiet l-oħra fl-aġenda. II-Laqgħa, imbagħad, tkompliet f’data oħra.

Relazzjonijiet ma’ Turin

Iċ-Centro Coordinamento Juventus Clubs tul dawn l-erbgħin sena baqa’ l-punt ta’ riferiment għall-Juventus Clubs imxerrda mad-dinja, għalkemm hu ta’ min wieħed jirrimarka li mal-milja tas-snin seħħew diversi riformi fi ħdan iċ-Centro Coordinamento. Fil-bidu tas-Seklu XXI seħħet riforma fi ħdan iċ-Ċentru meta nbidel il-mod kif ikunu reģistrati I-klabbs. Permezz ta’ din ir-riforma nħolqot l-iskema tal-klabbs DOC, li llum huma l-unići klabbs uffiċjalment rikonoxxuti minn Juventus FC. Ovvjament il-klabb tagħna sa mill-bidunett kien jifforma parti minn din ix-xibka ta’ klabbs DOC. Fl-ewwel snin kien l-ex-plejer Michelangelo Rampulla li ġie fdat bir- responsabbiltà li jmexxi l-istruttura tal-klabbs DOC.

F’Ottubru 2005 kellna l-unur li nilqgħu fostna lil Rampulla u lill-assistent tiegħu Umberto Rissoni għal żjara qasira li serviet biex ikunu konsolidati r-relazzjonijiet bejn il-klabb tagħna u ċ-Centro Coordinamento. Fl-istess ħin il-Kumitat ma naqasx milli japprofitta minn din l-okkażjoni biex, għal darb’oħra, ilaqqa’ lil Rampulla mal-membri.

Gigi Buffon fostna

Il-membri tal-klabb huma dejjem għatxana għal żjarat minn plejers ta’ Juventus u l-Kumitat minn dejjem ħadem ħafna f’dan is-sens. Hu ta’ unur kbir li fl-istorja tiegħu l-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) fetaħ il-bibien tiegħu għall- aktar plejers sinifikattivi tul dawn l-aħħar erbgħin sena. Fost dawn iż-żjarat għandna bir-raġun inżidu dik ta’ Gigi Buffon.

Is-sena 2007 kienet għalina l-Juventini sena ta’ sodisfazzjon mhux biss għax it-tim irritorna fost il-kbar tas-Serie A wara sena purgatorju inġust, iżda wkoll għax ġie fostna l-aqwa goalkeeper tad-dinja, Gigi Buffon.

Ġie f’pajjiżna b’għan sublimi u nobbli, għall-karità, fejn il-preżenza tiegħu kienet ta’ għajnuna kbira għall-Puttinu Cares Children’s Cancer Support Group. Għalkemm din kienet żjara ta’ ftit sigħat, tibqa’ immarkata f’moħħna għax ferrħet lil mijiet ta’ tfal sfortunati fil-grawnds tal-Marsa. Fraħna miegħu aħna wkoll, u Buffon wera sincerament li kien emozjonat fostna.

Bil-kollaborazzjoni sħiħa mal-organizzaturi ta’ Puttinu Cares u l-ħidma kbira tas-Segretarju Internazzjonali tal-klabb, William Micallef, ma setax jonqos li l-klabb tagħna jaħtaf din I-opportunità u jorganizza fis-sede tiegħu l-Buffon Day għall- benefiċċju tal-membri tagħna.

Infatti, kien nhar it-22 ta’ April 2007 li Gigi Buffon żar il- klabb tagħna f’Birkirkara fejn kien milqugħ b’entużjażmu liema bħalu mill-membri li ħonqu s-sala u kull parti oħra tal- kwartieri għal din l-okkażjoni speċjali.

Akkumpanjat minn William Micallef, Buffon kien milqugħ mis-Segretarju Ġenerali, Manwel Scerri, li ppreżentah lil Viċi- President, Brian Borg (il-President Dr. Michael Sciriha kien imsiefer). Wara li mar dritt fuq żewġ persuni bi bżonnijiet speċjali li kellhom post riservat ħdejn il-bieb tal-klabb, Buffon tela’ fis-sala fejn kien milqugħ b’għajjat li jtarrax minn folla ta’ madwar ħames mitt persuna.

Wara li ffirma l-ktieb tal-viżitaturi, Buffon niżel fis-sala fejn fuq palk imħejji apposta, sema’ l-indirizzi ta’ merħba mis- Segretarju Ġenerali u mill-Vici-President. Imbagħad kien imiss lil Gigi jirrispondi. F’indirizz qasir ħarġet l-umanità, id- disponibbiltà u r-rikonoxxenza tiegħu lejn il-partitarji Juventini ta’ dawn il-gżejjer.

Waqt id-diskors tiegħu fis-sala rrenja skiet taqtgħu b’sikkina iżda malli spiċċa l-folla mill-ġdid infexxet f’ċapċip u nħakmet minn entużjażmu liema bħalu. Tul il-laqgħa, Gigi kompla jkun disponibbli billi ffirma flokkijiet, blalen, ritratti u memorabilja oħrajn tal-membri.

Wasal il-ħin tar-rigali. Rigal sabiħ mill-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) kienet id-Dgħajsa tal-Latini tal-fidda. Rigal ieħor stupend ippreżentat mis-Sur Jesmond Azzopardi, President tal-Juventus Club Vero Amore Għawdex, kien jikkonsisti f’pittura artistika taż-żejt ta’ livell għoli b’messaġġ fuqha

“Gianluigi Buffon passato-presente-futuro”.

Dan ir- rigal kien apprezzat immens minn Gigi tant li għal bosta drabi għolla l-kwadru lejn il-membri preżenti fost l-għajjat

“Gigi! Gigi!”

Il-folla ħarġet kuntenta mill-klabb għax rat fostha ftit metri ‘l bogħod minnha lill-aqwa goalkeeper tad-dinja. Buffon kellem lill-partitarji u iċċajta magħhom, u huma sellmulu bl-għajta ta’

“Juve! Juve!”

 

Iż-żjara ta’ Gianluca Pessotto

Wara Furino, Morini, Boniperti, Bettega, Conte u Buffon, kien imiss lil Gianluca Pessotto li jirfes l-għatba tal-klabb tagħna nhar it-28 ta’ Ottubru 2007. L-impressjoni li ħallew fostna dawn il-persunaġġi, li huma parti integrali mill-istorja kbira ta’ Juventus, tkompliet biż-żjara qasira iżda sinifikattiva tat- team manager u ex-plejer ta’ Juventus li hekk kif daħal fil- klabb esklama

“Mamma mia, dan palazz!”

Il-merħba kbira u l-mod kif kien milqugħ ‘Il-Professore’, kif hu magħruf Pessotto, flimkien mal-organizzazzjoni perfetta fil-klabb, impressjonawh tant li mill-ewwel ħassu bejn ħbieb veri u sinċieri daqs li kieku kien f’daru.

Impressjonanti kienet ukoll it-tifkira li ħalla fostna Gianluca, dik ta’ bnieden intelligenti, kolt, kordjali, u fuq kollox umli. Il-ferħ għall-fatt li kien jinsab fostna, fost il-ħbieb veri, deher jixgħel fuq wiċċu sa mill-ewwel sekonda. Iċċajta, kien disponibbli l-ħin kollu u l-membri preżenti ħarġu mill-klabb kuntenti u sodisfatti li tkellmu, iddjalogaw u laqgħu fosthom persuna li tant u tant tat lil Juve f’karriera sabiħa bil-flokk Juventin kif ukoll persunaġġ li kien qed ikun apprezzat għax-xogħol kbir u diffiċli bħala team manager ta’ Juventus FC.

Il-kordjalità u l-umiltà tiegħu kienu espressi fi kliemu, ferm meqjus u f’mumenti anki ċajtier u l-mod uman li bih wera kemm hu tassew bniedem mahbub minn kulħadd. Għalina I-Juventini ta’ dawn il-gżejjer kienet tassew okkażjoni sabiħa u memorabbli.

 

L-iskwadra Juventina kollha fil-klabb tagħna

Mument storiku mhux biss għall-klabb lokali, imma b’mod ġenerali fl-istorja ta’ kull Juventus Club fid-dinja, għexnih nhar il-Ħamis 10 ta’ Jannar 2008. Dakinhar it-tim kollu ta’ Juventus u d-dirigenti żaru I-klabb tagħna f’Birkirkara. Din kienet l-ewwel u s’issa l-unika darba fl-istorja li seħħet ħaġa ta’ dan it-tip fejn jidħlu l-klabbs tal-partitarji.

Dan sar possibbli wara ħidma intensiva mill-Kumitat li rnexxielu jikkonvinċi lid-dirigenti ta’ Juventus FC li kienu f’Malta għal training camp. Iż-żjara tat-tim fis-sede tal-klabb f’Birkirkara qajmet interess qawwi bħal dejjem fost mijiet ta’ partitarji lokali tal-iskwadra Bianconera. Dawn kellhom l-opportunità li joqogħdu fit-triq ta’ quddiem il-klabb li ngħalqet apposta u hekk setgħu jaraw minn ftit metri ‘l bogħod lill-benjamini tagħhom. F’mument partikolari I-plejers Juventini ħarġu jsellmu lill-partitarji mill-gallarija tal-klabb fost għajjat u ċapċip.

Ċertament li anki f’din l-okkażjoni speċjali, il-klabb tagħna wera professjonalità kbira li ġibdet I-ammirazzjoni tad- dirigenti Bianconeri mmexxija mid-Direttur Ġenerali Jean- Claude Blanc u l-uffiċjal għoli taċ-Centro Coordinamento, Ezio Morina. Sal-ġurnata ta’ llum din iż-żjara għadha mfakkra fil-klabb permezz ta’ poster kbir tat-tim iffirmat mill-plejers direttament fil-klabb.

Li tara l-plejers kollha Juventini, fosthom il-leġġendarji Del Piero, Nedved, Buffon, Chiellini u Trezeguet jirfsu l-għatba tal- klabb tagħna kienet xi ħaġa straordinarja. Fl-istess ħin li tara wkoll l-istess plejers ma’ sħabhom jammiraw dak kollu li joffri I-klabb tagħna qanqal fil-Kumitat u fil-membri sentiment qawwi ta’ kburija. Tassew li dakinhar inkitbet paġna oħra storika għall-Moviment Juventin f’pajjiżna li għadha sal- ġurnata ta’ llum tagħmlilna unur.

 

Inawgurata s-Sala ‘Giovanni Agnelli’

L-għada taż-żjara uffiċjali tat-tim Juventin kollu fis-sede tagħna, nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2008, Jean-Claude Blanc inawgura uffiċjalment is-Sala ‘Giovanni Agnelli’ fis-sede, jiġifieri l-parti tas-sede fejn jiltaqa’ l-Kumitat u li tintuża bħala s-Segretarjat tal-klabb.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta, u mistiedna oħrajn distinti, fosthom l-uffiċjali għolja taċ-Centro Coordinamento, Umberto Rissone u Ezio Morina.

Wara li l-mistiedna speċjali kienu milqugħa mill-President Dr. Michael Sciriha u s-Segretarju Ġenerali Manwel Scerri, saru diskorsi qosra tal-okkażjoni.

Fl-indirizz tiegħu, il-President Dr. Michael Sciriha ta merħba u irringrazzja lill-mistiedna preżenti. Hu għadda mbagħad biex spjega għaliex il-klabb tagħna kien qed jiddedika s-sala l-ġdida lil mibki ex-President ta’ Juventus FC, l-avukat Giovanni Agnelli.

“Dan qed isir,” sostna Dr. Sciriha, “bħala turija ta’ rispett u ringrazzjament għal dak kollu li l-avukat Agnelli u I-familja tiegħu għamlu għal Juventus mal-milja tas-snin.”

Il-President kompla qal li l-isem tal-avukat Agnelli hu sinonomu mal-istorja glorjuża ta’ Juventus u għaldaqstant kien xieraq li fil-ħames anniversarju mill-mewt tiegħu din is- sala tissemma għalih.

Fit-tweġiba tiegħu, Jean-Claude Blanc wera sodisfazzjon għal din l-okkażjoni u stqarr li kien qed iħossu kburi u onorat li kien qed jinawgura s-sala moderna dedikata lill-avukat Giovanni Agnelli f’sede verament stupenda. Hu faħħar il-ħidma dejjem siewja tal-klabb bil-għan li jippromwovi f’pajjiżna l-ideali, il-valuri u l-attakkament inkundizzjonat lejn il-kuluri Bianconeri.

Blanc temm id-diskors qasir tiegħu billi rringrazzja lill-Kumitat lokali, il-membri u l-partitarji Juventini ta’ dawn il-gżejjer għal-laqgħa memorabbli mogħtija lid-dirigenti u lill-iskwadra kollha ta’ Juventus FC f’Malta.

“L-okkażjoni ta’ llum,” qal Blanc, “hi xiehda, jekk qatt kien hemm bżonn, tal-imħabba u r-rispett li jgawdi t-tim Juventin f’Malta u f’Għawdex. Nawgura kull suċċess lill-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) u nittama li ma tkunx l-aħħar darba li Juventus jiġu fostkom.”

Jean-Claude Blanc imbagħad kixef ir-ritratt tal-avukat Giovanni Agnelli fost l-applaws tal- preżenti filwaqt li l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Pawlu Cremona bierek is-sala.

Iż-żewġ mistednin distinti mbagħad għaddew fil-kamra tal-Kumitat fejn iffirmaw il-ktieb tal-viżitaturi u wara sar riceviment fis-sala ewlenija ta’ fuq għal dawk kollha preżenti.

Gemellaġġi ma’ Juventus Clubs DOC oħra

 

Fid-dinja globalizzata ta’ llum hu aktar faċli li jinħolqu rabtiet ma’ korpi barra mill-pajjiż, inkluż fid-dinja tal-ballun. Għall-klabb tagħna, iż-żjara tal-iskwadra Juventina f’Malta qajmet interess kbir mhux biss bejnietna l-Maltin u l-Għawdxin, iżda wkoll fost il-partitarji Bianconeri speċjalment fin-naħa t’isfel tal-peniżola Taljana.

Proprju fil-ġranet li l-Juventus FC kienu Malta, kien hawn fostna wkoll Raffaello ‘Lello’ Roberto, il-President tal- Juventus Club DOC Siderno ‘Gianluca Pessotto’. Mill-ewwel sar ħabib tal-klabb tagħna u kien deċiz li jsir ġemellaġġ bejn iż-żewġ klabbs. L-għan ewlieni kien li jissaħħu r-rabtiet u r-relazzjonijiet bejn il-klabbs DOC kemm fuq livell sportiv kif ukoll fuq livell kulturali.

II-klabb tagħna laqa’ bil-ferħ din l-istedina u ftit ġimgħat wara delegazzjoni mmexxija mill-Vici-President Brian Borg, mis-Segretarju Ġenerali Manwel Scerri, mis-Segretarju Internazzjonali William Micallef u mill-Assistent Segretarju Matthew Scerri marret Siderno fil-Kalabrija fejn kienet milqugħa tajjeb ferm mill-uffiċjali u mill-membri tal-Juventus klabb DOC ‘Gianluca Pessotto’ (Siderno).

F’din l-okkażjoni l-avukat Roberto ippreżenta lis-Segretarju Internazzjonali, William Micallef plakka kommemorattiva biex jitfakkar dan il-ġemellaġġ. Brian Borg, il-Viċi-President, irreċiproka billi ippreżenta lill-avukat Roberto tifkira tal- okkażjoni.

Id-delegazzjoni tal-klabb tagħna ħadet sehem anki fil- ‘Calabria Day’ f’Reggio Calabria b’rappreżentanza mit-tim Juventin li kien jinsab f’Reggio għall-partita kontra Reggina. Waqt il-‘Calabria Day’, magistralment organizzata u mmexxija minn Raffaello Roberto nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2008, saru diskorsi u diskussjonijiet minn panel rappreżentattiv ta’ diversi Juve Clubs DOC min-naħa t’isfel tal-Italja. Kien ta’ sodisfazzjon kbir għad-delegazzjoni tal-Juventus Club Vero Amore li s-Segretarju Internazzjonali William Micallef kien mistieden biex jieħu sehem bħala wieħed mill-kelliema.

Matul id-diskussjonijiet ħareġ biċ-ċar li l-klabbs Juventini kollha għandhom l-istess problemi, principalment dik tal- biljetti għal-logħbiet tal-Juventus f’Turin u diffikultajiet biex plejers Juventini jżuru l-klabbs barra minn Turin. Preżenti għall- ‘Calabria Day’ kien hemm il-President ta’ Juventus, Giovanni Cobolli Gigli, il-plejers Nedved, Chiellini u Legrottaglie, kif ukoll għadd kbir ta’ tesserati fil-Juventus DOC. Fi tmiem I-avveniment, Pavel Nedved kien ippreżentat b’donazzjoni ta’ €5,000 għall-Isptar tat-tfal, Sant’Anna.

Ta min wieħed jgħid li dan il-ġemellaġġ kien provvidenzjali għall-klabb tagħna, għax ir-rabta u l-ħbiberija mill-qrib li tnisslet u ssaħħet mal-President ta’ Siderno, Raffaello Roberto llum ħadet xejra importanti ferm billi llum Lello hu I-Amministrattur Eżekuttiv taċ-Centro Coordinamento.

Klabb ieħor li kellna l-pjaċir nilqgħu fostna u nagħmlu ġemellaġġ miegħu f’dik l-istess sena tal-2008 kien il-Juventus Club DOC ‘Michelangelo Rampulla’ ta’ Caltanissetta. F’Settembru 2008 delegazzjoni ta’ tmintax-il persuna ġiet Malta minn Sqallija u saru għadd ta’ attivitajiet biex ikun ċelebrat il-ġemellaġġ.

Mal-wasla tad-delegazzjoni, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru 2008, immedjatament saret ikla li serviet biex il-Kumitat isir jaf aħjar lil dawn il-persuni li ġew minn Sqallija apposta biex iżuru l-klabb tagħna. F’din l-okkażjoni kien hemm mistieden speċjali li wasal direttament minn Turin: Fabio Ellena, Press Officer ta’ Juventus FC.

L-għada s-Sibt 6 ta’ Settembru fil-Floriana ntlagħbet partita ta’ ħbiberija 5-a-side bejn it-tim tal-klabb tagħna u r-rappreżentanti tal-klabb Sqalli. Fi sħana kbira, it-timijiet tqabdu sew u l-klabb tagħna fl-aħħar ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 5-2. Għaldaqstant it-tim tal-klabb tagħna seta’ jgħolli t-‘Trofeo dell’Amicizia’ li sar apposta għall-okkażjoni.

Filgħaxija tal-istess jum, imbagħad, id-delegazzjoni minn Caltanissetta żaret il-klabb u rat flimkien mal-membri tagħna l-partita Ċipru-Italja. Fi tmiem il-partita sar it-tqassim ta’ tifkiriet kommemorattivi tal-okkażjoni bejn il-Kumitati taż- żewġ klabbs. Dr. Michael Sciriha kellu kliem ta’ tifhir għall-mod kif sar dan il-ġemellaġġ u wiegħed li kien se jkun promotur għat-twaqqif ta’ Kumitat Reġjonali tan-naħa t’isfel tal-Italja, bil-klabb Malti jkun parti minnu wkoll. L-idea għoġbot lill-President tal-klabb ta’ Caltanissetta, Calogero Rizza. Filwaqt li rringrazzja lill-Kumitat Malti għall-merħba kbira li ngħatat lid-delegazzjoni minn Sqallija, is-Sur Rizza awgura li jkun hemm aktar okkażjonijiet sbieħ bħal dik u fl-istess ħin esprima x-xewqa li l-klabb Sqalli u dak Malti jissaħħu f’rabta ta’ ħbiberija bejniethom.

Il-ġemellaġġ mal-klabbs ta’ Siderno u Caltanissetta ssaħħaħ fid-29 ta’ Ottubru 2009 meta s-Segretarju tal-klabb Malti, Matthew Scerri, f’ċerimonja li saret f’Turin, attenda għall- ftuħ tas-sezzjoni Turin-Milan li twaqqfet b’mod konġunt bejn iż-żewġ klabbs tan-naħa t’isfel tal-Italja. Il-Presidenti, f’din iċ- ċerimonja, irringrazzjaw u tennew ir-rapport ta’ ħbiberija mal- klabb Malti. Huma stqarrew li anki l-bibien ta’ din is-sezzjoni se jkunu dejjem miftuħa għall-partitarji Juventini Maltin.

Fi snin riċenti I-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) għamel gemellaġġi anki mal-Juventus Club DOC Alcamo u mal-Juventus Club DOC Cercola. Dawn il-ġemellaġġi ġew miftiehma direttament fl-Italja mis-Segretarju Internazzjonali William Micallef u mill-President Joseph Fenech permezz ta’ bdil ta’ gadgets ma’ rappreżentanti tal-klabbs.

Fausto Rossi

Is-sena 2008 bdiet biż-żjara tat-tim Juventin kollu fil-klabb tagħna u ntemmet bi żjara oħra minn Turin, din id-darba minn talent żagħżugħ li kien jifforma parti mit-tim ‘Primavera’ ta’ Juventus: Fausto Rossi. Iż-żjara kienet sinifikattiva billi, apparti l-attivitajiet tas-soltu bħal-laqgħa mal-membri fil-klabb u l-ikla ad unur il-mistieden speċjali fil-lukanda Le Meridien, Fausto Rossi kellu anki l-opportunità li jferraħ lil xi tfal membri tal-klabb li huma inqas ixxurtjati. Fil-fatt hu mar fl-iskola St. Patrick’s biex jiltaqa’ ma’ dawn il-membri u qatta’ xi ħin jilgħab il-ballun magħhom. Ċertament li dawn it-tfal m’huma qatt se jinsew il-mument f’ħajjithom fejn lagħbu u qattgħu ftit tal-ħin fil-kumpanija ta’ plejer ta’ Juventus.

Tisbieħ u kumdità fis-sede

Sa mill-ewwel ġimgħat wara l-akkwist tas-sede f’Birkirkara, il-Kumitat ħadem qatigħ biex isebbaħ u jagħti xejra komda lill-kwartieri fejn jingabru l-membri. Saru xogħlijiet fis-sala ewlenija, liżar kbir għall-partiti, b’siġġijiet komdi u għadd kbir ta’ air-conditioners f’kull rokna tal-klabb.

Maż-żmien il-proċess ta’ titjib fil-klabb ra l-introduzzjoni ta’ Wi-fi free connection area għall-użu tal-membri u dawk li jiffrekwentaw il-klabb. Il-Kumitat ħaseb għal dan is-servizz biex mill-bar u mis-sala wieħed ikun jista’ jikkonnettja mal- internet mingħajr ħlas.

Il-ħajja tal-klabb iddur prinċipalment madwar il-partiti ta’Juventus u għaldaqstant il-Kumitati dejjem investew ħafna fi projectors u apparat televiziv bl-aqwa teknoloġija tal-mument. Apparat bħal dan jiswa ħafna flus u żgur li r-rinnovament ma setax iseħħ mingħajr l-għajnuna tal-isponsors.

Fuq bażi regolari sar ukoll ħafna xogħol ieħor ta’ manutenzjoni tas-sede tal-klabb biex anki l-binja tibqa’ fi stat tajjeb. Mal- milja tas-snin baqa’ ċentrali fil-ħidma tal-Kumitati x-xogħol kemm ta’ tiswija ta’ xi ħsarat li kien hemm, kif ukoll xogħol ieħor biex tingħata dehra moderna u isbaħ lill-klabb. Anki hawn, ix-xogħol kollu sar grazzi għall-isforz u għall-għajnuna ta’ membri tal-Kumitat u membri oħrajn tal-klabb li taw sehemhom mingħajr interessi.

Wieħed mix-xogħlijiet ewlenin fil-proċess ta’ tisbih u rinnovament tal-klabb kien mingħajr dubju l-ftuħ tas-sala Giovanni Agnelli, jiġifieri l-parti tas-sede li tilqa’ fi ħdanha s-segretarjat u l-board room fejn jiltaqa’ I-Kumitat. Il-ħtieġa ta’ din il-parti l-ġdida tas-sede kienet ilha tinħass sa minn meta l-kamra tal-Kumitat maġenb is-sala nbidlet fi smoking room skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar it-tipjip fil- pubbliku. Għal perjodu qasir is-segretarjat mexa għal kamra fuq il-bejt, imma kien ovvju li din il-kamra ma kinitx tissodisfa l-ħtiġijiet tal-membri. Għaldaqstant il-Kumitat fl-2007 laħaq ftehim mas-sidien tas-sede biex jikseb bil-kera garaxx taħt is- sala tal-klabb. Il-garaxx fl-antik kien ħanut tal-merċa, imma għal żmien twil kien safa’ magħluq.

Ix-xogħol ta’ rinnovament tal-garaxx ġie fdat f’idejn Joseph Fenech u Pierre Galea. Huma ħadmu biex il-garaxx żdingat seta’ jinbidel f’uffiċini u board room mill-aktar moderni, sbieħ u professjonali kif jixraq lill-klabb tagħna. Strumentali f’dan is- sens kienu bħal dejjem l-isponsors u l-ħidma volontarja ta’ xi membri tal-klabb, b’mod partikolari Gino Sciberras u Saviour Desira. F’temp ta’ ftit xhur ix-xogħol tlesta u sal-ġurnata ta’ llum il-membri u l-mistednin speċjali tal-klabb għadhom igawdu l-frott ta’ dan ix-xogħol.

Fi snin aktar riċenti kien hemm xogħol ieħor ta’ rinnovament u tisbiħ tal-area tal-bar li tinkludi t-toilets u l-kamra riservata għal min ipejjep. F’din il-parti tal-klabb il-membri jqattgħu I-aktar ħin u allura I-Kumitati li mexxew il-klabb minn dejjem tawha aktar importanza. Għal darb’oħra Joseph Fenech kien stumentali fid-direzzjoni tax-xogħlijiet li, malli tlestew, dehru li laqtu l-gosti tal-Juventini Maltin.

Il-proċess ta’ tisbiħ tal-area tal-bar hu kontinwu, tant li fi żminijiet riċenti żdied liżar kbir ieħor fil-bar li jikkumplimenta s-sistema awdjo-video ferm teknoloġika li biha hu mgħammar il-klabb. Twaħħlu wkoll CCTV cameras barra s-sede u barra biex jiġi protett il-post u min jiffrekwentah. Dan kollu jixhed I-impenn kbir tal-Kumitat Eżekuttiv biex kontinwament itejjeb is-servizz offrut lill-membri u fl-istess ħin iżomm is-sede fl- aqwa kundizzjoni.

Fl-aħħarnett nixtiequ nsemmu li bl-għan li l-membri jkunu moqdija minn kull lat, infetaħ anki souvenir shop li fih jinbiegħu flokkijiet u memorabilja ta’ Juventus. Fil-bidu kien sempliċi vetrina eżatt malli wieħed jitla’ t-taraġ. Maż-żmien is-souvenir shop tant kiber li sar jokkupa l-ispazju tal-entrata tal-klabb b’kamra tal-alluminju minn fejn il-partitarji jistgħu jixtru l-prodotti uffiċjali ta’ Juventus.

 

 

 

 

… ikompli

 

  • partijiet preċedenti
  1. Iswed u Abjad (l-ewwel parti)
  2. L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)
  3. Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)
  4. Żewġ klabbs jingħaqdu f’familja waħda – Iswed u Abjad (ir-raba’ parti)
  5. Ilkoll kburin li aħna Juventini – Iswed u Abjad (il-ħames parti)
iswed

Ilkoll kburin li aħna Juventini – Iswed u Abjad (il-ħames parti)

  • ikompli mir-rabá parti

 

Ftuħ uffiċjali tas-sede f’Birkirkara

Wieħed mill-punti ewlenin tal-ftehim tal-għaqda bejn iż-żewġ klabbs kien li wara l-fużjoni s-sede tal-Belt titħalla u tinżamm biss dik ta’ Birkirkara. Fil-fatt iż-żminijiet kienu nbidlu u n-nies ma riditx aktar klabb fil-belt Valletta minħabba l-problemi ta’ parkeġġ. Minbarra dan, il-kwartieri ta’ Birkirkara kienu akbar u aktar moderni skont il-ħtiġiet ta’ dawk is-snin.

Il-kwartieri f’Birkirkara ttieħdu b’kera fil-bidu tal-1998 u I-Kumitat beda jara kif jagħmel biex xi persunaġġ Juventin ikun jista’ jinawgurahom. L-okkażjoni ippreżentat ruħha minnufih hekk kif tħabbar li f’Diċembru 1998 Juventus kienu ġejjin Malta għal partita ta’ ħbiberija. Il-President tal-klabb, Mark Zammit, kellu ħafna kuntatti ma’ Roberto Bettega, il-Vici-President Eżekuttiv ta’ Juventus FC. Bettega kien wiegħed li jkun preżenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sede tal- klabb fit-30 ta’ Diċembru 1998. Il-Kumitat kien lest għal din I-okkażjoni speċjali, jum ieħor kbir fl-istorja tal-klabb, imma b’xorti ħażina ċ-ċirkostanzi dakinhar ma ippermettewx li ssir l-inawgurazzjoni.
Fil-fatt mal-wasla tagħhom fl-ajruport ta’ Malta, Juventus sfaw letteralment imkaxkra minn mewġa ta’ partitarji entużjażti żżejjed. Id-dirigenza Bianconera kienet tal-fehma li ma kienx hemm is-sigurtà meħtieġa u allura Bettega ma kellux triq oħra għajr li jħassar il-pjani li jattendi għaċ- ċerimonja tal-ftuħ tal-klabb. Hawn tajjeb ngħidu li l-klabb ma kellu ebda responsabbiltà għal dak li nqala’ fl-ajruport, imma xorta waħda l-biża’ kienet tali li Bettega ma riedx jaf li jesponi ruħu għal perikli oħra li setgħu jinqalgħu u għaldaqstant ħassar l-impenn.

F’din l-istess okkażjoni, Bettega wiegħed lill- President Zammit li kien se jerġa’ jiġi darb’oħra apposta għall- ftuħ tas-sede tal-klabb.
Il-wegħda nżammet minn dak il-ġentlom ta’ Bettega ftit xhur biss wara. Miegħu ġew ukoll Dr. Riccardo Agricola, il- kap tas-settur mediku ta’ Juventus FC, kif ukoll il-Professur Massimo Goitre, kirurgu speċjalizzat fit-dermatoloģija, u Franco Benech, tabib impenjat fis-settur tan-Newrokirurgija fiċ-Centro Traumatologico Ortopedico ta’ Turin, li kienu jikkollaboraw ma’ Juventus. Il-mistednin speċjali waslu mill- Italja fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju tal-1999 u baqgħu sejrin fil-lukanda lussuża f’Għawdex fejn sar riceviment mill-aqwa b’riżą Roberto Bettega organizzat maģistralment mill-Fergħa tal-Juventus Club Vero Amore ta’ Għawdex immexxija mill- President Jesmond Azzopardi u l-Kumitat Għawdxi.
Wara din iż-żjara f’Għawdex wasal il-jum tant mistenni tal- ftuħ uffiċjali tal-post tagħna, imżejjen minn barra u minn ġewwa għall-okkażjoni.

Nhar il-25 ta’ Ġunju 1999 kienet festa kbira għalina l-Juventini meta quddiem bosta mistiedna distinti Maltin u barranin kif ukoll għadd kbir ta’ membri li mlew is-sede, Roberto Bettega inawgura uffiċjalment il-klabb u kixef irħama kommemorattiva li għadha sa llum iżżejjen is- sala ewlenija tas-sede tagħna.
Fl-indirizz tiegħu, il-President Mark Zammit ta merħba lill-misteden speċjali, lil Roberto Bettega u lil dawk kollha preżenti, u fost l-oħrajn qal:

“Inħossuna kburin li għal din il- ġurnata storika qed nilqgħu fostna wieħed mill-ogħla dirigenti ta’ Juventus u plejer leġġendarju li libes il-flokk iswed u abjad, bandiera Bianconera. Illum hu jum li għandu jibqa’ f’moħħ il-Juventini kollha ta’ dawn il-gżejjer għax permezz ta’ din I-inawgurazzjoni mhux biss qed nuru l-attakkament lejn il- kuluri Juventini iżda wkoll qegħdin nuru s-sinjorilità li dejjem iddistingwiet lit-tim u lis-soċjetà mahbuba tagħna, Juventus FC.”

Il-President Zammit temm jgħid:

“Sur Bettega, hu unur kbir għalina I-Juventini Maltin u Għawdxin li tinsab fostna flimkien ma’ uffiċjali oħra u, filwaqt li nirringrazzjawk li aċċettajt I-istedina tagħna, ġentilment nitolbuk tinawgura s-sede.”

Fit-tweġiba qasira tiegħu Roberto Bettega irringrazzja lill-President Mark Zammit mhux biss għall-ospitalità kbira li I-Juventus Club Vero Amore wera miegħu u ma’ shabu, iżda wkoll ra u mess b’idejh l-attakkament sinċier, leali u entużjażmanti li jirrenja fost il-Juventini ta’ dawn il-gżejjer. II- Viċi-President ta’ Juventus FC temm jgħid:

“Hu unur għalija wkoll li se ninawgura dan il-klabb, verament sabiħ li jixraq lil Juventus.”

Wara li Bettega kixef l-irħama kommemorattiva tal-ftuħ uffiċjali, il-Kanonku Sciriha bierek l-irħama fost l-applaws u I-ferħ ta’ dawk preżenti.

Il-Juventin

Kif kellna l-opportunità nsemmu aktar kmieni f’dan il-ktieb, sa mill-1975 il-Kumitat kien ħass il-bżonn li jkollu kuntatt dirett mal-membri biex kull membru jħossu parti integrali mill-klabb u jkun infurmat bl-attivitajiet u l-ħajja tal-klabb u b’kull tagħrif dwar Juventus FC.
Il-mezz l-aktar sempliċi biex jintlaħaq dan l-għan kienu ċ-ċirkularijiet. Ftit wara kienet ippubblikata l-ewwel newsletter. Dan iżda ma kienx biżżejjed u minkejja nuqqas ta’ fondi, il-klabb beda jippubblika rivista uffiċjali tiegħu anki jekk fuq linja relattivament modesta. Saret sejħa lill-membri biex jissuġġerixxu isem adatt, u ntgħażel dak ta’ “Il-Juventin”.

Kien f’Ottubru tal-1975 li ħarġet l-ewwel kopja stensiljata f’forma ta’ fuljett mibgħut b’xejn lill-membri. Id-dehra tal- faċċata ta’ II-Juventin maż-żmien bdiet tieħu xejra differenti u minflok stensiljata beda jkollu l-faċċata tiegħu stampata.
Iż-żmien baqa’ għaddej u II-Juventin kompla jintbagħat b’xejn lill-membri sakemm fi Frar tal-1984, din il-pubblikazzjoni ngħatat libsa u format ġdid u għall-ewwel darba kienet stampata kollha. Twaqqaf Bord Editorjali li tejjeb il-kontenut, il-format u d-dehra sakemm l-istampar qaleb għas-sistema aktar moderna tal-offset.
Minkejja li matul is-snin il-pubblikazzjoni uffiċjali tal-klabb dejjem ħarġet taħt l-isem ta’ Il-Juventin, għal xi perjodu din ħadet l-isem ta’ “Bianconeri Olé” li iżda ma damitx wisq għax mill-ġdid fil-ħarġiet ta’ wara reġa’ deher it-titlu originali ta’ Il-Juventin.

Il-mezzi aktar moderni u l-isponsorships ippermettew li Il- Juventin jilħaq livell għoli ta’ produzzjoni. Infatti matul dawn l-aħħar snin Il-Juventin minbarra li dejjem kien stampat kollu kulur, ippreżenta kwalità għolja ta’ informazzjoni, artikli, stampi u kull dettal dwar il-klabb tagħna u Juventus.
Matul is-snin Il-Juventin kellu wkoll ħarġiet speċjali kull meta Juventus waslu sal-finali taċ-Champions League. Dan kien għall-finali tal-Heysel kontra Liverpool (1985), dik ta’ Ruma kontra Ajax (1986), dik ta’ Munich kontra Borussia Dortmund (1997) u dik aktar riċenti f’ Amsterdam kontra Real Madrid (1998). Ħarġiet speċjali kienu wkoll ippubblikati fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-sede f’Birkirkara, u fiż-żjarat li għamlu Antonio Conte, Gigi Buffon u t-tim kollu Juventin fil-klabb.
Il-Juventin, għalkemm m’għadux ikun pubblikat bl-istess regolarità tal-imgħoddi, għadu ħaj u, grazzi għall-progress enormi li sar fl-aħħar snin fit-teknoloġija tal-informatika, għadu jkun ippubblikat u jasal fid-djar tal-membri tagħna kollha anki permezz tal-posta elettronika.

Fergħa tal-Juventus Club f’Għawdex

Sa mill-1975 il-klabb kellu dejjem delegat li kien responsabbli għal Għawdex, imma fis-Snin Disgħin tliet Juventini Għawdxin, Loretu Grima, Joe Debono u Jesmond Buttigieg esprimew ix- xewqa li xi darba jkollhom klabb Juventin f’Għawdex ukoll. Kien wara l-partita finali tat-Tazza tac-Champions bejn Juventus u Real Madrid li din il-ħolma bdiet issir realtà. Loretu Grima mill-ewwel avvicina lil Mark Zammit, President tal- Juventus Club Vero Amore, bl-għan li tinfetaħ fergħa tal-klabb f’Għawdex. Mark Zammit mill-ewwel wera d-disponibbiltà tiegħu u wiegħed li kien se jkellem lill-membri tal-Kumitat. Wara biss ftit jiem, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Vero Amore laqa’ x-xewqa tal-Juventini Għawdxin.

Kien il-Ħadd 16 ta’ Awwissu 1998 li fil-kwartieri tal-Legion of Mary fi Pjazza Santu Wistin, ir-Rabat, Għawdex, Mark Zammit indirizza għadd sabiħ ta’ membri Għawdxin u ta gwida importanti dwar kif kellu jitmexxa l-klabb u wiegħed kull appoġġ min-naħa tal-Kumitat tiegħu. Kien miftiehem li I-klabb ta’ Għawdex ma kellux ikun klabb awtonomu imma fergħa tal-klabb f’Malta.

Bdiet it-triq mixtieqa u kien iffurmat Kumitat provviżorju li kellu jwassal għall-ewwel Laqgħa Ġenerali. Dan il-Kumitat beda jlaqqa’ lill-membri kemm fl-Oratorju Don Bosco, r-Rabat, u kemm fil-Flamengo Bar fi Pjazza Kennedy, ir-Rabat. Wara t-tħejjijiet meħtieġa, kien deċiż li l-Laqgħa Ġenerali biex ikun elett Kumitat Eżekuttiv provviżorju ssir nhar l-14 ta’ Ottubru 1998 fil-Kwartieri Ġenerali tal-Legion of Mary.

II- membri eletti kienu dawn:

Tabella nru.5 – L-ewwel Kumitat tal-fergħa ta’ Għawdex

Wara ħidma kontinwa mill-Kumitat biex jinstab post, fl-aħħar instab post adatt fi Triq Fortunato Mizzi, fiċ-ċentru tar-Rabat. Il-kuntratt għall-akkwist tal-lokal kien iffirmat quddiem in- Nutar Paul Pisani nhar it-23 ta’ Marzu 1999 minn Jesmond Buttigieg (President), Stefan Grech (Segretarju) u John Cilia (Membru) għal Juventus Club Vero Amore (Gozo).

Il-ftuħ uffiċjali tas-sede f’Għawdex sar nhar it-23 ta’ Ġunju 1999 mill-Vici-President ta’ Juventus FC, Roberto Bettega li kien Malta fuq stedina tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975), fil-preżenza tal-President tal-Vero Amore, Mark Zammit, flimkien mal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Malta u personalitajiet oħrajn distinti. Wara sar riceviment kbir fil- palazz tal-lukanda Ta’ Čenċ.
Illum, il-Juventus Club ta’ Għawdex huwa wieħed awtonomu, regolarment rikonoxxut miċ-Centro Coordinamento ta’ Turin u jġib l-isem esklussiv ta’ Juventus Club DOC Gianluca Pessotto. B’hekk il-ħolma tat-tliet Juventini, Joe Debono, Loretu Grima u Jesmond Buttigieg saret realtà.

L-impenn qatt ma jonqos

It-tieni nofs tas-Snin Disgħin raw lill-partitarji Maltin jerġgħu jibdew jattendu bi ħġarhom is-sede tal-klabb. Kull darba li kienu jilagħbu Juventus, il-klabb kien ikun mimli daqs bajda bin-nies. Il-membri tesserati kienu jaqbżu n-numru sabiħ ta’ 1,000 kull sena. L-isem tal-klabb tagħna kien fuq fomm kulħadd u, bl-umiltà kollha nistgħu ngħidu li konna xi ftit jew wisq mudell jew aħjar eżempju għal klabbs oħrajn tal- partitarji mwaqqfin f’Malta.
Sostanzjalment il-Kumitat mexa fuq l-istess passi tas-snin tad- deheb tal-klabb u aġġorna kollox skont il-ħtiġiet taż-żminijiet il-ġodda. Ħafna membri tal-imgħoddi reġgħu resqu lejn il- klabb u dahal demm ġdid ta’ partitarji żgħażagħ. Flimkien, anzjani u persuni iżgħar fl-età, ħadmu id f’id għall-ġid tal- klabb, ħadu sehem fl-attivitajiet organizzati apposta għalihom u għexu b’mod ħaj u attiv is-sħubija tagħhom fil-klabb.
Ingħatat kontinwazzjoni lix-xogħol tal-fundaturi tal-klabb u dawn dejjem kienu ta’ ispirazzjoni għall-Kumitati kollha sena wara sena. Ix-xogħol tal-imgħoddi kien jagħti spunti għall-ħidma tal-preżent. Tkomplew u ssaħħu tradizzjonijiet antiki tal-klabb, fosthom il-festin tal-Milied għat-tfal membri jew għat-tfal tal-membri, il-kartolini tal-Milied (li bdew jiġu personalizzati sena wara sena b’artwork marbut mat-tim Juventin), il-pubblikazzjoni ta’ Il-Juventin, il-laqgħat għall- membri u l-forum ta’ diskussjoni. Tkompliet u saret aktar rikka I-organizzazzjoni tal-attivitajiet soċjali u sportivi li issa bdew isiru fuq bażi aktar regolari. Kienu ħafna l-inizjattivi l-ġodda li bdew jingħataw ħajja grazzi għal Kumitati habrieka u dedikati ferm.
Ir-relazzjonijiet ma’ barra tjiebu sew grazzi għall-ħidma tal- President Mark Zammit li spiss kien imur Turin, kif ukoll grazzi għax-xogħol u l-kuntatti tas-Segretarju Internazzjonali William Micallef. Il-preżenza kontinwa u regolari f’Turin ta’ rappreżentanti tal-klabb tagħna ippermettiet lill-Kumitat li jkollu relazzjonijiet ferm aqwa mad-dinja Juventina. B’dan il- mod l-interessi tal-partitarji Maltin kienu rappreżentati aħjar barra minn Malta. Apparti minn hekk beda jiġi offrut servizz ieħor ġdid għall-membri: biljetti għall-partiti ta’ Juventus u season tickets f’Turin għal dawk il-Maltin li kienu dilettanti ferm u setgħu jaffordjaw li jitilgħu Turin regolarment matul l-istaġun.
Il-kuntatti ma’ barra fetħu l-bibien anki għal opportunitajiet ġodda li ma kinux jeżistu qabel. Eżempju ta’ dan kienet iż- żjara fl-1998 ta’ Edriss Sanneh, magħruf minn kulħadd bħala “Idris“. Idris kien wieħed mill-mistednin regolari fil-programm tar-RAI, “Quelli che il calcio”.

Il-popolarità tiegħu fost il-Juventini Maltin kienet tassew kbira u mifruxa. Meta ġie Malta fuq stedina tal-klabb, sar programm speċjali fuq stazzjon tat- televiżjoni lokali li għalih kien hemm parteċipazzjoni minn rappreżentanti ta’ klabbs oħrajn ta’ partitarji ta’ timijiet barranin.
Żgur li hemm wisq x’tgħid u l-ispazju hawn hu limitat. Nixtiequ nsemmu biss punt ieħor li kien karatteristiku tal- klabb lejn tmiem is-Snin Disgħin: it-tessera. Għall-kuntrarju tal-imgħoddi, l-artwork tat-tessera beda jinbidel kull sena u t-tessera ma baqgħetx aktar tal-kartun, imma saret plastifikata u personalizzata qabel tkun stampata.
Fi ftit kliem nistgħu ngħidu li f’temp ta’ ftit snin, il-passività tal-bidu tas-Snin Disgħin ħalliet post għad-dinamiżmu u għal stil ġdid fil-mod kif il-membri jgħixu l-ħajja tal-klabb. Bil-Malti ngħidu ‘Riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa’ u hekk seħħ f’dawn iż-żminijiet. Il-folja daret ħabta u sabta, b’rispett qawwi lejn dak kollu li kien sar mill-1975 ‘il quddiem, imma bl-idea ċara li kien wasal iż-żmien tal-bidla u tar-rinnovament. U din I-idea twettqet bħal dejjem grazzi għall-ħidma tal-Kumitat u l-imħabba tal-membri.

 

Kapitlu 4

II-Juventus Club fis-Seklu XXI

L-aħħar parti tal-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) tehodna fis-snin 2000-2015. Ħmistax-il sena li matulhom kompliet tinkiteb l-istorja tal-klabb fuq l-istess linji tas-snin ta’ qabel, bl-istess spirtu ta’ mħabba u dedikazzjoni li ikkaratterizzat il-ħajja tal-klabb sa mis-snin tat-twaqqif. Jinbidlu n-nies fil-Kumitat, imma jibqa’ jkun hemm dejjem dan is-sentiment komuni u qatt mibdul ta’ mħabba vera, vero amore, lejn il-klabb Malti u lejn Juventus FC. Jinbidlu biss iċ- ċirkostanzi u l-forom kif tissarraf din l-imħabba.

Attivitajiet soċjali u sportivi

Il-fatt li l-klabb kellu issa kwartieri ferm akbar u aktar attrezzati wassal biex żdiedu sew l-attivitajiet soċjali u sportivi, b’ħafna minn dawn jibdew jiġu organizzati direttament fis-sede. II-bar tal-klabb beda u għadu sal-ġurnata ta’ llum jiftaħ kuljum bil-membri jkunu jistgħu jmorru mal-familja u mal-ħbieb tagħhom biex jaraw il-partiti ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, kif ukoll biex semplicement iqattgħu ftit tal-ħin fil- kumpanija ta’ ħbieb oħrajn u jirrilassaw wara ġurnata ta’ xogħol. Il-klabb, għaldaqstant, sar ukoll il-post fejn wieħed joħroġ mal-għeżież tiegħu.
L-attivitajiet soċjali, fosthom pasta nights, wine and pizza parties, il-festin tal-Milied għat-tfal u dak għall-membri u ħafna attivitajiet oħrajn huma appuntamenti fissi fil- kalendarju tal-klabb. Fl-aħħar ħmistax-il sena l-Kumitati saħħew ferm l-organizzazzjoni tal-attivitajiet soċjali ta’ dan it- tip billi emmnu fil-ħtieġa li jkun hemm relazzjoni dejjem aktar qawwija ta’ ħbiberija u għaqda bejn il-membri.
Waħda mill-akbar attivitajiet tal-bidu tas-Seklu XXI kienet serata organizzata fit-Trade Fair Grounds tan-Naxxar nhar it-28 ta’ Mejju 2003. Dakinhar Juventus kienu qed jilagħbu l-partita finali taċ-Champions League kontra Milan u l-Kumitat ħaseb biex, eżattament bħal ħames snin qabel, joħroġ mill-klabb u jittrasmetti l-partita fuq liżar kbir għall-pubbliku ingenerali.

Fejn jidħlu l-attivitajiet sportivi, mill-bidu tas-Seklu XXI il-klabb beda jospita tim tad-darts li ħa sehem fil-kompetizzjonijiet nazzjonali. Aktar tard il-Kumitat investa f’mejda tal-isnooker li flimkien mal-mejda tal-American Pool bdiet isservi għal tornej fi ħdan il-klabb tagħna. Illum-il ġurnata jiltaqa’ regolarment fil-klabb tagħna tim tal-billiards li anki hu jikkompeti fix-xena nazzjonali. Minn żmien għal żmien fil-klabb isiru wkoll tornej tal-playstation. Fejn jidħol l-isport barra mill-klabb, għal darb’oħra hu ta’ min isemmi t-tim tal-futbol tal-klabb li kemm- il darba ħa sehem f’tornej tal-futbol 5-a-side organizzati mill- klabb tagħna stess jew inkella minn xi għaqda oħra. Fost l-oħrajn it-tim tal-klabb ilu snin jieħu sehem fil-maratona tal- futbol ta’ Puttinu u jippreżenta donazzjoni lill-istess Puttinu miġbura minn fost il-membri tal-klabb.

La qed nitkellmu dwar l-attivitajiet, ma nistgħux ma nsemmux li l-klabb tagħna fis-Seklu XXI beda jorganizza ħafna aktar ġiti marbutin ma’ partiti ta’ Juventus FC. Barra minn hekk beda wkoll joffri servizz ġdid lill-membri, jiġifieri l-bejgħ ta’ biljetti għal-logħbiet fil-grawnd ta’ Juventus. Is-safar illum sar parti mill-ħajja ta’ kulħadd u għaldaqstant prattikament kull tmiem il-ġimgħa, meta Juventus jilagħbu f’Turin, ikun hemm diversi partitarji Maltin li jsegwu l-partita u jagħtu l-appoġġ tagħhom aktar mill-qrib lit-tim Juventin.

Hu ta’ min wieħed jirrimarka li l-attivitajiet soċjali u sportivi, kif ukoll il-ġiti huma strumentali għall-ġbir ta’ fondi bl-għan li jista’ jitkompla x-xogħol ta’ rinnovament tal-kwartieri tal- klabb. L-investiment f’dan is-sens minn dejjem kien wieħed qawwi billi l-Kumitati kienu jafu u fehmu li l-kwalità tas-sede hi essenzjali biex jiġu attirati aktar membri lejn il-klabb. Ix- xogħol ta’ manutenzjoni tal-post kien kontinwu b’investiment qawwi matul is-snin għal refurbishments u tisbih ta’ diversi partijiet tal-klabb, b’diversi membri joffru xogħol volontarju u mingħajr interessi għal dan l-għan. Illum-il ġurnata s-sede tibqa’ waħda mill-postijiet tal-isport l-aktar attrezzati u mgħammra b’teknoloġija moderna li hawn f’Malta.

Tant għandna sede sabiħa li fit-3 ta’ Settembru 2011 saret ‘open day’ li għaliha attendew eluf ta’ persuni.

Antonio Conte – Siamo noi, siamo noi, i campioni dell’Italia siamo noi

L-ewwel fatt tassew sinifikattiv tas-seklu XXI kienet iż-żjara ta’ Antonio Conte f’Malta fuq stedina tal-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Din iż-żjara seħħet ftit ġimgħat biss wara r-rebħ tas-26 kampjonat ta’ Juventus, dak li jibqa’ famuż għaċ-“Cinque maggio“. Conte, l-istess bħal Furino, Morini, Boniperti u Bettega, kien plejer simbolu ta’ Juventus, wieħed minn dawk li għal snin twal rabat ismu ma’ Juventus u kien protagonist fir-rebħ ta’ ħafna unuri.
Kien fil-bidu ta’ Ġunju 2002 li Antonio Conte ra b’għajnejh u mess b’idejh l-attakkament enormi u l-ferment li jeżistu fost il-Juventini ta’ dawn il-gżejjer lejn il-kuluri Bianconeri. L-entużjażmu kien fl-aqwa tiegħu wara r-rebħ tal-kampjonat fl-aħħar ġurnata wara taqtigha sħiħa mal-Inter. Conte kien il-captain ta’ dak it-tim, apparti milli kien idolu tas-partitarji lokali.
Akkumpanjat mill-membri tal-Kumitat, Conte żar postijiet storiċi u sbieħ ta’ pajjiżna kif ukoll mar mawra sal-gżira sabiħa ta’ Għawdex fuq stedina tal-Fergħa Għawdxija tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975), fejn ukoll irċieva merħba sabiħa mill-Juventini Għawdxin. Din saret fl-Imġarr Hotel nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2002 fil-preżenza tal-Kumitat tal- klabb Malti.
Kemm dam fostna, ma setax jonqos li jżur is-sede tagħna f’Birkirkara. Kien nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2002 li Conte, akkumpanjat minn ħuh Daniele u minn sieħbu Giuseppe Ferro, wasal il-klabb u wara li iffirma l-ktieb tal-viżitaturi, tela’ fuq u malli rifes fis-sala principali, il-membri preżenti infexxew f’għajjat u ċapċip li jtarrax.
Il-briju u l-ferħ f’dik is-serata li Iqajna lil Conte fostna kienu trasmessi minna l-Juventini għal Conte, u minn Conte għalina I-Juventini. Ma ninsew qatt il-kant mibdi minn Conte stess

“Siamo noi, siamo noi, i campioni dell’Italia siamo noi”

, minnufih akkumpanjat mill-folla preżenti.

F’diskors qasir ta’ merħba mill-President Mark Zammit, fost l-oħrajn intqal:

“Il-preżenza ta’ Antonio Conte fostna tfisser prova oħra kbira tal-attakkament profond ta’ stima, rispett u ammirazzjoni li jeżistu bejn il-Juventini Maltin u Għawdxin lejn it-tim mahbub tagħna, Juventus. Matul is-26 sena tal- eżistenza tal-Juventus Club f’dawn il-gżejjer,” qal Mark Zammit, “ftit kellna l-opportunità u l-unur li nospitaw plejers jew diriģenti Juventini, iżda llum ninsabu kburin li int, Sur Conte, qed tonorana bil-preżenza tiegħek fostna.”

Fitmiem l-indirizz tiegħu, il-President Mark Zammit ippreżenta rigal sabiħ lil Antonio Conte biex titfakkar din iż-żjara.
Fit-tweġiba tiegħu, Antonio Conte, wara li rringrazzja lill-President Zammit u lill-Kumitat għall-istedina li għamlulu u lill-membri għall-merħba kbira li tawh, qal:

“Ninsab kuntent u ferħan fostkom għax qed nara l-entużjażmu eċċezzjonali
u sinċier li jirrenja fostkom lejn il-kuluri Juventini. Inħossni onorat u ferħan li qiegħed fost Juventini veri f’dan il-klabb maestuż u sabih,”

temm jgħid Conte fost l-għajjat mill-ġdid ta’

“Siamo noi, siamo noi, i campioni dell’Italia siamo noi.”

Wara, il-membri kellhom l-opportunità li jieħdu ritratti individwali u jiksbu l-firma ta’ Antonio Conte li f’kull waqt kien disponibbli għal kulħadd. Kienet serata oħra speċjali mhux biss għall-Kumitat iżda wkoll għall-membri fil-kullana ta’ żjarat eċċellenti minn persunaġġi Juventini fl-istorja tal- klabb..
Lejlet it-tluq tiegħu minn Malta, Conte kien il-mistieden ewlieni għal ikla uffiċjali ad unur tiegħu li saret il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, fil-Karanne Hotel, f’Bugibba. Dan kien mod xieraq kif il-Juventini Maltin setgħu jsellmulu.

 

 

 

… ikompli

 

  • partijiet preċedenti
  1. Iswed u Abjad (l-ewwel parti)
  2. L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)
  3. Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)
  4. Żewġ klabbs jingħaqdu f’familja waħda – Iswed u Abjad (ir-raba’ parti)

Żewġ klabbs jingħaqdu f’familja waħda – Iswed u Abjad (ir-raba’ parti)

  • ikompli mit-tielet parti

 

It-traġedja tal-Heysel, 29 ta’ Mejju, 1985 Finali Tazza taċ-Champions, Liverpool vs Juventus

Semmejna t-traġedja tal-Heysel u tajjeb li nġibu fil-qosor x’seħħ dakinhar. Siegħa qabel il-kick-off tal-logħba, grupp ta’ partitarji Ingliżi attakkaw lill-partitarji li kienu qed jokkupaw iz-zona newtrali, il-famuża Kurva Z fl-istadium tal-Heysel. L-ispettaturi fil-Kurva Z, fil-parti l-kbira tagħhom Juventini, beżgħu u rtiraw mal-avvanz tal-hooligans Ingliżi iżda sabu ma’ wiċċhom il-ħajt tal-concrete tal-kurva. Qam pandemonju sħiħ, igsma sfaw mgħaffġa minn shabhom stess, partikolarment dawk li kienu qrib il-ħajt, li eventwalment ċeda.
Ħafna kienu li rnexxielhom jaqbżu fil-grawnd u jsalvaw, iżda 39 partitarju innocenti kienu anqas ixxurtjati għax mietu mgħaffġa taħt is-saqajn ta’ persuni oħra mwerwra bħalhom filwaqt li 600 oħra sfaw midruba. Fuq ordni tal-UEFA, il- logħba ntlagħbet, wara bosta ħin u diskussjonijiet, minkejja li minxura mal-art barra l-grawnd kien hemm il-katavri Juventini bix-xalpi u l-bnadar suwed u bojod imdawra magħhom.

IN MEMORIAM – Biex qatt ma ninsew

Acerra Rocco, Balli Bruno, Bos Alfons, Bruschera Giancarlo, Casula Andrea, Casula Giovanni, Cerullo Nino, Chielens Willy, Conti Giuseppina, Daenecky Dirk, Fabbro Dionisio, François Jacques, Gagliano Eugenio, Galli Francesco, Gonnelli Giancarlo, Guarini Alberto, Landini Gioacchino, Lorentini Roberto, Lusci Barbara, Martelli Franco, Messore Loris, Mastrolaco Gianni, Mazzino Sergio, Papaluca Luciano, Pidone Luigi, Pistolato Benito, Radcliffe Patrick, Ragazzi Domenico, Ragnanese Antonio, Robert Claude, Ronchi Mario, Russo Domenico, Salvi Tarcisio, Sarto Gianfranco, Spalaore Giuseppe, Spanu Mario, Venturin Tarcisio, Walla Jean-Michel u Zavaroni Claudio.

Trofew “L-Aħjar Żagħżugħ tal-YFA”

Is-suċċess kbir ta’ Juventus fl-1985/86 bir-rebħ tat-22 kampjonat u t-Tazza taċ-Champions kienu tant speċjali li l-Kumitat ħass li kellha ssir xi ħaġa partikolari biex ikunu mfakkra dawn iż-żewġ kisbiet importanti.

Wara diversi laqgħat li fihom kienu mressqa bosta suġġerimenti, kien deċiż li kellha ssir xi ħaġa għall-ġid tal-futbol Malti. L-aktar idea intessanti kienet li l-Juventus Club (Malta) jisponsorja trofew li kellu jibda jingħata kull staġun lill-aktar plejer promettenti tal-kategorija ta’ taħt is-16-il sena tal-Youth FA. B’din id-deċiżjoni, kien mgħarraf il-President tal-YFA, Fr. Hilary Tagliaferro, li aċċetta bil-ferħ il-proposta tal-klabb.

Saret konferenza tal-aħbarijiet fil-kwartieri tal-YFA fil-Floriana u tnieda t-trofew li ngħata l-isem ta’ “Trofew Juventus Club Malta (1975)”. Il-mekkaniżmu tal-għażla għall-aktar plejer promettenti U/16 tal-YFA tħalla f’idejn l-uffiċjali tal-YFA bil- premjazzjoni tal-plejer żagħżugħ rebbieħ li jkun iddistingwa ruħu matul l-istaġun issir minn uffiċjal tal-Juventus Club (Malta).
It-trofew kien jinżamm għal sena biss mill-plejer rebbieħ, filwaqt li hu kien jirċievi u jżomm għal dejjem plakka kommemorattiva personalizzata. Hu ta’ sodisfazzjon kbir għall- klabb tagħna li fost ir-rebbieħa ta’ dan l-unur hemm persuni li għamlu isem fil-kampjonat lokali u waslu biex libsu I-flokk tat-tim nazzjonali. Fost dawn insibu lil David Camilleri (Ħamrun Spartans 1990/91). Mario Muscat (Hibs 1992/93), Michael Galea (Melita, 1994/95), Antoine Zahra (Floriana 1996/97), u Michael Mifsud (Sliema Wanderers 1997/98). Għar-rekord insibu li l-ewwel trofew mar ex-equo għand żewġ plejers Pawlu Ciappara (Rabat Ajax) u Pawlu Zammit (Sliema Wanderers) fl- istaġun 1985/86.

  • Tabella nru. 3 – Ir-rebbieħa tat-Trofew Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)

Il-preżentazzjoni tat-trofew kienet appuntament annwali fil-kalendarju sportiv lokali li dam għal 24 sena mingħajr interruzzjoni sal-istaġun 2008/09. Minkejja li l-kollaborazzjoni bejn il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) u I-YFA dejjem kienet kordjali, sfortunatament mingħajr spjegazzjoni min-naħa tal-YFA dan l-unur ma baqgħax jingħata taħt l-isem tal-klabb tagħna.

Boniperti u l-ġerarkija Juventina fostna

Meta l-eku tas-suċċessi tal-era Platini u Boniek beda jitbiegħed u l-Juventus bdew it-triq biex jaffrontaw perjodu diffiċli, fl- Lulju tal-1987 f’Malta griet bħal berqa l-aħbar li fil-polza tat- Tazza UEFA it-tim Malti, Valletta FC, ġie mlaqqa’ ma’ Juventus.
Wieħed jista’ jimmaġina l-fervent, I-entużjażmu u l-istennija għal dik il-ġurnata f’Settembru li l-Juventus ta’ Tacconi, Cabrini, Bonini, Laudrup, immexxija mill-kowċ Rino Marchesi, kellhom jinżlu għal-logħob fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali.
Wasal Settembru u l-iskwadra kollha Juventina ġiet Malta, immexxija mill-President, Giampiero Boniperti u mill- ġerarkija kollha tal-klabb. Il-Kumitat tal-Juventus Club (Malta) kien ħadem bis-sħiħ malli tħabbret il-polza biex ma taħrablux din l-okkażjoni speċjali.

Infatti kien fil-15 ta’ Settembru, lejlet il-partita, li delegazzjoni tal-Kumitat tal-klabb, immexxija mill-President u s-Segretarju, marret il-lukanda fejn kien alloġġjat it-tim Juventin u minkejja s-sigurtà stretta, b’mod jew ieħor stenniet sa wara l-ikel meta ħareġ il-President Boniperti li minnufih kien iffaċċjat mill- President u s-Segretarju tagħna, li stidnuh iżur il-kwartieri tal- klabb u jiltaqa’ mal-membri.
Boniperti mill-ewwel aċċetta bil-ferħ l-istedina, iżda Sergio Secco malli wasal ħdejh qallu:

“President, tinsiex li llum mistednin għand l-isponsors Ariston f’villa Il-Bidnija.”

Immedjatament Boniperti dar lejh u b’dik it-tbissima sinjorili tiegħu qallu:

“Iva naf, iżda l-iskwadra ħudha int għax ili nwegħidhom li xi darba nżur il-klabb Malti, u llejla hija l-okkażjoni t-tajba.”

Ovvjament id-dirigenti tal-klabb ħarġu sparati mill-lukanda ferħana iżda konxji mid-diffikultajiet logistiċi li kellhom quddiemhom biex iħejju kollox f’temp ta’ ftit sigħat. Saru arrangamenti mal-Pulizija tal-Belt biex jittieħdu l-passi ta’ sigurtà u tingħalaq Strada Żakkarija bejn 1-4.00 u s-6.00 ta’ wara nofsinhar. Fl-istess ħin sar ukoll sforz qawwi biex il- membri jkunu nfurmati f’temp daqshekk ristrett.

Kważi b’miraklu kollox sar fil-ħin. Boniperti flimkien mal- uffiċjali għolja ta’ Juventus FC, il-Conte Cavalli D’Olivola u Dante Grassi, wasal il-klabb. Boniperti akkumpanjat mis- Segretarju Albert Callus tela’ taraġ għoli u malli wasal ħdejn il-bieb tal-klabb kien milqugħ mill-President Manwel Scerri u l-bqija tal-Kumitat. Malli wasal fuqnett, Boniperti dar lejn Manwel Scerri u qallu:

“President, kemm sibtuha fl-għoli din is-sede!”

Għal dan Manwel Scerri wieġeb:

“President, il- Juventus hekk jixirqilha li tkun fl-ogħla post possibbli!”

Wara li sar diskors ta’ merħba mill-President tagħna li għalih wieġeb Boniperti bi kliem ta’ tifħir għall-entużjażmu u l-attakkament tal-Maltin lejn Juventus, sar riceviment żgħir u preżentazzjoni ta’ rigali lill-President Juventin. Wara, għal kważi siegħa sħiħa, Boniperti dar mal-membri jiffirma u jieħu r-ritratti magħhom.

Id-deklin tat-tim li nħass anki fil-klabb

Għidna u se nibqgħu nirrepetu li r-riżultati tat-tim għandhom impatt qawwi fuq il-livell ta’ entuzjażmu tal-partitarji. Bit- tmiem tal-era Trapattoni, Juventus daħlu f’perjodu ta’ disa’ snin bla rebħ tal-kampjonat. It-tim ma kienx baqa’ jikseb riżultati tajbin u anki l-wirjiet bdew jifqaru. Naqas l-interess fit-tim u allura l-membri waqgħu f’passività li kaxkret magħha anki lid-diversi Kumitati. Il-parteċipazzjoni ferm bierda tal-membri wasslet biex il-Kumitat beda jitlef il-ħeġġa li jorganizza attivitajiet u li jkompli jaħdem bl-istess ritmu tas- snin ta’ qabel. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li wara li l-Kumitat laħaq l-akbar miri tiegħu bil-kiri ta’ sede u biż-żjarat ta’ Morini u Boniperti, daħlet ukoll ċerta għeja u naqas objettiv kbir li seta’ jagħti direzzjoni lill-ħidma tal-Kumitat fis-snin ta’ wara.

Hekk bil-mod il-mod il-klabb beda fażi ta’ deklin simili għal dik li kien għaddej minnu t-tim. Nistgħu ngħidu li kienet xi ħaġa fiżjoloģika li għall-kuntrarju ta’ dak li seħħ fis-Snin Sittin, din id-darba ma wasslitx għat-tmiem tal-istorja tal-klabb. Anzi bħat-tim Juventin, lejn nofs is-Snin Disgħin il-klabb għadda minn proċess ta’ rinnovament li kellu jagħmlu klabb aktar modern minn qatt qabel.

Kapitlu 3

Is-Snin Disgħin

Id-Disgħinijiet bdew fuq l-istess nota li biha ntemm id-deċennju ta’ qabel. Baqgħu l-istess problemi li ikkaratterizzaw l-aħħar parti tas-Snin Tmenin, jiġifieri l-apatija u t-telqa min-naħa tal- membri li kienet marbuta fuq kollox mar-riżultati kemmxejn fjakki tat-tim. L-apatija tal-membri inevitabbilment wasslet biex anki l-ħajja tal-klabb qalgħet daqqa ‘I isfel. Illum, meta nħarsu lura lejn l-ewwel nofs tas-Snin Disgħin nistgħu ngħidu li kien perjodu ta’ pawsa fejn wara l-kisbiet kbar tal-perjodu 1975-1987, il-Moviment Juventin f’Malta kien qed jiċċarġja I-batteriji għar-rinnovament qawwi li kellu jseħħ wara l-1997.

Kontinwazzjoni

Il-Juventus Club (Malta) minkejja l-ħafna diffikultajiet xorta waħda baqa’ jaqdi l-missjoni tiegħu, u s-sede nżammet miftuħa ġimgħa wara ġimgħa bil-Kumitat ikompli jaħdem biex tibqa’ ħajja fost il-Maltin u l-Għawdxin il-passjoni lejn il-flokk Juventin abjad u iswed. Sostanzjalment il-ħidma tal-Kumitat issarrfet f’kontinwazzjoni u konsolidament tas-servizzi offruti lill-membri matul is-snin ta’ qabel. II-Kumitat mexa fuq il- passi tal-epoka preċedenti fis-sens li kompla jorganizza attivitajiet soċjali u sportivi għall-membri, baqa’ għaddej bil- pubblikazzjoni ta’ “Il-Juventin” u xerred kemm felaħ l-isem ta’ Juventus fil-gżejjer Maltin.

Tkomplew l-attivitajiet bil-għan li jingabru fondi għall-klabb. Dawn kienu jikkonsistu f’attivitajiet organizzati lokalment bħal, ngħidu aħna, ikliet, lotteriji, eċċ, kif ukoll ġiti għal xi partiti ta’ Juventus. Parti sostanzjali mid-dħul kompliet tiġi investita fil- manutenzjoni tas-sede. Inżammu ħajjin il-kuntatti ma’ Turin, kemm ma’ Juventus FC direttament kif ukoll maċ-Centro Coordinamento. Forsi ma kinux snin glorjużi bħall-perjodu 1975-1987, imma certament wieħed ma jridx jinsa dawk is- snin diffiċli fejn minkejja elf ostaklu u l-interess fit-tim li kien qed jonqos, xorta waħda I-klabb baqa’ għaddej, jikkumbatti sakemm fl-aħħar irnexxielu jegħleb id-diffikultajiet u sab ruħu msaħħaħ u lest għas-snin tad-deheb tal-era Lippi.

It-tiġdid

L-istaġun 1994/95 kien wieħed li mmarka l-istorja ta’ Juventus. In-nomina tat-‘TriadeBettega-Giraudo-Moggi u l-ħatra ta’ Marcello Lippi bħala kowċ wasslu biex wara disa’ snin Juventus reġgħu rebħu l-kampjonat u sena wara kisbu l-ogħla unuri tal- futbol Ewropew u Mondjali: iċ-Champions League u t-Tazza Interkontinentali.

It-tim ta’ Lippi kellu qawwa formidabbli, b’diversi stilel jissieħbu mal-Bianconeri u jagħtu sehemhom biex Juventus setgħu jkunu mill-ġdid champions mhux biss fl-Italja imma anki fl-Ewropa u fid-dinja. II-Juventini Maltin xegħlu mill-ġdid bl-imħabba lejn Juventus u reġa’ kien hemm entużjażmu liema bħalu. Kulħadd ried isegwi aktar mill-qrib lit-tim, kulħadd ried ikun infurmat minuta b’minuta dwar dak kollu li kien qed iseħħ fid-dinja tal-Bianconeri, kulħadd ried imur Turin jassisti għall-partiti.

F’dan is-sens ta’ min wieħed jirrimarka li żdiedu f’dawn is-sentejn il-ġiti organizzati mill- Juventus Club (Malta), fosthom tnejn għall-partita finali tat- Tazza Uefa (1995) u taċ-Champions League (1996). Is-safar marbut mal-partiti tal-futbol sar popolari ferm fit-tieni nofs tas-Snin Disgħin u għadd tassew kbir ta’ chartered flights u ġiti lejn Turin u partijiet oħra tal-Italja fejn kienu jilagħbu Juventus, bdew jiġu organizzati regolarment.
It-teknoloġija għenet ħafna f’dan is-sens. Kemm-il darba għamilna riferenza għall-mezzi ta’ komunikazzjoni f’din
l-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Hu fatt ovvju li min isegwi tim barrani jeħtieġ it-televiżjoni, ir-radju u l-internet biex ikun virtwalment qrib it-tim tal-qalb tiegħu. Fl- istess snin tal-bidu tal-era Lippi, seħħew żewġ rivoluzzjonijiet kbar mil-lat tal-komunikazzjoni. Qabel xejn beda jinfirex f’pajjiżna l-internet b’għadd kbir ta’ websites iwasslu fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin informazzjoni u aħbarijiet aġġornati kull minuta. Barra minn hekk fl-Italja kellna l-introduzzjoni tal-pay per view, jiġifieri sistema satellitari li permezz tagħha kull nhar ta’ Sibt jew Ħadd il-partitarji setgħu jaraw b’mod dirett il-partiti tas-Serie A.

Dan kien xenarju għal kollox differenti mis-snin ta’ qabel meta il-partiti kienu segwiti biss permezz tar-radju u kienu jintwerew biss il-gowls u l-aqwa siltiet tal-partiti l-Ħadd filgħaxija. Ma’ dawn insemmu wkoll iċ-Champions League li ħadet xejra moderna ferm u kienet iżżomm imwaħħlin quddiem it-televiżjoni lid-dilettanti kollha tal-logħba tal- futbol. It-teknoloġija għamlitha aktar faċli li wieħed isegwi lil Juventus u tassew konna xxurtjati li dawn il-bidliet epokali seħħew proprju fil-mument meta l-iskwadra Bianconera reġgħet bdiet tiddomina fl-Italja u fl-Ewropa.

Hu ta’ min wieħed jirrimarka li l-klabb tagħna kien fost l-ewwel postijiet pubbliċi f’Malta li kien mgħammar b’teknoloġija satellitari u bil-cable tv biex il-membri setgħu jaraw il-partiti ta’ Juventus logħba wara logħba fil-kwartieri tagħna.
F’dawk l-istess snin bdiet tinfirex f’pajjiżna d-drawwa li jintwerew il-partiti fuq big screen. Anki I-klabb tagħna ħass il-faxxinu ta’ dawn il-big screens u fl-okkażjoni tal-partita finali taċ-Champions League tal-1998, il-Kumitat kien kera l-anfiteatru Grieg f’Ta’ Qali u wera l-partita proprju fuq big screen f’atmosfera mill-isbaħ li kienet tfakkar stadium tal- futbol. Din kienet waħda mill-ewwel drabi f’Malta li klabb tal- partitarji ħareġ barra mis-sede tiegħu u tella’ serata ta’ dan it-tip għall-pubbliku ingenerali.

Klabb ġdid

Kien fl-1997 li grupp ta’ Juventini Maltin xtaqu u ddeċidew li jwaqqfu Juventus Club ieħor f’pajjiżna barra dak diġà eżistenti li kien il-Juventus Club (Malta) jew aħjar il-klabb tal-Belt kif kienu jirreferu għalih dak iż-żmien.
Il-klabb il-ġdid twieled minn grupp ta’ partitarji akkaniti li kienu jiltaqgħu f’ħanut il-Mosta biex flimkien isegwu l-partiti ta’ Juventus. Kien hawn li nħasset il-ħtieġa li jinfetaħ Juventus Club ġdid, ferm aktar modern, mgħammar b’teknoloġija ġdida u li kapaċi jwieġeb aħjar għall-ħtiġiet ta’ dawk iż-żminijiet.

L-ewwel laqgħa mhux uffiċjali biex jingħata bidu għal dan il-proġett ġdid saret fit-Toyland Garage, il-Mosta, u għaliha kienu preżenti Mark Zammit, Vincent Vassallo, Pierre Aquilina, Pierre Borg, Pawlu Borg, William Micallef, Gennaro Camilleri, Joseph Spiteri u Simon Vella.
Wara diversi laqgħat kien ikkuntattjat Juventin ieħor, Emmanuel Cassar, li fin-nuqqas ta’ sede gentilment offra I-post tiegħu, il-Melita Restaurant f’Ħal Balzan biex jintuża bħala sede. Is-sede temporanja kienet tintuża għal-laqgħat u għax-xogħol tal-Kumitat, laqgħat mal-membri kif ukoll biex jintwerew il-logħbiet ta’ Juventus fuq screen kbir permezz tas-satellita. Il-post, għalkemm temporanju, kien spazjuż u mgħammar b’dak kollu meħtieġ biex jilqa’ u jaqdi l-bżonnijiet tal-klabb u tal-membri tiegħu.

Ġimgħa wara ġimgħa l-għadd ta’ Juventini li jiffrenkwentaw il-kwartieri l-ġodda beda jiżdied bil-kbir.
Mal-grupp originali ta’ fundaturi żdiedu anki James Farrugia, Frans Sammut, Kenneth Sevasta, Darren Vella u Vincent Brincat.

Kien hawn li minħabba li żdiedet l-attendenza u ntlaħqet iċ-ċifra straordinarja ta’ 2,150 membru, inħass il- bżonn li ssir Laqgħa Ġenerali biex jinħatar Kumitat Eżekuttiv li jmexxi l-klabb.
Infatti fl-April tal-istess sena, wara diversi tħejjijiet għal dan il-għan, saret f’Villa Madama l-ewwel Laqgħa Ġenerali biex ikun elett Kunsill Amministrattiv għas-sena 1997/98.

Waqt il- Laqgħa, Mark Zammit inħatar President b’akklamazzjoni bil- Kumitat Eżekuttiv ikun iffurmat hekk:

  • Tabella nru. 4 II-Kumitat 1997/98 tal-Juventus Club Vero Amore

Fuq suggeriment tal-President Mark Zammit, il-Laqgħa Ġenerali unanimament approvat li l-klabb jingħata l-isem ta’ ‘Juventus Club Vero Amore’.

L-inizjattiva ħabrieka u l-appoġġ qawwi tal-membri li kiseb il-Juventus Club Vero Amore ippermetta lill-President Mark Zammit u lill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv li jakkwistaw kwartieri akbar li kienu arjużi u moderni fi Triq Madre Teresa Spinelli, Birkirkara, fejn il-kumditajiet għall-Kumitat u I-membri issa kienu eċċellenti.
Il-Kumitat elett mill-ewwel ħa l-passi meħtieġa biex il-klabb ikun rikonoxxut miċ-Centro Coordinamento Juventus Clubs f’Turin. Dan sar possibbli wara diversi kuntatti u żjarat li saru mill-President Mark Zammit u l-membri l-oħra tal-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore f’Turin. Kienet anki ntbagħtet kummissjoni mmexxija mis-Segretarju Internazzjonali, William Micallef, u magħmula minn Emmanuel Cassar (Teżorier), Frans Sammut u Vincent Vassallo. Il-kummissjoni Itaqgħet ma’ Silvio Fasciola, kap taċ-Centro Coordinamento, u wara li esponiet id-dokumenti u l-bażi sħiħa tal-klabb il-ġdid ingħata lill-klabb ċertifikat ta’ rikonoxximent.

Qabel dan kien possibbli, iżda, iċ-Centro Coordinamento f’Turin xtaq ikun jaf għaliex f’pajjiż daqstant żgħir bħal Malta kien hawn żewġ klabbs tal-partitarji Juventini. Ta’ min wieħed isemmi li dik il-ħabta ċ-Centro Coordinamento ta’ Turin ma kienx jawtorizza li jitwaqqfu Juventus klabbs f’distanzi ta’ inqas minn ħamsin kilometru bejniethom.
Il-kwistjoni kienet diskussa mal-President tal-Juventus Club (Malta), Manwel Scerri, li għarraf lil Fasciola li assolutament ma kienx hemm inkwiet jew tilwim bejn il-klabbs, imma sempliċement grupp ieħor ta’ persuni li ħass il-ħtieġa ta’ klabb ieħor li jkun kemmxejn differenti minn dak li kien twaqqaf fl-1975.

Iċ-ċertifikat ta’ rikonoxximent tal-Juventus Club Vero Amore nħareġ miċ-Centro Coordinamento bir- rakkomandazzjoni li r-relazzjoni bejn il-klabbs tibqa’ waħda kordjali u ta’ ħbiberija.

II-Wirja taċ-Ċentinarju

Fl-1997 kien jaħbat anniversarju importanti ferm: il-mitt sena mit-twaqqif ta’ Juventus FC. Fuq proposta ta’ Richard Muscat, iż-żewġ klabbs Maltin iddeċidew li jorganizzaw wirja speċjali biex ikun imfakkar b’mod mill-aktar xieraq dan l-anniversarju. Il-proposta ntogħġbot u l-Kumitati taż-żewġ klabbs ħatru Kumitat Konġunt biex jieħu ħsieb torganizza l-wirja.

Iċ- Chairman kien Richard Muscat, filwaqt li bħala Segretarju nħatar Albert Callus. Kien hemm anki rappreżentanti tal- klabbs fil-Kumitat Konġunt: Manwel Scerri, Stephen Spiteri u Robert Pulis għall-Juventus Club (Malta), filwaqt li għall-klabb I-ieħor tal-Vero Amore kien hemm Mark Zammit, Emmanuel Cassar u William Micallef.

L-inizjattiva ngħatat l-isem ta’ Juventus F.C. 1897-1997: Čentinarju ta’ Glorja. Il-wirja saret fis-swali sbieħ ta’ Villa Madama (għal darba oħra ġentilment mislufa minn Emmanuel Cassar) bejn is-7 u d-9 ta’ Novembru 1997. Fiha kienet esposta għall-pubbliku l-istorja ta’ Juventus permezz ta’ ritratti, posters, flokkijiet, banners, pubblikazzjonijiet, bandieri, xarpi, filmati, videos, u memorabilja ta’ kull tip, u materjal ieħor interessanti li kien ġej minn kollezzjonijiet privati ta’ partitarji Maltin.
Kienet wirja kbira u ta’ suċċess li damet miftuħa tlett ijiem u li ġibdet l-interess mhux biss tal-partitarji Juventini ta’ dawn il-gżejjer, iżda wkoll tal-pubbliku sportiv inġenerali, tant li żaruha madwar 4,000 persuna. Bla wisq ftahir nistgħu ngħidu li din il-wirja kienet waħda mill-aqwa wirjiet li qatt ittellgħu f’pajjiżna.

L-għaqda taż-żewġ klabbs

Il-ħidma id f’id bejn iż-żewġ klabbs fl-okkażjoni tal-Wirja taċ-Ċentinarju wittiet it-triq sena biss wara biex il-klabbs jingħaqdu fi klabb wieħed. Permezz ta’ dan il-ftehim ebda wieħed miż-żewġ klabbs ma ġie xolt, anzi baqgħu jeżistu t-tnejn fi klabb wieħed bl-isem ta’ Juventus Club Vero Amore (Malta 1975). L-isem stess jirrifletti l-fatt li t-tnejn li huma baqgħu jeżistu billi nsibu s-sena 1975 min-naħa u l-isem Vero Amore mill-oħra.

Fil-fatt kien fl-1998 li bdew it-taħditiet tal-fużjoni minn Kummissjoni ad hoc magħmula minn rappreżentanti taż- żewġ klabbs. Għall-Juventus Club (Malta) dehru Manwel Scerri, Matthew Scerri u Stephen Spiteri filwaqt li Mark Zammit, Emmanuel Cassar u William Micallef irrappreżentaw lil Juventus Club Vero Amore (Malta). F’temp ta’ ftit ġimgħat ġew diskussi d-dettalji kollha tal-għaqda billi ż-żewġ klabbs kellhom rieda qawwija li jintlaħaq ftehim biex f’pajjiżna jkun hawn klabb tal-partitarji Juventini wieħed.

Malli I-Kummissjoni iffinalizzat id-dokumenti tal-ftehim, iż-żewġ Kumitati sejħu Laqgħa Ġenerali Straordinarja għall-membri rispettivi tagħhom u t-tnejn ingħataw I-awtorizzazzjoni u l-approvazzjoni mill-membri biex l-għaqda tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.
Jekk inħarsu lejn il-qagħda ta’ llum, nistgħu facilment ngħidu li d-deċiżjoni li ħadu I-Kumitati u l-membri taż-żewġ Juventus klabbs Maltin għamlitilna unur.

Kien ftehim li għamilna Ikoll kburin li aħna Juventini.

 

 

… ikompli

 

  • partijiet preċedenti
  1. Iswed u Abjad (l-ewwel parti)
  2. L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)
  3. Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)

Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)

  • ikompli mit tieni parti

Kien jeżisti klabb Juventin jehor?

Kurzită interessanti li toħroġ mill-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat hi li fl-1975 kien deher avviż f’gażżetta lokali li bih saret sejħa lill-partitarji Juventini biex jingħaqdu fil-Club Tifosi Juventini (Malta). Effettivament ħames snin wara, minn stħarrig li sar mic-Centro Coordinamento Juventus Club irriżulta li f’Malta kien hawn żewġ klabbs Juventini.
Ippruvajna nitkixxfu aktar dwar dan il-klabb, iżda irridu ngħidu li ma sibna ebda tagħrif. Jidher iżda li l-Club Tifosi Juventini (Malta) qatt ma kien stabbilit uffiċjalment. Ma teżisti ebda prova dokumentata li qatt kien hawn klabb ieħor li kien ilaqqa’ lill-partitarji Juventini f’xi sede partikolari. X’aktarx li dan il-klabb kien biss inizjattiva privata li qatt ma nfetħet għall-pubbliku in ġenerali.

Iż-żjara ta’ Beppe Furino

Sa mill-ewwel mumenti tal-ħajja tal-klabb il-membri kienu dejjem jitolbu lill-Kumitat li jaqtgħu x-xewqa tagħhom li jiltaqgħu f’pajjiżna mal-persunaggi I-kbar tal-istorja Bianconera. Din il-ħolma saret realtà f’Lulju tal-1980, eżattament fis-sena li matulha kien qed jiġi ċelebrat il-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-klabb. Dakinhar, fuq stedina tal-Kumitat, kien gie Malta I-captain ta’ Juventus, Beppe Furino. Fil-memorja ta’ dawk kollha li għexuha, dik tibqa’ okkażjoni kbira u li ma tintesa qatt, l-aktar għaliex Furino kien personalită mill-aktar importanti għall-partitarji ta’ Juventus.
Furino kien l-ewwel persunaġġ Juventin li aċċetta l-istedina tal-Kumitat u kemm dam fostna kien milqugh bil-kbir, tant baqa’ impressjonat bil-laqgħa li kellu f’Malta, u lura f’Turin kellu kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni kbira tal-Juventus Club (Malta).
Ferm impressjonanti u organizzata b’mod eccellenti kienet I-ikla ad unur Beppe Furino li saret f’wahda mil-lukandi ewlenin ta’ pajjiżna nhar il-5 ta’ Lulju u li fiha I-captain Juventin, wara li rringrazzja lil kulħadd għall-ospitalita kbira murija lejh u lejn il-familja tiegħu fil-ftit jiem fostna, irregala flokk Iswed u Abjad lill-President Tony Dimech.
Biz-żjara ta’ Furino jingħalqu l-ewwel hames snin tal-klabb. Snin li raw lill-klabb jikber b’mod impressjonanti minkejja d-diffikultajiet ta’ dawk iż-żminijiet. Kien jidher car li l-klabb il-ġdid kien inbena fuq bażi aktar soda minn dik tas-Snin Sittin u li kien se jkollu ħajja twila u glorjuża b’kisbiet importanti kemm fix-xena lokali, kif ukoll fir-relazzjonijiet ma’ barra minn Malta.

 

 

Kapitlu 2

Is-Snin Tmenin

Il-wirjiet kbar u s-snin tar-rebħ tal-era Trapattoni ġabu magħhom entuzjażmu enormi fost il-partitarji Juventini f’Malta u Għawdex, li bdew jikbru sew fl-għadd u jerqsu aktar bi ħġarhom lejn il-Juventus Club (Malta). Il-passjoni kibret sew hekk kif Juventus kienu qed jiddominaw fl-Italja u fl-Ewropa, b’diversi plejers Bianconeri jirbhu t-Tazza tad-Dinja mal-Italja fl-1982. Kienu s-snin li fihom kiber sew l-interess fl-ivjaġġar marbut mal-partiti tal-futbol. Fl-istess ħin l-avvanzi fil-mezzi tal-komunikazzjoni għamluha aktar faċli biex il- Maltin u l-Għawdxin setgħu jsegwu aktar mill-qrib lit-tim tal- qalb tagħhom.

Sede għall-klabb

Iż-żjieda sostanzjali fl-għadd tal-membri, kif ukoll il-ħafna attivitajiet organizzati regolarment għall-membri, wasslu biex kulma jmur beda jinħass dejjem aktar in-nuqqas ta’ sede uffiċjali.
Bosta kienu d-diffikultajiet li Itaqa’ magħhom il-Kumitat fin nuqqas ta’ sede u kellu dejjem jiddependi mill-ġenerożitá u I-ġentilezza ta’ ħaddiehor. Ta’ min isemmi li darba minnhom f’nofs Awwissu kellha ssir laqgħa tal-Kumitat fil-kamra ta’ fuq il-bejt tal-Każin La Valetta fost sħana tremenda fis-6 ta filgħaxija u ftit wara li bdiet il-laqgħa din kellha tithassar minħabba li kellu jsir kunċert fil-każin stess. Naturalment il-laqgħa tkompliet xorta waħda, iżda f’ħanut fi Strada Rjali (illum Triq ir-Repubblika)..
Fid-dawl ta’ episodji bħal dan, u b’quddiem għajnejna l-ħafna attivitajiet ta’ interess li għalihom kien hemm parteċipazzjoni qawwija mill-membri, faċli li wieħed jifhem li ma kienx aktar possibbli li l-klabb tagħna ma jkollux kwartieri tiegħu.
Għall-Kumitat dan kien l-għan ewlieni u l-objettiv principali li beda jaħdem għalih ferm biex jintlaħaq. Bosta kienu I-indikazzjonijiet ta’ xi post vojt fil-Belt li seta’ jservi ta’ sede għall-klabb tagħna. Il-membru Robbie Caruana hadem qatigħ biex iżur il-postijiet vojta fil-Belt bl-għan li jara kenux adatti biex iservu ta’ kwartieri għall-klabb.
II-ħolma saret realtà fl-1982. Kien Manwel Scerri, li issa kien laħaq President, li ħabbar lill-Kumitat li nstab post fi Triq Zakkarija, fiċ-ċentru tal-belt kapitali tagħna, Valletta, f’dik li qabel kienet skola primarja.
Minnufih saru l-arrangamenti meħtieġa u laqgħat mas-sidien tal-post, is-Sinjuri Zerafa, dwar il-kera u l-kundizzjonijiet tal-kirja u ntlaħaq ftehem mingħajr diffikultajiet. Il-kuntratt kien iffirmat fis-26 ta’ Jannar 1982 għas-sodisfazzjon kbir kemm tal-Kumitat kif ukoll tal-membri, għax wara seba’ snin mit- twelid tiegħu, il-Juventus Club Malta issa kellu s-sede tiegħu: Dar il-Juventin.

Il-ftuh uffiċjali tas-sede

Kien fadal biss xewqa waħda kbira li kienet għadha ma ngatgħetx, jiġifieri l-ftuh uffiċjali tas-sede tagħna minn xi personalità mid-dinja Bianconera. Diversi kienu l-Kumitati li sena wara sena rsistew u tħabtu kemm felħu biex din il-ħolma bħal ħafna oħrajn qabilha ssir realtà.
Il-kuntatti kienu kontinwi ma’ Turin għalkemm f’dawk iż- żminijiet ftit li xejn kien hemm okkażjonijiet li xi ħadd mill-Kumitat jitla’ Turin biex iwassal personalment l-istedina. Għaldaqstant kien jinżamm kuntatt bit-telefon u bil-posta mis-Segertarju Albert Callus mhux biss maċ-Centro Coordinamento Juventus Club f’Turin iżda wisq aktar mal-President tal-Juventus FC stess, Giampiero Boniperti.
Albert Callus kellu kuntatti diretti ma’ Boniperti u stiednu jiġi Malta biex jinawgura uffiċjalment is-sede tagħna. Boniperti esprima kemm-il darba x-xewqa li jkun preżenti għall- inawgurazzjoni tal-kwartieri tal-klabb, iżda l-ħafna impenji li kellu ma kinux qed jippermettulu li jiġi Malta.
Meta l-Kumitat kien se jibda jaqta’ qalbu li Boniperti kien qatt se jiftah uffiċjalment is-sede, grat ħaġa mhux mistennija. Fis-6 ta’ Diċembru 1986 it-tim nazzjonali Taljan kellu jilgħab kontra Malta f’pajjiżna. Il-klabbs tal-partitarji tat-timijiet barranin kienu Itaqgħu mal-kowċ Taljan, Azeglio Vicini, u talbuħ li jagħti I-permess lill-plejers sabiex jilaqgħu mal-membri tagħhom. Vicini kien issuġġerixxa li l-klabbs jiksbu permess dwar dan minn barra minn Malta, direttament mill-uffiċjali tat-timijiet rispettivi. Għaldaqstant is-segretarju tal-klabb tagħna għamel kuntatt mad-Direttur Sportiv ta’ Juventus, Francesco Morini fis-17 ta’ Novembru 1986 biex jiddiskuti l-possibbiltà li I-plejers Juventini li kienu jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Taljan jitħallew jiltaqgħu mal-membri tal-klabb tagħna. F’din I-istess telefonata Morini kien ta indikazzjonijiet li hu seta’ jiġi Malta fl-istess jiem biex jaqta’ x-xewqa tal-Kumitat li uffiċjal gholi ta’ Juventus FC jinawgura I-kwartieri tal-klabb Malti.
Morini stess kellem lil Boniperti dwar din il-kwistjoni u fl-20 ta’ Novembru għarraf lill-Kumitat li Boniperti kien awtorizzah jiġi Malta bejn l-4 u s-7 ta’ Diċembru 1986 biex jirrappreżentah fil-ftuh uffiċjali tas-sede tal-Juventus Club (Malta).
Miksub xaqq dawl rigward il-ftuħ uffiċjali tas-sede u wara diversi kuntatti oħra ma’ Juventus FC, Giampiero Boniperti żamm il-wegħda tiegħu magħna. Infatti nhar il-Ħamis 4 ta’ Diċembru 1986 ġie Malta il-mibgħut speċjali tieghu, Francesco Morini, (li laghab għal 11-il sena bil-flokk Juventin) flimkien mas-Sinjura tieghu. Fost is-sodisfazzjon kbir tal-membri dakinhar stess fetah uffiċjalment is-sede fi Triq Žakkarija fil- preżenza tal-membri, xi mistiedna distinti u tim tat-TV Taljan. B’hekk inkitbet pagna oħra glorjuża fl-istorja tal-Moviment Juventin f’pajjiżna.
L-għada, il-5 ta’ Diċembru 1986, Morini kien strumentali biex setghet tittella’ serata fil-British Legion li matulha I-membri tal-klabb iltaqgħu ma’ Stefano Tacconi, Aldo Serena u l-masseur Luciano De Maria. Certament dawn il-ftit jiem taż-żjara ta’ Morini se jibqgħu mfakkra b’għożża għal dejjem ghall-istil li bih mexa Morini u għall-fatt li f’temp ta’ ftit granet kien hemm programm shih ta’ attivitajiet mimli daqs bajda.

Ħidma bla waqfien mill-Kumitat

L-entuzjazmu għar-rebħ tat-tim kaxkar mhux biss lill-membri, imma fuq kollox lill-Kumitat. Bdew jiżdiedu kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità l-attivitajiet imħejjija għall-membri u I-partecipazzjoni qatt ma naqset. Il-membri kienu jħossuhom parti minn familja kbira. Minn żmien għal ieħor kienu jigu organizzati festini u ricevimenti għall-membri f’okkażjonijiet speċjali bħall-Milied, ir-rebħ ta’ xi unur jew it-tmiem tal- istaġun. L-attivitijiet hekk imsejha ‘soċjali’, bħal dinner dances u get-togethers, kellhom l-għan li jsaħħu r-rabta bejn il- membri u jferrxu s-sentiment ta’ ‘familja’ fost dawk kollha tesserati.
Apparti l-attivitajiet soċjali kien hemm ukoll dawk sportivi. B’mod partikolari minn dejjem il-klabb tagħna kellu xi forma ta’ tim tal-futbol magħmul mill-membri. Dawn kienu jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jilagħbu flimkien, jitħarrġu u gieli anki jieħdu sehem f’xi tornej. II-valur sublimi tal-isport, l-għaqda, il-kollaborazzjoni mal-oħrajn, il-ħidma u s-sagrifiċċji biex jintlaħaq xi għan, minn dejjem kienu valuri li l-klabb tagħna xtaq iħaddan u jittrasmetti lil dawk kollha msieħba fih. L-attivitajiet sportivi kienu strument biex dan kollu seta’ jintlaħaq u għad hemm nies li sal-ġurnata ta’ llum għadhom jiftakru b’għożża lit-timijiet tal-klabb tagħna.
Attivitajiet ferm segwiti u maħbuba fis-Snin Tmenin kienu I-forum ta’ diskussjoni li għalihom kienu jigu mistiedna fis-sede tal-klabb xi personalitajiet tal-futbol Malti u xi esperti ohra fil-kamp ġurnalistiku biex jiddiskutu argumenti attwali marbutin mal-futbol Taljan. Wara l-membri kienu jingħataw I-opportunità li jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom jew jagħmlu xi mistoqsijiet lill-mistiedna speċjali.
F’okkażjonijiet oħra I-membri kien ikollhom xi tip ta’ kuntatt mad-dinja Bianconera. Fost dawn kien hemm darba partikolari fl-istaġun 1982/83 meta sar kuntatt bit-telefon ma’ Gaetano Scirea u ma’ Dino Zoff. II-membri setgħu jisimgħu t-telefonati u hekk assistew ghal intervista qasira imma ħelwa mal-idoli tagħhom. Meta niftakru f’okkażjonijiet bħal dawn ma rridu qatt ninsew li kienu żminijiet differenti minn dawk ta’ llum u in-nies kienu għatxana għal kwalunkwe tip ta’ kuntatt mal-plejers Bianconeri. F’dan is-sens, irridu nsemmu wkoll li fis- Snin Tmenin il-klabb tagħna kien magħruf ghall-fatt li kien joffri lill-membri l-possibbiltà li jakkwistaw kopji tar-rivista uffiċjali ta’ Juventus FC, Hurrà Juventus.
Inizjattiva oħra ħelwa ferm hi dik li kienu jsejhu ‘referendum’, fejn il-membri tal-klabb setgħu jivvutaw għall-aqwa plejer Juventin tal-istaġun. Il-plejer rebbieħ kien ikun ippremjat minn xi membru tal-Kumitat li jmur Turin fis-sena ta’ wara. Il-premju kien jikkonsisti f’dgħajsa tal-latini tal-fidda, oggett ta’ valur li kellu konnessjoni qawwija ma’ Malta.
Il-ħidma tal-Kumitat imbagħad kienet marbuta maż-żamma u l-manutenzjoni tas-sede fil-belt Valletta. Minn meta nfetħu I-bibien tas-sede għall-membri, il-Kumitat ma waqaf qatt bix- xogħlijiet biex is-sede tkun adegwata għall-ħtiġiet tal-membri u tal-attivitajiet li kellhom isiru fiha. Il-post kien kemmxejn antik u allura l-manutenzjoni kellha tkun kontinwa. Ħafna mix- xogħol ta’ tisbih tal-post kien isir direttament mill-membri tal-Kumitat megħjuna mill-familjari tagħhom. Kulħadd kien iddedika l-ħin liberu tiegħu biex il-kwartieri tagħna setgħu kollhom dejjem dehra moderna u eleganti. Maż-żmien kien ukoll allestit bar fil-post u daħal anki sett tat-televiżjoni.
Kif kulħadd jista’ jimmagina, it-tmexxija ta’ klabb tirrikjedi investiment kontinwu mil-lat finanzjarju. Id-dħul tal-klabb kien essenzjalment ġej mill-ħlas tas-sħubija tal-membri u mill- attivitajiet ta’ fund-raising bħal-lotteriji. II-ħlas tas-sħubija kien aspett fundamentali fil-ħajja tal-klabb għax minnu kien jiddependi l-akbar dħul finanzjarju. Bl-għan li jkun inċentivat il-ħlas tas-sħubija, kif ukoll ikunu attirati lejn il-klabb aktar partitarji godda, il-Kumitat beda jagħti rigal ċkejken mal-ħlas tas-shubija. Għall-ewwel snin dawn kienu stickers u biros li I-Kumitat stess kien jieħu ħsieb jipprintja u aktar ‘il quddiem bdew jingiebu minn Turin xi oggetti li setgħu jitqassmu lill- membri.
Il-ħidma kollha tal-Kumitat kienet celebrata b’mod xieraq b’wirja mtella’ apposta fis-sena 1985, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Juventus Club (Malta). Din kienet opportunità tassew unika li fiha l-membri setgħu jaraw l-avvanzi li l-klabb kien għamel mill-ewwel mumenti tal-fondazzjoni sa nofs is-Snin Tmenin.

Zjara minn Osti u Storgato

Semmejna diġa li fis-Snin Tmenin ġew Malta kemm Beppe Furino kif ukoll Francesco Morini. Dawn ma kinux l-uniċi żjarat ta’ plejers Bianconeri f’dawk is-snin. Grazzi għall-kuntatti li I-Kumitat kellu, il-membri kellhom diversi opportunitajiet li jiltaqgħu u jaraw mill-qrib lill-idoli sportivi tagħhom.
Nhar l-1 ta’ April 1981 żewġ plejers Juventini ohra, Carlo Osti u Massimo Storgato Itaqgħu mal-membri hekk kif kienu jinsabu Malta mat-tim Nazzjonali tal-Militar għal partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-23 sena.
Ghalkemm iż-żewġ plejers kienu taht ir-responsabbiltà tal-kowć nazzjonali, il-Kumitat irnexxielu jikseb permess biex Osti u Storgato jingħataw ftit hin liberu biex jiltaqgħu mal- Juventini Maltin u Għawdxin. Is-serata, li saret fis-sala principali tal-Każin tal-Banda La Valette ġentilment mislufa għall-okkażjoni, kienet djalogu sħiħ bejn iż-żewġ Juventini u l-membri preżenti.
Kienet esperjenza oħra sabiħa għall-klabb tagħna u l-membri ġenerali li daqu u raw viċin tagħhom plejers li kienu għażla regolari ma’ Scirea, Bettega, Zoff, Brady u Tardelli fit-tim juventin immexxi minn Trapattoni.
Fl-istess sena kienu jinsabu Malta anki I-plejers Bruno, Farina u Galderisi li ġew mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt it-18-il sena. Din id-darba ma kienx possibbli li ssir serata ghall-membri peress li l-kowċ tat-tim nazzjonali ma tahomx il-permess li jattendu għal laqgħa mal-membri tal-Juventus Club (Malta). Minflok rappreżentanti tal-Kumitat ingħataw ftit minuti biex jiltaqgħu mal-plejers Juventini fil-lukanda fejn kienu alloġġjati u, f’isem il-membri tal-klabb, il-President Tony Dimech ippreżentalhom tifkira.

John Charles – Żjara sorpriża

L-era ta’ Boniperti-Charles-Sivori, it-trio li iddomina tmiem il-Ħamsinijiet u l-bidu tas-Sittinijiet, u rebbieħa ta’ tliet kampjonati, kienet għadha hajja fil-memorja tal-partitarji Maltin. Ghal ħafna mill-partitarji tas-Snin Tmenin, dik ta’ Boniperti-Charles-Sivori kienet l-ewwel Juventus li jiftakru u kellhom l-opportunità li jsegwu. Huma t-tlieta kienu l-idoli tal-Juventini f’dik l-iskwadra formidabbli u li ma tingħelibx li I-partitarji kienu jsegwu b’passjoni kbira tant li jingħad li kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija kienu jitilgħu l-Belt biex jaraw siltiet mill-partiti fuq it-televizjoni bla kulur f’xi vetrina fi Strada Zakkarija.
Żgur li ħadd ma kien jobsor li wieħed minn dak it-trio leggendarju, John Charles, imlaqqam ‘The Gentle Giant’, kellu jkun fostna jifrah mal-membri f’okkażjoni aktar unika milli rari.
Il-preżenza f’Malta tal-eks-attakkant profiliku Juventin, John Charles, saret magħrufa b’kumbinazzjoni. Infatti, persuna ħabiba tal-President tal-klabb, Manwel Scerri, u li kienet taħdem f’lukanda ewlenija f’pajjiżna skopriet li fost il-klijenti kien hemm għal btala privata John Charles.
Il-President u s-Segretarju, Albert Callus, minnufih marru l-lukanda u wara diversi ċaħdiet mill-impjegati tal-lukanda fl-aħħar inexxielhom jagħmlu kuntatt personali ma’ John Charles innifsu. “II-Ġgant Ġentili’ wera I-vera disponibbilta Britannika tiegħu u mill-ewwel laqa’ t-talba tal-President biex ltaqa’ mal-membri l-ġurnata ta’ wara.
Ftit sigħat kienu ikkuntattjati I-membri, saru l-arranġamenti meħtiega u fis-6 ta’ Frar 1982 folla sabiha ta’ membri tal-klabb tat merħba kif kien xieraq lil John Charles u s-sieħba tiegħu f’serata familjari fic-Centru Sport Edukattiv, fil-Furjana gentilment misluf ghall-okkażjoni minn Fr. Hilary Tagliaferro, President tal-Youth Football Association.
Kienet serata allegra ferm b’Charles dejjem b’dik id-daħka storbjuża tipika ta’ persuna minn Wales, jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu u jirringrazzja lil dawk preżenti għas-simpatija u l-popolarità li dejjem gawda fostna l-Juventini Maltin.
F’mument tas-serata, waqt li Charles beda jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-membri prezenti, is-Segretarju Albert Callus staqsa lil Charles:

“Veru li jgħidu li għandek xi dejn ma’ Fiorentina?”

Għal din il-mistoqsija, John Charles baqa’ jħares sorpriż lejn is-Segretarju u rrispondih:

“As far as I know, no!”

U Albert Callus qallu:

“Mela x’gara meta kważi kissirt il-lasta I-wieqfa hekk kif bqajt dieħel dritt fiha bir-ras f’waħda mil logħbiet kontra l-Viola f’Firenze?”

U hawn Charles ftakar u beda jidħaq kemm jiflaħ fost iċ-ċapćip tal-membri preżenti

Giti u t-traġedja ta’ Heysel

Fis-Snin Tmenin il-Juventus Club (Malta) beda wkoll jorganizza -ewwel giti marbutin mal-partiti ta’ Juventus. Il-ġiti ma kinux tant popolari daqskemm saru aktar tard fit-tieni nofs tas-Snin Disghin. Kien ikun l-aktar f’xi okkażjoni speċjali, bhal ngħidu aħna fil-każ ta’ xi partita finali, li l-Kumitat kien jitħajjar jorganizza xi gita. Hawnhekk nixtiequ nsemmu żewg ġiti partikolari tas-Snin Tmenin, it-tnejn li huma marbutin mal partiti finali tat-Tazza taċ-Champions.
L-ewwel waħda kienet fl-okkażjoni tal-finali li ntlaghbet f’Ateni fl-1983 bejn Juventus u Hamburg. Il-ġita seħħet bejn 1-24 u t-30 ta’ Mejju. Fiha ħadu sehem 66 persuna, għadd tassew kbir meta wiehed iqis il-problemi kbar li kien hemm biex jinkisbu l-biljetti ta’ partiti bhal dik. Dakinhar il-partitarji Maltin marru I-Greċja biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Juventus f’partita li l-Bianconeri tilfu minkejja li kienu ferm superjuri fuq il-karta għall-Ġermaniżi.
Sentejn wara Juventus reġgħu waslu għall-partita finali li din id-darba kellha tintlagħab fi Brussel b’Liverpool bħala avversarji. Hawn b’dieqa rridu ngħidu li dakinhar konna xhieda diretti ta’ waħda mill-paġni l-aktar suwed fl-istorja tal-futbol Ewropew, dik li sa llum għadha magħrufa bhala t-Traġedja tal-Heysel.
Malli Juventus kisbu l-access għall-finali, il-Kumitat tal- Juventus Club (Malta) minnufih beda bit-tħejjijiet meħtieġa biex jorganizza ġita għal din il-partita. Dik il-ħabta l-biljetti kienu jingiebu biss direttament minn Juventus FC f’Turin u allura I-Kumitat permezz tas-Segretarju Albert Callus mill-ewwel għamel kuntatt dirett mas-Segretarju Generali ta’ Juventus, Sergio Secco, li kien responsabbli mit-tqassim tal-biljetti għall-partita finali. Albert Callus kontinwament kien icempel lil Sergio Secco, u talbu 42 biljett (daqskemm kienu I-membri li bbukkjaw it-tour) għall-finali.
Ġimgħa biss qabel il-finali, Albert Callus irċieva telefonata mingħand Secco li biha dan tal-aħħar għarrfu li billi s-sehem ta’ Juventus kien biss ta’ ħdax-il elf biljett, ma kellux biljetti disponibbli għalina. Is-Segretarju tal-klabb tagħna ċempel lill- President Boniperti li nfurmah b’dan kollu u qallu li l-klabb kellu diġà kollox imħallas għal din il-ġita. Il-President Juventin b’rispett lejn il-klabb tagħna wiegħed li kien se jkellem lil Secco. Infatti jumejn wara Secco ċempel lil Albert Callus u qallu li wara l-intervent ta’ Boniperti kellu biss 20 biljett disponibbli għalina.

“Ejjew għalihom malajr għax titilfuhom”,

qal Secco. Fuq ordni tal-Kumitat, Albert Callus tela’ Turin u gab l-20 biljett.
Ovvjament l-20 biljett ta’ Juventus (li kienu fil-kurva riservata għall-partitarji Bianconeri) ma kinux biżżejjed u I-Kumitat ried jara kif jikseb il-kumplament ta’ 22 biljett biex jaqdi lit- 42 persuna li ħallsu t-tour kollu. Il-Kumitat kellu kuntatt ma’ persuna ta’ fiduċja li kienet lesta ġġib it-22 biljett l-ieħor mill-Ingilterra. Il-prezz miftiehem kien ta’ 70 sterlina ‘I wiehed (prezz għoli għal dak iż-żmien). Hekk kif din il-persuna marret tiġbor il-biljetti mill-Ingilterra, kienet mgħarrfa li biljetti ta’ 70 sterlina (li kienu fil-mishuta Kurva Z fejn kellha tiġri diżgrazzja) kienu spiċċaw u li kien fadal biss dawk fit-Tribuna Ċentrali li kienu jiswew 140 sterlina ‘I wieħed.
Tard bil-lejl, il-President Manwel Scerri kien infurmat b’telefonata minn Londra b’din is-sitwazzjoni u dak il-ħin stess kellu jieħu deċiżjoni għax, kif jgħidu l-Ingliżi, kienet sitwazzjoni ta’ ‘take it or leave it’. Fiċ-ċirkostanzi, bil-partita finali ftit jiem ‘il bogħod, u bil-membri ma jafux fejn qegħdin bil-biljetti, Manwel Scerri iddeċieda li jingiebu t-22 biljett bil-prezz il-ġdid offrut fit-Tribuna Centrali. Kienet deċiżjoni kuraġġuża u responsabbli.
Kien tassew provvidenzjali li ttieħdet dik id-deċiżjoni għax dakinhar, proprju fil-Kurva Z qabel il-partita tilfu hajjithom 39 partitarju Juventin. II-President, Manwel Scerri jirrakkonta:

“Dak iż-żmien ma kellniex telefon cellulari u allura biex inserrħu ras il-familjari tagħna, li bħad-dinja kollha assistiet permezz tat-trasmissjoni televiziva diretta ghat-tragedja, malli tlaqna minn Brussels fis-siegħa ta’ filgħodu bil-coach lejn l-Olanda (fejn kelina l-hotel) waqafna fil-fruntiera bejn il-Belgju u l-Olanda u bdejna nċemplu Malta ħalli nserrħu ras il-qraba tagħna li konna lkoll qawwijin u sħaħ.”

Mal-wasla lura f’Malta, intervistat mir-radju, Manwel Scerri qal:

“Nirringrazzjaw lil Alla li bi 42 membru morna u bi 42 ġejna lura.”

 

 

…. ikompli

 

  • partijiet preċedenti
  1. Iswed u Abjad (l-ewwel parti)
  2. L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)

L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)

ikompli minn Iswed u Abjad (l-ewwel parti)

 

 

Prologu

Meta Itqajna ħdejn Café Cordina

L-isem leggendarju ta’ Juventus minn dejjem kien magħruf f’pajjiżna u t-tim Juventin kien segwit b’passjoni kbira minn għadd kbir ta’ Maltin u Għawdxin. In-nuqqas ta dokumentazzjoni, l-aktar ta’ xhieda mill-persuni li għexu f’dak iż-żmien, tagħmilha kemmxejn diffiċli biex tkun stabbilita l-origini eżatta tal-imħabba lejn Juventus mid-dilettanti tal-futbol fil-gżejjer tagħna. Jibqgħu bla tweġiba l-mistoqsijiet:

Ghalfejn kienu jappoġġjaw lil Juventus?

Kif kienu jsegwu lit-tim?

Kif kienu jiksbu t-tagħrif dwar il-wirjiet tal-Bianconeri?

U hafna mistoqsijiet oħra simili. Ma ninsewx li dan kien żmien meta ma kienx hawn wisq tagħrif dwar it-tim. Qed nirreferu ghall-epoka qabel dahal fis-seħħ l-internet. Dak iż-żmien lanqas ma kien hawn id-drawwa li jinxtraw gażżetti Taljani. Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni kienu relativament skarsi u sa tmiem il-Ħamsinijiet kienu fl-infanzja tagħhom l-istazzjonijiet Taljani tat-televizjoni. Kienu żminijiet differenti minn dawk ta’llum. Iżda minkejja dan kollu, xorta nibtet u kibret il-passjoni lejn Juventus.

Qalb din l-inċertezza marbuta mal-ibgħad żminijiet, nafu fić-ċert li fil-bidu tas-Snin Sittin bdiet tinħass aktar minn qatt qabel il-ġibda lejn Juventus. Dan kien dovut l-aktar għax-xandiriet u għall-kummentarji li kienu jingħataw kull nhar ta’ Ħadd dwar il-loghob tal-futbol Taljan minn fuq ir-radju Taljan. F’dawn l-istess snin ir-Rai bdiet anki tittrasmetti programm bl-aqwa siltiet mill-partiti tal-kampjonat Taljan, “La Domenica Sportiva”.
Permezz ta’ dawn it-trasmissjonijiet, l-isem ta’ Juventus beda jidħol ġimgħa wara ġimgħa fl-imħuħ tal-isportivi Maltin u Għawdxin. Il-popolarità ta’ Juventus bdiet dejjem tikber u tinxtered sew f’pajjiżna. Li kieku kellna nużaw ir-retorika tas-Snin Sittin, nistgħu ngħidu li l-partitarji bdew iħossu d-demm Juventin jigri fil-vini tagħhom.
L-ewwel fatt rekordjat li jixhed storikament l-imħabba tal-Maltin għat-tim Juventin imur lura proprju għas-Snin Sittin, meta grupp żgħir ta’ partitarji u simpatiżżanti Juventini ddecidew li jagħtu ħajja lill-ewwel forma ta’ klabb jew għaqda ta’ persuni li jappoġġjaw lil Juventus.

Fis-sajf tal-1964, f’ġurnal lokali, deher avviż żgħir li kien jgħid:

“Dawk il-partitarji Juventini Maltin u Għawdxin li jixtiequ jsiru membri tal-Club Amici della Juve, huma mħeġġa li jiltaqgħu quddiem Café Cordina fi Strada Reale nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru fis-7.30 p.m.”

Dak il-jum wasal u quddiem Café Cordina fil-ħin avžat ftit li xejn kien hemm Juventini għajr ħamsa min-nies. Dawn kienu n-Nutar Joseph Cachia, Pawlu Borg Olivier, Manwel Scerri, Oliver Mizzi u Stephen Rizzo. Ovvjament is-sitwazzjoni f’dak il-ħin, għal dawn il-ħames persuni kienet wahda surreali għax ħlief in-Nutar Cachia u Pawlu Borg Olivier, ħadd ma kien jaf lil ħadd.
Mal-ħin, weqfin fil-kantuniera ta’ Café Cordina, il-ħamsa bdew iħarsu lejn xulxin mingħajr ma jitkellmu bħallikieku bdew jistaqsu lilhom infushom,

‘Tghid dan ta’ ħdejja Juventin?”

Kif jgħid il-Malti, id-demm ma jsirx semm u wara ftit minuti l-ħames Juventini bdew jitħaddtu u allura minn dak il-ħin wieħed jista’ jgħid li twieled il-moviment Juventin fil-gżejjer taghna.

Dan l-għaliex il-ħames Juventini wara serje ta’ laqghat fl-uffiċju tan-Nutar Joseph Cachia f’Vincenti Building, il-Belt, iddiskutew u ħejjew pjani għat-twaqqif tal-Club Juventin. Ta’ min jgħid li f’dawk iż-żminijiet anki l-klabbs tal-partitarji Juventini fl-Italja kienu skarsi. Wara korrispondenza twila ma’ certu Avukat Aldo Bonacchi minn Firenze, promotur tal- ewwel Juventus Club fit-Toscana bl-isem ta’ Club Nazionale Amici della Juve, il-klabb tagħna, għalkemm kien għadu fl- infanzja tiegħu, kien aċċettat bhala membru uffiċjali u kien deċiż li l-moviment Juventin f’pajjiżna jieħu l-isem ta’ Club Nazionale Amici della Juve (Malta).
Bħala l-ewwel pass importanti għat-twaqqif tal-klabb Juventin f’pajjiżna, fi Frar tal-1965, rappreżentanza tal-klabb iffurmata mis-Segretarju Generali, Paul Borg Olivier, u mill-membri Manwel Scerri u Joe Bonello, kienet mistiedna żżur Firenze mill-President Bonacchi u tattendi ghal-logħba Fiorentina- Juventus. Wara din il-partita kienet organizzata serata speċjali mill-Club Nazionale Amici della Juve ta’ Firenze stess fejn id- delegazzjoni tal-klabb Malti kellha l-opportunità li tagħmel l-ewwel kuntatt uffiċjali mad-dirigenti ta’ Juventus FC li kienu preżenti għas-serata.

Infatti, id-delegazzjoni Maltija tkellmet mal-Amministratur Delegat, Giampiero Boniperti, mal-kowċ Eraldo Monzeglio, kif ukoll mal-plejers Juventini Luis Del Sol, Nestor Combin u Gianfranco Leoncini. F’din l-okkażjoni, quddiem dawn il-persunaġġi importanti, Dott. Bonacchi ta għarfien uffiċjali lill- Club Nazionale Amici della Juve (Malta). Ingħatat ukoll Tessera Uffiċjali lill-klabb tagħna minn dak ta’ Firenze li formalment kienet turi li aħna parti minnhom u li nirrappreżentaw lil pajjiżna fl-ambitu tal-appogg organizzat fl-Italja.
Għalkemm il-klabb Juventin Malti kien għad ma kellux la Statut u lanqas għadd sostanzjali ta’ membri li verament jiffurmaw klabb, ir-rappreżentanti tal-Club Nazionale Amici della Juve (Malta) ippruvaw iqajmu l-interess u l-entuzjazmu fost il-Juventini Maltin u Għawdxin billi jimpurtaw minn Turin u jqassmu r-rivista uffiċjali Hurrá Juventus. Kien hemm anki xi inizjattivi żgħar ohra bl-għan li aktar Maltin jibdew jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Juventus.
Il-pjani u l-ħsibijiet tal-Kumitat Malti ftit li xejn kellhom rispons minħabba diversi raġunijiet, fosthom in-nuqqas ta’ komunikazzjoni u mitt problema oħra li għamluha difficli f’dak
iż-żmien li l-klabb jiffjorixxi.

Quddiem dawn ic-cirkostanzi, sfortunatament, il-Club Nazionale Amici della Juve (Malta) ma kellux ħajja twila u matul perjodu ta’ snin miet mewta naturali.
B’danakollu l-istorja tal-partitarji Juventini Maltin organizzati fi klabb ma ntemmitx hemm. Il-klabb kellu jerga’ jitwieled mill-gdid, b’passjoni u mħabba mġedda u b’saħħtu aktar minn qabel. Il-klabb il-ġdid inbena fuq sisien aktar b’saħħithom u grazzi għas-sagrifiċċji u d-dedikazzjoni ta’ mijiet ta’ nies għadu haj sa llum bi storja rikka ferm ta’ 40 sena ta’ imħabba vera lejn it-tim ta’ Juventus.

 

Kapitlu 1

L-ewwel snin (1975-1980)

Għaddew ħdax-il sena u fl-1975 deher avviż iehor, din id- darba fil-gurnal “Il-Ħajja”. Kien eżattament fil-ħarga ta’ nhar it-8 ta’ Frar, f’pagna 8, li kien pubblikat dan l-avviż li permezz tiegħu l-Juventini kollha ta’ dawn il-gżejjer ġew mistiedna jingħaqdu u jerġgħu jagħtu hajja ġdida lill-Club Nazionale Amici della Juve (Malta).
L-inizjattiva ta’ din is-sejħa kienet tas-Sur Tony Dimech, illum wieħed mill-Presidenti Onorarji tal-klabb, li fl-avviż stieden lil dawk kollha interessati b’dan il-kliem:

“Il-partitarji kollha juventini li jixtiequ jsiru membri tal-Club Nazionale Amici della Juve (Malta) huma gentilment mitluba jiktbu u jibaghtu 1c 5m f’bolol lil Tony Dimech, Barbara Bastion, il-Belt.”

L-għan ewlieni ta’ Tony Dimech kien li jerġa’ jagħti l-ħajja lill-inizjattiva li kienet twieldet ftit snin qabel u li sfortunatament kienet spiċċat fix-xejn.
Wieħed jista’ jgħid li għall-għajta tar-raghaj, in-naghag (jew aħjar iz-żebri f’dan il-każ) wieġbu bis-sħiħ. Infatti, ir-respons għal din l-inizjattiva l-ġdida kien wieħed tajjeb u inkoragganti ferm. Malli deher I-avviż, Tony Dimech kien ikkuntattjat minn Manwel Scerri li flimkien ma’ xi Juventini oħra, fosthom mill-ġdid in-Nutar Joseph Cachia, bdew il-ħidma biex jiltaqgħu u jpoġġu il-pedament ta’ dak li llum nafuh bħala l-akbar klabb Juventin fid-dinja barra l-penizola Taljana.
It-triq dejjem kienet diffiċli iżda din id-darba kien jinħass entuzjazmu akbar, filwaqt li anki l-interess tal-Maltin fil-Juventus kien ferm differenti minn qabel, grazzi wkoll għat-titjib fil-kamp ġurnalistiku, il-media, il-gażżetti barranin, li kollha żdiedu mal-milja tas-snin f’pajjiżna, kif ukoll titjib sostanzjali fit-trasmissjonijiet televizivi. Finalment kien rikonoxxut li fil-gżejjer Maltin u Għawdxin kien jinhass interess qawwi lejn il-kuluri Bianconeri u bżonn li jitwaqqaf klabb li verament jirrifletti dan l-attakkament.

L-ewwel laqgħa informali

Peress li dak iż-żmien il-klabb fl-infanzja tiegħu ma kellux sede tiegħu, Tony Dimech u shabu kienu jiltaqgħu f’xi café tard filgħaxija jew fl-uffiċċju tan-Nutar Cachia il-Belt jiddiskutu u jħejju għas-sejħa tal-ewwel laqgħa informali għal dawk li xtaqu jissieħbu fil-klabb.
Il-laqgha informali saret nhar is-16 ta’ Marzu 1975 fis-sala tal-Kažin tal-Banda La Valette, il-Belt (gentilment misluf ghall-okkażjoni). Għal-laqgħa attendew madwar 60 partitarju Juventin.
Matul il-laqgha, immexxija mill-promotur Tony Dimech, kienu diskussi diversi punti marbuta mal-mod kif kellha titqiegħed l-ewwel ġebla tal-klabb Juventin f’pajjiżna. Kienet maħtura Kummissjoni Speċjali biex tieħu ħsieb it-tfassil ta’statut, tipproponi skema ta’ tesseramenti u twitti t-triq għall- elezzjoni għall-ewwel Kumitat Eżekuttiv tal-klabb.
II-Kummissjoni Speċjali kienet magħmula minn Tony Dimech bhala Chairman, Manwel Scerri (Viċi Chairman) u l-membri Joseph Aloisio, Lino Bonello, Albert Callus, Oliver Mizzi u Carmelo Vella.

Elett l-ewwel Kumitat Eżekuttiv

Il-Kummissjoni Specjali mill-ewwel bdiet il-ħidma tagħha għall-preparattivi u s-sejħa għal-Laqgħa Generali li fiha kellhom ikunu ppreżentati pjani sodi għall-ġejjieni kif ukoll issir l-elezzjoni għall-ewwel Kumitat Eżekuttiv li kellu jmexxi lill-klabb.
II-Kummissjoni sejħet l-ewwel Laqgħa Generali fl-istorja tal- klabb nhar il-Ħadd 13 ta’ April 1975 u għaliha kien preżenti għadd sabiħ ta’ partitarji Juventini. Għal darb’ohra ntużat is-sala tal-Kažin La Valette. Matul il-laqgħa, li tmexxiet minn Tony Dimech, kienu diskussi ideat u opinjonijiet mis-46 persuna preżenti ghal-laqgħa.
Tressqet il-proposta tal-Kummissjoni li l-klabb jingħata isem aktar sempliċi u car minn dak originali mfassal fuq l-isem li deher fl-avviż tat-8 ta’ Frar 1975 u li kien intuża ħdax-il sena qabel. L-isem kellu jirrifletti fl-originalità u fis-semplicità tiegħu l-identità tal-klabb lokali. Kien issuggerit l-isem Juventus Club (Malta). Din il-proposta kienet minnufih milqugha mill- Laqgħa Generali b’applaws kbir li wera li l-isem il-ġdid kien għogob lil dawk preżenti.
Matul il-Laqgħa gie wkoll elett l-ewwel Kumitat Eżekuttiv li mexxa lill-klabb għas-sena 1975/76. In-Nutar Joseph Cachia bħala Chairman u s-Sinjuri Richard Muscat u Robert Caruana kienu magħżula biex imexxu l-elezzjoni. Immedjatament ic- Chairman staqsa min fost il-membri preżenti xtaq jikkontesta l-elezzjoni. Kien hemm ħdax-il persuna interessata, fosthom anki mara (ħaġa mhux tant komuni għal dawk iż-żminijiet meta n-nisa ftit li xejn kienu jinteressaw irwieħhom fil-futbol). Minn dawn kellhom jingħażlu seba’ persuni biex jiffurmaw l-ewwel kumitat.

Wara li ntlaqgħu n-nominazzjonijiet, beda l-proċess tal-votazzjoni.

Ir-riżultat tal-votazzjoni kien:
Tabella nru.

Ir-Riżultat tal-votazzjoni għall-Kumitat 1975/76

  1. Tony Dimech – 46 vot
  2. Manwel Scerri – 42 vot
  3. Joseph Aloisio – 40 vot
  4. Carmelo Vella – 38 vot
  5. Albert Callus – 36 vot
  6. Charles Galea – 26 vot
  7. Publius Vassallo – 22 vot
  8. Joe Attard – 20 vot
  9. Josephine Galea – 20 vot
  10. Mario Troisi – 14-il vot
  11. Lino Bonello – 10 voti

Bil-qari tar-riżultat tal-votazzjoni, saru magħrufa l-ismijiet tal-ewwel seba’ persuni eletti biex jiffurmaw l-ewwel Kumitat Eżekuttiv fl-istorja tal-klabb u li serva għall-perjodu ta’sena 1975/76.
Fi tmiem il-laqgħa, in-Nutar Joseph Cachia u s-Sur Franco Facchetti (illum t-tnejn mejta) kienu unanimament maħtura bhala l-ewwel Presidenti Onorarji fl-istorja tal-klabb bħala rikonoxximent għall-ħidma, il-kollaborazzjoni u l-għajnuna bla qies li taw biex setghet tibda t-triq twila iżda glorjuza tal- Juventus Club (Malta).

Tibda l-hidma tal-Kumitat Eżekuttiv

Dejjem fuq inizjattiva tal-President Onorarju n-Nutar Cachia, li dak iż-żmien kien il-President tal-Każin tal-Banda La Valette, il-Kumitat elett iltaqa’ għall-ewwel darba f’forma uffiċjali f’kamra mislufa mill-Kažin La Valette stess. L-ewwel laqgħa tal-Kumitat saret ftit jiem wara l-Laqgħa Generali, preċiżament nhar it-22 ta’ April 1975 u fiha tqassmu l-karigi fi hdan il-Kumitat kif ġej:

  • President – Tony Dimech
  • Viċi President – Manwel Scerri
  • Segretarju – Carmelo Vella
  • Teżorier – Publius Vassallo
  • Assistent Segretarju – Joseph Aloisio
  • Membri – Albert Callus u Charles GaleaII-ħidma ta’dak l-ewwel Kumitat, kif ukoll tal-Kumitati l-oħra kollha fl-aħħar erbgħin sena, kellha l-għan li torganizza attivitajiet fuq baži lokali għall-partitarji Juventini tal-gżejjer Maltin; jitkabbar l-isem ta’ Juventus f’Malta; jinżamm kuntatt kontinwu ma’ Turin direttament ma’ Juventus FC u jinkiseb għarfien uffiċjali; kif ukoll ikunu organiżżati żjarat f’Malta ta’plejers Bianconeri. Dan kollu nkiseb b’mod sorprendenti fl-ewwel ħames snin tal-klabb.

♦ Kurżitá ċkejkna dwar l-ewwel sena tal-Juventus Club (Malta). Il-ħlas ta’ sħubija fil-klabb fl-1975/76 kien ta’ 50 ċenteżmu. B’kollox kien hemm 120 membru registrat mal-klabb f’dik l-ewwel sena.

Rikonoxximent minn Turin

Il-Kumitat Ezekuttiv kellu l-prijorità sa mill-ewwel laqgħat tiegħu li jinkiseb rikonoxximent uffiċjali mingħand Juventus FC. Dak iż-żmien kien hemm ic-Centro Coordinamento Juventus Club li kien jigbor fih il-klabbs Juventini rikonoxxuti.
Bdew il-kuntatti ma’ barra u saret it-talba uffiċjali lic-Centro Coordinamento f’Turin li kien immexxi minn Alberto Refrigeri. Fortunatament it-twegiba minn Turin kienet immedjata u pożittiva. Biex seta’ jinkiseb ir-rikonoxximent uffiċjali, il-Kumitat intalab li f’Malta jsir kuntratt quddiem nutar b’dawn il-kundizzjonijiet preliminari:

(a)li l-klabb jitwaqqaf uffiċjalment fil-gżejjer Maltin;

(b) li l-membri tal-Kumitat Ezekuttiv ikunu eletti demokratikament mill-membri affiljati; u, kundizzjoni importanti hafna,

(c) li jkun spjegat l-għan tal- klabb permezz ta’ statut approvat mill-membri.

Intalab ukoll li l-kuntratt isir f’żewġ ilsna, it-Taljan u l-Ingliz.
Mingħajr dubju il-Kumitat Eżekuttiv kien f’pożizzjoni li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha, tant li fl-24 ta’ Marzu 1976 sar il-kuntratt quddiem in-Nutar Joseph Cachia bl-Ingliż u bit-Taljan regolarment iffirmat mill-President tal-klabb Tony Dimech u mis-Segretarju Carmelo Vella.

Fid-dokument tal-kuntratt naqraw li l-klabb twaqqaf fit-13 ta’ April 1975 għal dan il-ghan:

“for the purpose of fostering greater understanding between the supporters of Juventus FC s.p.a. of Torino, Italy and organising social and other activities between the same supporters resident in Malta.”

Il-kuntratt intbagħat Turin nhar is-27 ta’ Marzu 1976 u ftit jiem wara waslet il-konferma minn Turin li l-Juventus Club (Malta) kien ġie uffiċjalment rikonoxxut u registrat mac- Centro Cordinamento Juventus Clubs u ngħata n-numru uffiċjali 969. Hekk fl-ewwel sena tal-eżistenza tiegħu l-klabb kien kiseb rikonoxximent uffiċjali minn Turin.

Kien jonqos biss l-approvazzjoni ta’ statut tal-klabb. It-tfassil ta’ statut kien beda fl-1976 u baqa’ għaddej għal bosta xhur, sakemm imbaghad fit-13 ta’ Frar 1977 dan kien approvat mill- membri waqt Laqgħa Generali.

 

Aktar Ħidma

Miksub ir-rikonoxximent minn Turin, il-Kumitat kompla bil-ħidma tiegħu u għaraf l-importanza li l-klabb iżomn kuntatt dirett mal-membri billi jkunu mgħarrfa bl-attivitajiet u l-ħajja tal-klabb u kull informazzjoni utili dwar Juventus.
Ghalkemm il-ħolqa bejn il-Kumitat u l-membri kienet diga eżistenti permezz ta’ċirkolarijiet, xorta waħda nħasset il-ħtieġa li biex jintlaħaq dan il-għan l-ewwel prerogattiva kienet li tibda tigi ippubblikata rivista uffiċjali tal-klabb.
Minħabba r-riżorsi finanzjarji ferm limitati tal-klabb, kien deċiż li tibda tinħareg perjodikament newsletter. L-idea tal-Kumitat kienet li l-membri kellhom ikunu protagonisti attivi fil-process tal-għażla tal-isem tan-newsletter, kif ukoll kellhom iwasslu għall-holqien ta’ logo uffiċjali tal-klabb. Għaldaqstant saret kompetizzjoni bejn il-membri affiljati biex jipproponu disinn ghal-logo uffiċjali u jgħaddu s-suggerimenti tagħhom għall- isem tan-newsletter.
L-inizjattiva ntlaqgħet b’entużjażmu kbir mill-membri u f’Ottubru tal-1975 in-newsletter uffiċjali ngħatat l-isem ta’ Il-Juventin, Rigward l-għażla tal-logo, l-aktar disinn li ntogħġob għas-semplicità u l-originalità tiegħu kien dak tal-membru Peter Paul Bartolo. Il-pubblikazzjoni uffiċjali, Il-Juventn, bdiet toħroġ f’forma ta’ktejjeb żghir bi ftit paġni stensiljati u mibgħuta b’xejn lill-membri.
Wieħed irid jifhem li fin-nuqqas ta’ sede tal-klabb, ix-xoghol kollu tal-Kumitat, il-laqghat, il-programmi u t-tħejjijiet kollha kienu jsiru f’diversi postijiet il-Belt, fosthom fil-British Legion Triq Melita, f’bars żgħar, f’ Palazzo Caraffa, fiż-żewġ kazini ewlenin tal-Banda La Valette u King’s Own. Saħansitra saru laggħat fl-istudju tal-arti tal-mibki Kav. Gużè Galea (missier Charles Galea, wieħed mill-membri tal-ewwel Kumitat Eżekuttiv tal-klabb) fi Triq id-Dejqa, il-Belt li kien jislef mhux biss l-istudio tiegħu fejn kien ipitter iżda wkoll matul il-jum kien jilqa’ t-tesseramenti tal-membri fil-ħanut tiegħu stess fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta.

 

ikompli …

 

 

 

Iswed u Abjad (l-ewwel parti)

Ħbieb, kif tafu il-klabb maħbub tagħna miexi b’ħeffa u dedikazzjoni lejn tragward prestiġjuż u mistħoqq!

Infatti, fit-13 ta’April 2025 id-dar tagħna il-Juventini Maltin se tilħaq il-50 (ħamsin) sena Anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Għalhekk qed inwasslulkom kopja tal-ktieb li kien ħareġ fl-2015 meta konna ċċelebrajna l-40 sena.

Din is-sensiela tal-ktieb “Iswed u Abjad” miktub minn Manwel Scerri u Matthew Scerri se tittella’ gradwalment f’partijiet matul iż-żmien.

Filwaqt li nispera li din l-inizzjattiva se tingħoġob minnkom, nħeġġukom issegwu dan is-sit biex tkun mgħarrfa rigward l-attivitajiet tal-klabb tagħna.

 

Pierre Bonavia

 

Iswed u Abjad

 

L-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)

Manwel Scerri Matthew Scerri

Din l-ewwel edizzjoni 2015

 

Pubblikazzjoni Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) Triq Madre Maria Teresa Spinelli Birkirkara, Malta

Disinn tal-qoxra: William Micallef

Qari tal-provi: Albert Callus

Issettjar u Stampat: Print Right Ltd. Qormi

Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)

 

Il-jeddijiet tal-pubblikazzjoni huma miżmuma mill-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Dan il-ktieb qed jinbiegh bil- kundizzjoni li ma jistax jissellef, jerġa’ jinbiegh jew jingħata b’xejn f’xi għamla jew legatura oħra hlief kif inhu ippubblikat. Ma jista’ jsir ebda tibdil. Ebda silta minnu ma tista’ tkun ippubblikata jew maħruġa f’mod fotostatiku, elettroniku, mekkaniku, irrekordjat jew b’xi mod ieħor mingħajr il-permess tal-awturi u/jew tal-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975).

 

 

Dedikat

lil kulmin ta sehmu, b’tant dedikazzjoni, fit-twaqqif u fit-tmexxija tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) f’dawn l-ewwel erbgħin sena ta’ ħajja tal-klabb.

Werrej

  • Kelmtejn ta’ introduzzjoni
  • Daħla
  • Prologu
  • Kapitlu 1 L-Ewwel snin 1975-1980
  • Kapitlu 2 -Snin Tmenin
  • Kapitlu 3 Snin Disghin
  • Kapitlu 4 ventus Club fis-Seklu XXI
  • Kapitlu 5 Juventus 1975-2015
  • Intervisti/1 Tony Dimech L-ewwel President
  • Intervisti/2 Mark Zammit, II-President li waqqaf il-Juventus Club Vero Amore fl-1997
  • Intervisti/3 Joseph Fenech – il-President attwali
  • Appendići 1 Lista tal-Presidenti kollha
  • Appendići 2 Kumitati 1975-2015

 

Kelmtejn ta’ introduzzjoni

 

Hu unur kbir għalija li qed nikteb dan il-messaġġ qasir ta’ introduzzjoni għall-ktieb Iswed u Abjad li jiġbor fih il-ġrajjiet tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) mis-sena tat- twaqqif fl-1975 sal-2015. Wara li tkunu qrajtu dan il-ktieb, se tifhmu kemm il-klabb għandu storja rikka, kemm konnessjoni kellu u għandu mal-Juventus FC, kemm plejers leġġendarji żaru lill-pajjiżna, x’sehem kellu fl-avvenimenti ewlenin tat- tim Juventin. Tassew aħna klabb f’pajjiż żgħir imma bi storja kbira!

Il-Kumitat elett fis-sajf 2014 mill-ewwel beda jaħseb biex -erbgħin anniversarju mit-twaqqif tal-klabb ikun ċelebrat bl-aktar mod xieraq. Fassalna programm shih ta’ attivitajiet Iijfakkru u jfaħħru l-kisbiet kollha tal-klabb mill-1975 ‘il quddiem. Il-klabb modern u professjonali ta’ llum hu l-frott ta’ dak kollu li nżera’ minn ta’ qabilna bil-ħidma siewja, is- sagrifiċċji u l-passjoni tagħhom. Żgur li llum ma kienx jista’ jkollna dan il-klabb mingħajr ix-xogħol tal-fundaturi u ta’ dawk kollha li servew fil-Kumitat mal-milja tas-snin.

Punt għal qalbi ħafna li nixtieq nagħmel hu li l-klabb hu essenzjalment magħmul mill-membri, u hawn nixtieq nishaq dwar l-importanza li l-membri għandhom fil-ħajja tal-klabb. Din l-istorja tal-klabb hi qabelxejn l-istorja tagħna Ikoll li flimkien mal-membri tal-imgħoddi niffurmaw dan il-klabb. Nemmen li dan il-ktieb jiġbor fih l-istorja ta’ parti minn ħajjitna stess.

II-Kumitat preżenti hu impenjat u determinat mhux biss li jiċċelebra l-erbgħin anniversarju, imma jrid ukoll ipoġġi I-bażi għall-ġejjieni ħalli l-istorja tal-klabb tkompli. Nixtiequ qabelxejn nattiraw aktar membri lejn il-klabb għax kif ghidt il-klabb hu magħmul min-nies u għaldaqstant jeħtieġ lin-nies biex jibqa’ ħaj. Jien u shabi tal-Kumitat ninsabu konvinti li biex nattiraw il-membri ma rridux biss noffru servizzi tajbin, imma l-ewwelnett hu fundamentali li l-klabb jitmexxa b’mod ġust u trasparenti. Minn hawn inwiegħed li se naħdmu bla waqfien f’dan is-sens.

Fl-istess ħin ukoll qed naħdmu biex il-membri jkunu moqdija aħjar skont il-ħtiġiet ta’ llum. Se nibqgħu nirrappreżentaw I-interessi tal-membri speċjalment barra minn Malta. Fix- xena lokali m’aħna se nieqfu qatt norganizzaw attivitajiet

Qed ninvestu dejjem aktar fit-teknoloġija, tajna dehra grafika ġdida lis-sit elettroniku tal-klabb, saħħaħna l-preżenza tagħna fl-organi soċjali moderni biex kemm jista’ jkun inżommu kuntatt kontinwu mal-membri. Minbarra dan, qed inkomplu nsebbħu u nimmodernizzaw is-sede għax nixtiequ li l-Juventini Maltin u Għawdxin jibqgħu kburin b’dik li nittamaw li Ikoll iqisu d-dar tagħhom. Kif qed taraw, il-ħidma hi kbira u nixtieq li dan ikun il-legat li nhallu lil min se jiġi warajna.

Naghlaq billi niżżi ħajr minn qalbi lil shabi tal-Kumitat u lill- isponsors għall-appoġġ dejjiemi tagħhom. Nirringrazzja wkoll Manwel Scerri u lil Matthew Scerri li ħejjew u bnew dan il- tieb. Ringrazzjament speċjali jmur imbagħad għall-membri kollha li jibqgħu dejjem warajna u jgħinuna biex inżommu lill-klabb haj. Fl-aħħar, nirringrazzja u nesprimi l-gratitudni mimlija għożża kbira lil kulmin kien u/jew għadu parti mill- klabb. L-istorja hawn miġjuba inkitbet minnkom stess b’ittri tad-deheb.

 

Joseph Fenech

President

Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)

 

 

Daħla

Għalaqna 40 sena Storja ta’ mħabba vera

Inevitabbilment, kull anniversarju mhux biss mument ta’ ċelebrazzjoni, imma wkoll okkażjoni biex inħarsu lura lejn dak kollu li sar fl-imgħoddi u biex minnu nieħdu spunti biex inħarsu ‘l quddiem b’entużjażmu mġedded u b’konvinzjoni aktar qawwija ħalli titkompla l-ħidma tal-imgħoddi.
Dan il-ktieb hu l-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) li proprju din is-sena, fl-2015, qed jiċċelebra l-40 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Hi l-istorja ta’ klabb, imma fuq kollox hi l-istorja ta’ dawk il-persuni li kitbu din l-istorja kemm permezz ta’ impenn dirett u attiv fil-Kumitat tal-klabb, kif billi ffurmaw parti mill-istess klabb tul medda twila ta’ snin. Kulħadd ta sehmu b’modi differenti, bil-kapaċitajiet tiegħu mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-klabb. Nittamaw li dan il- ktieb jirnexxilu jicċelebra bl-aqwa mod possibbli l-imħabba vera (mhux ta’ b’xejn il-klabb jismu Vero Amore) li mexxiet u ggwidat lil kulmin resaq lejn dan il-klabb.

Inħossu li qabel xejn huwa dmir tagħna lkoll li nsemmu lill- pijunieri li poġġew l-ewwel ġebla u li kienu strumentali biex “welldu” l-Juventus Club f’pajjiżna. Dik il-ġenerazzjoni Ii 40 sena ilu hasset id-demm ‘Juventin’ jiġri fil-vini tagħha jimliha bil-kuraġġ, dedikazzjoni u sagrifiċċju. Huma emmnu b’konvinzjoni qawwija li pajjiżna wkoll kellu jifforma parti minn katina akbar tal-familja Juventina mxerrda fl-Italja u madwar id-dinja. Kellhom din il-ħolma u wettquha grazzi għall-imħabba u d-dedikazzjoni li poġġew f’ħidmiethom għall-ġid tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975).
Ħadmu u stinkaw, kemm fil-ferħ kif ukoll fid-diżappunt, biex mal-milja tas-snin, il-ġenerazzjoni ta’ llum tista’ tkun kburija li aħna mhux biss ħolqa minn din il-katina, iżda fuq kollox li maż-żmien sirna kolonna soda u li ma titkissirx fil-lealtà tagħna lejn il-kuluri Bianconeri.
Illum, li qed niċċelebraw 1-40 anniversarju mit-twaqqif tal- klabb Juventin f’pajjiżna, inħossu li nkunu qed nonqsu jekk ma nagħmlux dedika speċjali lill-pijunieri u l-membri li ma kellhomx ix-xorti li llum ikunu fostna biex jiċċelebraw magħna dan l-anniversarju. Konvinti li huma minn hemm fuq qegħdin isegwu b’sodisfazzjon kbir din ir-rikorrenza daqstant speċjali fl-istorja tal-klabb.

Bħal f’kull storja ohra, l-erbgħin sena tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) hi magħmula minn waqtiet sbieħ u oħrajn koroh. Tul dawn is-snin, aħna l-partitarji Juventini fraħna u bkejna flimkien ma’ miljuni ta’ Juventini oħra fil-mixja kontinwa wara t-tim maħbub tagħna, il-Juventus. Fraħna meta l-Juve għamluna kburin bis-suċċess miksub, u bkejna meta sfortunatament għaddejna minn episodji drammatići li messew il-qlub Bianconeri u li qanqluna kemm mil-lat morali kif ukoll minn dak sportiv. Konna dejjem hemm maġenb it-tim tal-qalb tagħna, tajna l-appoġġ tagħna anki fl-ikreh żminijiet għax il-vero amore, I-imħabba vera, hekk titlob.

Fl-aħħar u mhux l-anqas, tislima u dedika jmorru wkoll għall-ġenerazzjoni Juventina ta’ llum li bl-istess passjoni u dedikazzjoni qed tkompli x-xogħol li nbeda fl-1975 u li tkompla bla waqfien f’dawn l-aħħar erbgħin sena. Dik il-ħolma ta’ nofs is-Snin Sebgħin għadha qed titwettaq bl-istess spirtu ta’ dejjem. Illum-il ġurnata, il-Club tagħna kiber mhux biss fl-istatura tiegħu bħala ‘d-dar’ fejn jilqa’ lill-Juventini f’kull okkażjoni, iżda wkoll kiseb b’mod inkundizzjonat ir- rikonoxximent, ir-rispett u l-ammirazzjoni barra minn xtutna, b’mod partikulari fi ħdan l-ambjent uffiċjali ta’ Juventus F.C.
Fuqna li llum qed immexxu b’mod l-aktar ghaqli u progressiv dan il-Club taqa’ r-responsabbiltà kbira li nħarsu u nindukraw bl-aktar mod sod, u li nikkonservaw b’dedikazzjoni u mħabba inkondizzjonata, dak kollu li b’tant xogħol u sagrifiċċji I-pijunieri u I-membri tagħna bnew biex il-Juventus Club f’pajjiżna kiber minn dak il-jum storiku tat-13 ta’ April 1975.

Ir-responsabbilità tgħaddi issa fuq il-ġenerazzjonijiet ta’ llum u ta’ għada biex il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jinżamm ħaj u jkompli jaqdi I-missjoni tiegħu b’mod aggornat għall-ħtiġijiet taż-żminijiet ta’ llum u tas-snin li ġejjin. L-isbaħ xewqa li nistgħu nagħmlu lill-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) hi li jibqa’ jkollu fi ħdanu persuni li jaħdmu b’fiduċja, b’kollaborazzjoni u b’enerģija sħiħa biex il-klabb Malti jkompli miexi ‘l quddiem, jikber u jissaħħah. II-vero amore, l-imħabba vera m’għandha tintemm qatt.

 

 

ikompli ….