Posts

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Diċembru 2020.

Il-prezz il-ġdid ta’ Pogba

Irridu nlestu ruħha għax fix-xhur li ġejjin se nisimgħu ħafna dwar il-futur ta’ Pogba. The Sun qed tirraporta li Manchester United se jkunu qed jitilbu prezz ta’ 55 miljun Ewro sabiex jevitaw li jitilfuh b’xejn sena u nofs oħra.

Matthew Scerri

Ħalliena Paolo Rossi

Dal-lejl tħabbret il-mewt ta’ Paolo Rossi fl-età ta’ 64 sena. L-eks attakkant ta’ Juventus, li jibqa’ magħruf għall-wirjiet kbar tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-1982, kien ilu xi żmien jiġġieled battalja mal-marda qerrieda tal-kanċer.

Strieħ fis-Sliem, Pablito!

Matthew Scerri

Għadha għaddejja l-investigazzjoni b’rabta mal-eżami ta’ Suarez

Tkompli għaddejja l-investigazzjoni tal-Procura ta’ Perugia dwar l-allegat tbagħbis fl-eżami ta’ Suarez. Qed ikun irrapurtat li l-investigazzjoni tista’ tieħu sa massimu ta’ erba’ xhur oħra. Jidher li l-Maġistrat għandu f’idejh xi email li uffiċċjali tal-Università ta’ Perugia bagħtu lil Suarez. Fl-emails hemm id-domandi li kienu se jagħmlulu u t-tweġibiet li kellu jagħti. L-investigazzjoni qed tipprova tistabilixxi kienx hemm xi ħaġa irregolari li wasslet biex Juventus f’daqqa waħda għażlu li jwaqqfu n-negozjati ma’ Suarez u ħadu attakkant ieħor. Fi kliem ieħor se jkun stabbilit jekk kinitx biss għażla sportive jew inkella kienx hemm xi ħaġa warajha.

Matthew Scerri

Il-poloz taċ-Champions League fl-14 ta’ Diċembru

Il-poloz tal-fażi tan-knock-out tal-Uefa Champions League se jittellgħu nhar it-Tnejn 14 ta’ Diċembru f’nofsinhar. Dakinhar Juventus se jkunu fl-ewwel urna peress li rebħu l-grupp u se jkollhom bħala avversarju wieħed mit-timijiet li spiċċaw fit-tieni post fil-gruppi l-oħra. Mhux se jkun possibbli li Juventus jittellgħu kontra tim Taljan ieħor.

Matthew Scerri

Camavinga jrid jitlaq lil Rennes

AS qed jirrapurtaw li Eduardo Camavinga għarraf lill-aġent tiegħu li x-xewqitu hi li jitlaq lil Rennes fi tmiem l-istaġun. L-aġent qed jaħdem biex dix-xewqa ssir realtà. Juventus u Real Madrid huma fost l-aktar interessati fih. Il-prezz li qed jissemma li Rennes se jkun qed jitolbu hu ta’ bejn 60 u 70 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Raiola: “Hu possibbli li Pogba jirritorna ma’ Juventus”

Tuttosport illum ippubblikat l-intervista lil Raiola li ilha tiġi mħabbra mill-bieraħ u li fiha l-aġent jistqarr li Paul Pogba se jitlaq lil Manchester United. Fl-intervista Raiola jiddikjara wkoll li hu possibbli li Pogba jirritorna ma’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Diċembru 2020.

Raiola: “L-istorja ta’ Pogba ma’ Manchester United spiċċat”

Mino Raiola stqarr bla tlaqlieq li l-istorja ta’ Paul Pogba ma’ Manchester United waslet fi tmiemha. Dan ifisser li hu se jkun qed jaħdem għat-trasferiment ta’ Pogba ma’ klabb ieħor. Ovvjament s’issa mhuwiex magħruf meta t-trasferiment se jseħħ u ma’ liema tim se jkun qed jilgħab Pogba.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Diċembru)

Fis-6 ta’ Diċembru 1953 intlagħbet il-partita tas-Serie A bejn Juventus u Roma. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 3-0 bil-gowls ta’ Ricagni, Praest u Muccinelli.