Posts

Uffiċjali: Kif se jibdew Benevento u Juventus

BENEVENTO (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Glik, Caldirola, Barba; Hetemaj, Schiattarella, Ionita; Improta, Caprari; Lapadula. 

JUVENTUS (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Frabotta; Chiesa, Arthur, Rabiot, Ramsey; Dybala, Morata. 

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali u allura Juventus ħadu posthom.

Ksur għal Vrioni

Giacomo Vrioni sofra injury gravi waqt is-sessjoni ta’ taħriġ. Hu għandu ksur fil-qasba ta’ saqajh u se jkollu jiġi operat. Għalih żgur li se jkun hemm minn tal-inqas sitt ġimgħat waqfien. Nawgurawlu li jmur kollox sew u li ma ndumux ma narawh fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Benevento u Juventus

Benevento (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Caldirola, Glik, Barba; Hetemaj; Schiattarella, Ionita; Insigne, Caprari; Moncini.

Juventus (4-3-1-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Bentancur, Arthur, Rabiot; Kulusevski; Morata, Dybala.

Sors: Sportmediaset

Benevento-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Ma tantx hemm wisq x’tgħid dwar il-konfronti tal-passat bejn Juventus u Benevento. Fil-fatt fil-kotba tal-istorja nsibu biss żewġ konfronti uffiċjali bejn it-timijiet. Il-konfronti jmorru lura għas-sena 2017/18 meta Benevento għall-ewwel darba lagħbu fis-Serie A. F’dak l-istaġun Juventus għelbu lil Benevento 2-1 fl-Allianz Stadium u 4-2 f’dar l-avversarji. Il-filmati t’hawn taħt juruna l-aqwa siltiet tal-partiti.

Mistrieħ għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo ma ġiex mgħajjat għall-partita kontra Benevento. Hu jinsab tajjeb biss Pirlo tah jumejn frank sabiex ikun jista’ jirrilassa u jistrieħ wara xahar ferm impenjattiv.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Novembru 2020.

Ir-referees tal-partiti tad-9 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Sassuolo-Inter: Irrati

Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Benevento-Juventus: Pasqua

Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Atalanta-Verona: Massa

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.

Lazio-Udinese: Aureliano

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Bologna-Crotone: Serra

Milan-Fiorentina: Abisso

Cagliari-Spezia: Marini

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Napoli-Roma: Di Bello

It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 6.30 p.m.

Torino-Sampdoria: Doveri

It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Genoa-Parma: Mariani

Matthew Scerri

Khedira fil-pjanijiet ta’ Everton għal Jannar

Wara l-kliem ta’ tifħir li Khedira kellu għal Ancelotti, jidher li issa verament Everton huma interessati li jiksbu lill-midfielder Ġermaniż. Everton jemmnu li l-esperjenza ta’ Khedira jaf tkun determinanti għall-ambizzjoni tagħhom li jidħlu fiċ-Champions League s-sena d-dieħla. Juventus, min-naħa tagħhom, lesti jħalluh jitlaq b’xejn u probabbli li Khedira mhux se jkun qed jitlob somma flus lil Juventus biex itemm il-kuntratt sitt xhur qabel iż-żmien.

Matthew Scerri