Posts

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Novembru 2020.

Bonucci tliet ġimgħat barra?

Rapporti mhux konfermati minn Juventus qed isostnu li Leonardo Bonucci se jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar tliet ġimgħat sabiex jirkupra mill-injury li għandu. Chiellini wkoll se jdum barra b’injury (madwar xahar). F’dan l-istadju Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali puri (De Ligt u Demiral), flimkien ma’ ieħor li qed ikun adattat f’dik il-pożizzjoni (Danilo).

Matthew Scerri

Juventus ukoll interessat f’Szoboszlai

Il-midfielder Ungeriż ta’ Leipzig, Dominik Szoboszlai ilu fil-mira ta’ Milan u ta’ klabbs oħra. Kulma jmur hu qed juri dejjem iktar li hu midfielder ta’ kwalità u jidher lest biex ikun jista’ jifforma parti minn tim ikbar. Real Madrid qed jitħajru għalih ukoll u, skont il-media Ġermaniż, anki Juventus qed jikkunsidraw li jressqu offerta għalih.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Novembru 2020.

Injury għal Bonucci

Leonardo Bonucci mhux se jkun qed jilgħab għall-Italja minħabba injury. Hu ntbagħat lura Turin fejn issa se jkun ikkurat mill-istaff mediku ta’ Juventus. Bonucci spjega li fl-aħħar nofs siegħa tal-partita kontra Lazio ħass fastidju muskolari u matul dil-ġimgħa baqa’ muġugħ.

Matthew Scerri

Juventus iridu jneħħu lil Khedira f’Jannar

Minkejja li ilu diversi ġimgħat jittrenja b’mod regolari, Sami Khedira xorta waħda jidhru li mhuwiex fil-pjanijiet ta’ Pirlo. Juventus qed jittamaw li f’Jannar hu jaċċetta trasferiment ma’ tim ieħor biex hekk jevitaw nofs sena paga tiegħu.

Matthew Scerri

Min qed jissemma għan-nofs il-grawnd Juventin

Kollox jindika li fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm il-bejgħ ta’ Bernardeschi f’Jannar u l-akkwist ta’ plejer f’nofs il-grawd. L-ismijiet li qe disiru minn Tuttosport huma dawk li nafu sew għax ilna naqraw u nisimgħu dwarhom: Ryan Gravenberch (Ajax), Houssem Aouar de(O.Lyon), Manuel Locatelli (Sassuolo) u Nicolò Rovella (Genoa).

Matthew Scerri 

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Novembru 2020.

Chiellini għandu madwar xahar barra

Rapporti, mhux konfermati min-naħa ta’ Juventus, qed isostnu li Giorgio Chiellini se jkollu jibqa’ madwar xahar barra mill-azzjoni minħabba l-injury li sofra dan l-aħħar. Skont La Gazzetta dello Sport Chiellini se jitlef żgur is-sitt partiti li jmiss tal-Bianconeri. B’xorti tajba De Ligt wasal biex jidħol lura.

Matthew Scerri