Posts

Strakosha kien pożittiv għall-Covid!

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa qed tirraporta li l-espert imqabbad mill-Procura ta’ Avellino reġà ipproċessa l-iswab test li kienu saru mil-laboratorju Futura Diagnostica fis-6 ta’ Novembru qabel Lazio-Juventus. Irriżulta li Strakosha kien pożittiv, filwaqt li Immobile u Leiva kienu negattivi. Infakkru li dakinhar stess it-tliet plejers kienu ttestjaw pożittivi għal rapid test li kienu sarulhom minn laboratorju ieħor, Campus Biomedico. Il-Procura ta’ Avellinio qed tinvestiga jekk sarux irregolaritajiet minn Futura Diagnostica li wasslu biex xi plejers ta’ Lazio lagħbu kontra Torino waqt li kellhom il-Covid. Jekk dan ikun ikkonfermat il-konsegwenzi legali għal-laboratorju se jkun gravissimi, filwaqt li anki Lazio jistgħu jinstabu ħatja mill-giustizia sportiva li kisru l-protokoll tal-FIGC.

Matthew Scerri

Juventus fuq quddiem nett biex jiffirmaw lil Gravenberch

Il-media Olandiża hi konvinta li Juventus jinsabu lesti li jinvestu somma ta’ ftit inqas minn 5 miljuni biex jiksbu lil Ryan Gravenberch ta’ Ajax. L-aġent tiegħu nafu li hu Mino Raiola li għandu relazzjonijiet tajba fem ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Real Madrid f’taħdidiet għat-tiġdid tal-kuntratt ta’ Sergio Ramos

Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm ħafna xnigħat li Juventus u PSG setgħu jiffirmaw lil Sergio Ramos b’xejn is-sajf li ġej meta jiskadilu l-kuntratt ma’ Real Madrid. Issa El Chiringuito qed jirrapurtaw li fl-aħħar jiem Real Madrid bdew taħdidiet ma’ Ramos biex jilħqu ftehim miegħu għat-tiġdid tal-kuntratt. Fi kliem ieħor hu probabbli li Sergio Ramos itemm il-karriera ma’ Real Madrid.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Novembru 2020.

Is-sentenza tgħid li Napoli ġabu skuża biex ma jilagħbux kontra Juventus

Is-sentenza tal-Qorti tal-Appell għar-rikors ta’ Napoli hi tassew iebsa. Fid-dokument naqraw bażikament li Napoli ma ridux jilagħbu u ġabu skuża biex ikunu jistgħu jilħqu l-għan tagħhom. F’das-sens l-ittri tal-ASL fl-ewwel mumenti ma kinux qed iwaqqfu lil Napoli milli jivvjaġġaw u kien wara li Napoli talbu aktar dettalji lill-ASL, li nħarġet l-ittra li ma ħallitx lil Napoli jmorru Turin. Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef appella għall-ħarsien tal-prinċipji u l-valuri tal-isports li f’dal-każ  ġew nieqsa.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Lazio-Juventus

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Lazio u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 24% tal-voti, segwit minn Ronaldo u Rabiot b’20% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Novembru 2020.

Juventus qed jikkunsidraw joffrux kuntratt ġdid lil Ronaldo

Mill-Portugall tasal l-aħbar li fis-sajf 2021 Juventus se jkunu qed jikkunsidraw joffrux kuntratt ġdid lil Ronaldo. Fil-pjanijiet hemm tiġdid sal-2023, biss id-deċiżjoni definittiva se tittieħed fi tmiem l-istaġun wara li jkunu ġew meqjusa l-aspetti kollha, tekniċi u finanzjarji, tal-kuntratt il-ġdid.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. Illum l-Appell!

Illum se jinstema’ l-Appell imressaq minn Napoli b’rabta mad-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li jagħti telfa walkover li Napoli u unt imnaqqas fil-klassifika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus. Jista’ jkun li llum stess ikollna s-sentenza.

Matthew Scerri

Isco, Marcelo u Alaba

Fil-ġimgħat li għaddew kellna diversi aħbarijiet dwar interess min-naħa ta’ Juventus f’Isco, Marcelo u Alaba. It-tnejn ta’ Real Madrid jidhru li mhux se jkunu qed jitilqu lit-tim Spanjol qabel tmiem l-istaġun, minkejja għidut li f’Jannar kienu lesti jsibu tim ġdid. Alaba, mill-banda l-oħra, għadu ma ddeċidiex x’se jagħmel. Rummenigge appella pubblikament biex Alaba jiddeċiedi x’se jagħmel: “Jekk irid jibqa’ magħna, il-bieb għadu mbexxaq u nistgħu nsibu soluzzjoni. Għalina f’dan l-istadju hu importanti li nkunu nafu x’se jiġri.”

Matthew Scerri