Posts

Pogba jista’ jitlaq lil Manchester United f’Jannar

Il-gazzetta Daily Telegraph mhix teskludi li Manchester United ibigħu lil Paul Pogba f’Jannar. Fil-fatt fil-pjanijiet tar-Red Devils hemm li jbigħu lil Pogba fis-sajf li ġej sabiex jevitaw ir-riskju li jitilfuh b’xejn fis-sajf ta’ wara. Madankollu dawn il-pjanijiet jistgħu jinbidlu jekk f’Jannar taslilhom offerta tajba. Bħal dejjem Juventus, Real Madrid u PSG huma t-timijiet li l-aktar qed jissemmew għall-futur ta’ Pogba.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Novembru 2020.

Mancini pożittiv għall-Covid-19

Il-ġimgħa d-dieħla se jirriturnaw l-impenji tat-timijiet nazzjonali. Intant tħabbar li Roberto Mancini nstab pożittiv għall-Covid-19. Fil-bidu tad-dieħla t-tim nazzjonali Taljan se jkun immexxi mill-Viċi ta’ Mancini, Evani. Nhar l-Erbgħa, imbagħad, se jsir swab test u skont r-riżultat se nkunu nafu jekk Mancini huwiex se jkun jista’ jieħu postu fil-pitch biex imexxi lill-Azzurri.

Matthew Scerri

Barcellona lesti jbigħu lil Dembélé f’Jannar

Skont Mundo Deportivo Barcellona lesti jikkunsidraw li jbigħu lil Ousmane Dembélé f’Jannar. Il-kriżi tal-Covid-19 qed tinħass għal kulħadd u nafu li t-tmexxija ta’ Barcellona ftit li xejn kienet għaqlija mil-lat finanzjarju fl-aħħar snin. Fil-fatt Barcellona għandhom ħafna dejn u jeħtiġilhom ibigħu xi plejers. Juventus u Manchester United huma l-aktar timijiet li jidhru interessati fl-akkwist ta’ Dembélé.

Matthew Scerri

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Ferencvaros-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Ferencvaros u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’8% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’5% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Ronaldo mgħajjat mat-tim nazzjonali tal-Portugall

Cristiano Ronaldo ġie mgħajjat mat-tim nazzjonali Portugiż. Hu se jkun qed jilgħab għal pajjiżu bejn l-14 u s-17 ta’ Novembru fin-Nations League kontra Franza u l-Kroazja.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Novembru 2020.

Lazio-Juventus. Ħarsa statistika lejn il-konfronti tal-passat

S’issa ntlagħab 183 konfront uffiċjali bejn Juventus u Lazio. Juventus rebħu 94 minn dawn il-partiti, filwaqt li kien hemm 43 draw u 46 rebħa għal Lazio. Komplessivament Juventus skurjaw 315 gowl u qalgħu 204 gowl  f’dal-partiti. Fis-Serie A kien hemm total ta’ 152 partita, b’82 rebħa għal Juventus, 36 draw u 34 rebħa għat-tim tal-kapitali. Il-konfronti tas-Serie Abejn Juventus u Lazio fl-Istadio Olimpico kienu 76 s’issa. Juventus kisbu l-ikbar numru ta’ rebħiet (33). Il-bqija tal-konfronti raw 18-il draw u 25 rebħa għal Lazio.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tas-7 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Sassuolo-Udinese: Abbattista

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Cagliari-Sampdoria: Ayroldi

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Benevento-Spezia: Aureliano

Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Parma-Fiorentina: La Penna

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.

Lazio-Juventus: Massa

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.

Atalanta-Inter: Doveri

Genoa-Roma: Irrati

Torino-Crotone: Fourneau

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.

Bologna-Napoli: Pasqua

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.

Milan-Verona: Guida

Matthew Scerri