Posts
Juventus-Atalanta bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Atalanta. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

















Sors: Juventus.com
Juventus-Atalanta 1-1
Punt għal Juventus fil-partita kontra Atalanta. Partita tassew mill-isbaħ fejn it-timijiet lagħbu futbol sabiħ. Kienet partita missielta u bbilanċjata, b’Juventus jidhrilna li kienu ħarira aħjar mill-avversarji u setgħu ħadu t-tliet punti. Ronaldo u Morata żbaljaw l-okkażjonijiet li kellhom, imma dawn huma affarijiet li jiġru. Salvawna kemm-il darba u konvinti li se jkun hemm ħafna aktar okkażjonijiet fejn se jkunu determinanti għar-rebħiet. Minkejja li t-tliet punti ma waslux, għandna nkunu tassew kuntent bil-wirja tat-tim. Pirlo u l-istaff tiegħu jidhru li rnexxilhom jgħaqqdu lit-tim. Wirjiet tajba kontra tim bħall-Atalanta huam xiehda li Juventus huma kompetittivi u se jkunu qed jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat anki dis-sena.
JUVENTUS-ATALANTA 1-1
Skurjaw: Chiesa (J), Freuler (A)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; McKennie, Bentancur, Arthur (Rabiot), Chiesa (Alex Sandro); Morata (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Djimsiti, Romero, Palomino; Hateboer, De Roon, Freuler, Gosens; Malinovsky (Miranchuk), Pessina (Gomez); Zapata (Muriel). KowċGasperini.
Referee: Doveri
Karti sofor: Romero (A), Rabiot (J), De Roon (A), Morata (J), McKennie (J).
Matthew Scerri
Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Atalanta
Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Atalanta:
Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Atalanta
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; McKennie, Arthur, Bentancur, Chiesa; Morata, Ronaldo.
Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Palomino, Romero, Djimsiti; Hateboer, Freuler, De Roon, Gosens; Malinovskyi, Pessina; Zapata.
Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Atalanta
Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Atalanta huma:
Gowlers: Szczesny, Buffon, Pinsoglio.
Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca.
Matthew Scerri