Szczesny hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Napoli

MatthewJuve News Leave a Comment

Sczcesny ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 53% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’31% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’7% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri

Cuadrado probabbli jibda mill-ewwel minuta

MatthewJuve News Leave a Comment

Juan Cuadrado jista’ jkun li jibda mill-ewwel minuta kontra Napoli. Dan minkejja li fil-jiem li għaddew ma kienx qed jittrenja ma’ sħabu minħabba l-Covid-19. Qed ikun irrapurtat li Cuadrado se jilgħab mal-lemin biex Danilo jimxi għal fuq il-linja xellugija. Matthew Scerri

De Laurentis ried imexxi d-data tas-Super Cup Taljana

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Radio Punto Nuovo, il-President ta’ Napoli, Aurelio De Laurentis talab li titmexxa d-data tas-Super Cup Taljana. It-talba tiegħu ma ntlaqgħetx u Juventus-Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar kif ippjanat. Jidher li hu għamel dil-proposta bit-tama li s-Super Cup tintlagħab fi tmiem l-istaġun meta forsi jkun possibbli li s-supporters jitħallew jidħlu fl-istadiums. Matthew Scerri

Juventus-Napoli fl-14 ta’ Frar?

MatthewJuve News Leave a Comment

Meta se tintlagħab Juventus-Napoli? Din hi d-domanda li ħafna supporters qed jistaqsu. S’issa għad m’hemmx data peresss li prattikament sa Mejju m’hemmx spazju għal partita oħra minħabba l-impenji tal-kampjonat, tal-Coppa Italia u tal-kompetizzjonijiet Ewropej. L-għidut hu li x’aktarx Juventus-Napoli se tintlagħab fl-14 ta’ Frar 2021, meta kellha tintlagħab il-partita tat-Tieni Rawnd. Imbagħad f’Mejju (jew qabel jekk Juventus u Napoli ma …

Napoli ma kellhomx dritt iressqu rikors quddiem il-Collegio di Garanzia!

MatthewJuve News Leave a Comment

Tribuna.com żvelaw b’mod esklussiv li skont l-Istatut tal-FIGC ebda klabb ma jista’ jirrikorri għall-Collegio di Garanzia tal-CONI f’każ ta’ telfiet walkover. L-artiklu 30, par. 3 tal-Istatut tal-FIGC jispjega dan kollu ċar u tond. Barra minn hekk ġie nnutat li l-avukat ta’ Napoli, Lubrano jaħdem mal-CONI u hu kollega ta’ min qata’ s-sentenza dil-ġimgħa. Insomma, kif dejjem għidna, din hi farsa …

Paratici: “Meta jgħidulna mmorru nilagħbu”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ġurnalisti ta’ Sky qabel il-partita kontra Fiorentina, Fabio Paratici tkellem dwar is-sentenza tal-Collegio di Garanzia dwar Juventus-Napoli. Paratici sostna li Juventus jħossuhom “indifferenti” għal dil-kwisjtoni. Żied: “Meta se jgħidulna d-data se mmorru għal-logħob u se nieħdu magħna l-ballun. Aħna konna hemm anki fl-4 ta’ Ottubru.” Paratici ċċara anki li Rabiot kellu jiskonta s-sospensjoni llum peress li r-regolament jgħid …