Posts

Napoli ma kellhomx dritt iressqu rikors quddiem il-Collegio di Garanzia!

Tribuna.com żvelaw b’mod esklussiv li skont l-Istatut tal-FIGC ebda klabb ma jista’ jirrikorri għall-Collegio di Garanzia tal-CONI f’każ ta’ telfiet walkover. L-artiklu 30, par. 3 tal-Istatut tal-FIGC jispjega dan kollu ċar u tond. Barra minn hekk ġie nnutat li l-avukat ta’ Napoli, Lubrano jaħdem mal-CONI u hu kollega ta’ min qata’ s-sentenza dil-ġimgħa. Insomma, kif dejjem għidna, din hi farsa mhux ġustizzja!

Matthew Scerri

Paratici: “Meta jgħidulna mmorru nilagħbu”

Intervistat minn ġurnalisti ta’ Sky qabel il-partita kontra Fiorentina, Fabio Paratici tkellem dwar is-sentenza tal-Collegio di Garanzia dwar Juventus-Napoli. Paratici sostna li Juventus jħossuhom “indifferenti” għal dil-kwisjtoni. Żied: “Meta se jgħidulna d-data se mmorru għal-logħob u se nieħdu magħna l-ballun. Aħna konna hemm anki fl-4 ta’ Ottubru.” Paratici ċċara anki li Rabiot kellu jiskonta s-sospensjoni llum peress li r-regolament jgħid li s-sospensjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel partita wara s-sentenza.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus-Napoli se jkollha tintlagħab!

Il-Collegio di Garanzia tal-CONI laqa’ r-rikors imressaq minn Napoli u qata’ l-Appell favurihom. Juventus-Napoli se jkollha tintlagħab. Napoli ngħataw lura l-punt li ttiħdilhom fil-klassifika. S’issa għadu mhux magħruf meta se tintlagħab Juventus-Napoli. Li hu żgur hu li qed nassistu għas-soltu teatrin Taljan fejn sentenzi jinqalbu ta’ taħt fuq. Hu gravissimu li l-FIGC naqset milli tipprovdi d-dokumenti b’rabta mal-każ u lanqas biss dehret fis-smigħ tal-Appell. Juventus ukoll naqsu milli jidhru, u għaldaqstant l-Collegio di Garanzia sema’ biss il-verżjoni ta’ Napoli.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. Illum qed jinstema’ l-Appell

Illum qed jinstema’ l-Appell imressaq minn Napoli b’rabta mas-sentenza ta’ telfa walkover kontra Juventus u punt imnaqqas fil-klassifika. Illjela stess hu probabbli li nkunu nafu kif inqatgħet is-sentenza.

Matthew Scerri

Is-Super Cup Taljana fl-20 ta’ Jannar 2021

Is-Super Cup Taljana se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar 2021. Il-partita se tara lil Juventus u Napoli jilagħbu kontra xulxin fl-Istadium Mapei għar-rebħ tas-Super Cup Taljana. Il-Lega Calcio ħabbret li l-kick-off tal-partita se jkun fid-9.00 ta’ filgħaxija

Matthew Scerri  

Is-soltu teatrin! Juventus-Napoli se tintlagħab?

F’nofsillejl tas-17 ta’ Diċembru 2020 skada ż-żmien biex jitressqu d-dokumenti b’rabta mar-rikors imressaq minn Napoli kontra t-telfa walkover kontra Juventus u l-punt imnaqqas fil-klassifika. Skont La Repubblica, l-FIGC ma bagħtitx id-dokumenti u mhix se tidher dakinhar li jinstema’ l-Appell. Skont ħafna esperti dan l-aġir tal-FIGC jista’ jwassal biex il-Collegio di Garanzia del Coni jaqta’ s-sentenza favur Napoli u hekk Juventus-Napoli jkollha tintlagħab!

Matthew Scerri

Is-sentenza tgħid li Napoli ġabu skuża biex ma jilagħbux kontra Juventus

Is-sentenza tal-Qorti tal-Appell għar-rikors ta’ Napoli hi tassew iebsa. Fid-dokument naqraw bażikament li Napoli ma ridux jilagħbu u ġabu skuża biex ikunu jistgħu jilħqu l-għan tagħhom. F’das-sens l-ittri tal-ASL fl-ewwel mumenti ma kinux qed iwaqqfu lil Napoli milli jivvjaġġaw u kien wara li Napoli talbu aktar dettalji lill-ASL, li nħarġet l-ittra li ma ħallitx lil Napoli jmorru Turin. Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef appella għall-ħarsien tal-prinċipji u l-valuri tal-isports li f’dal-każ  ġew nieqsa.

Matthew Scerri

Napoli tilfu l-appell. Konfermata s-sentenza tal-Imħallef tal-Isport

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-Imħallef tal-Isport. Għaldaqstant Napoli ingħataw telfa walkover ta’ 3-0 u punt imnaqqas fil-klassifika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. Illum l-Appell!

Illum se jinstema’ l-Appell imressaq minn Napoli b’rabta mad-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li jagħti telfa walkover li Napoli u unt imnaqqas fil-klassifika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus. Jista’ jkun li llum stess ikollna s-sentenza.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli. L-appell jinstema’ fid-9 ta’ Novembru

Fid-9 ta’ Novembru se jinstema’ ir-rikors imressaq minn Napoli quddiem il-Qorti tal-Appell dwar is-sentenza tal-Imħallef tal-Isports b’rabta mal-fatti ta’ Juventus-Napoli tal-4 ta’ Ottubru li għadda. Napoli se jkunu qed iressqu d-dokumenti kollha meħtieġa bil-għan li l-Qorti tal-Appell tibdel id-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isports li kien ikkundanna lit-tim ta’ De Laurentis għal telfa walkover u punt imnaqqas fil-klassifika.

Matthew Scerri