Posts

It-Tim Juventin Matul iż-Żminijiet

– Iswed u Abjad (is-tminn parti)

  • ikompli mis-sebá parti

 

Kapitlu 5

Juventus 1975-2015

L-istorja ta’ Supporters Club inevitabbilment tintiseġ u timxi b’mod parallel ma’ dik tat-tim li dak il-klabb ikun jappoġġja. Kif rajna tul il-ktieb kollu hemm rabtiet profondi bejn il-ħajja tal-klabb u dak li kien qed jiġri fi ħdan it-tim. Qatt ma konna baħħara tal-bnazzi, anzi dejjem tajna l-appoġġ sħiħ f’kull mument u okkażjoni. Imma hu ovvju li, bħal kollox fil-ħajja, anki I-klabb tagħna għadda minn mumenti sbieħ u oħrajn koroh, u hu tassew interessanti li dan kollu kellu relazzjoni mill- qrib ma’ dak li kien qed iseħħ fit-tim Juventin. Għaldaqstant se nwasslulkom hawnhekk ftit tagħrif dwar it-tim Juventin fl- aħħar erbgħin sena, mingħajr ma nidħlu f’wisq dettall.

Tim mimli storja u faxxinu

Imwaqqaf fl-1897, il-klabb Juventin sa mis-snin tat-twaqqif tiegħu ħalla impatt fil-futbol Taljan u beda jikteb paġni mill- isbaħ li jagħmlu unur lil dawk kollu li b’xi mod jew ieħor kienu protagonisti ta’ din l-istorja Bianconera fil-grawnd u barra.

Konna u għadna sal-ġurnata ta’ llum l-uniku klabb Taljan li qatt rebaħ ħames kampjonati konsekuttivi fil-grawnd f’perjodu ta’ ħames snin (1930-35). F’kull epoka t-tim kien imżewwaq bi stilel ta’ fama mondjali. Juventus kienu anki l-ewwel klabb fl-Italja li kellhom plejers professjonali li jitħallsu biex jilagħbu. Il-familja Agnelli ħadmet bla waqfien biex il-klabb ikollu struttura amministrattiva mill-aktar moderna u nistgħu ngħidu li mil-lat amministrattiv żgur li dejjem wasalna qabel ħaddieħor f’diversi oqsma.

Is-snin Sebgħin raw lil Juventus protagonisti fl-Italja bir-rebħ tal-kampjonati kif kien fit-tradizzjoni tagħhom. Fl-1975 il- kowċ ta’ Juventus kien l-ex-plejer Carlo Parola li jibqa’ famuż fl-istorja tal-futbol Taljan għar-rovexxata li fuq ir-ritratt tagħha nhadem il-logo tal-istickers tal-Panini. Fl-1976, imbagħad, seħħet rivoluzzjoni kbira li ħalliet l-effett tagħha fid-dinja kollha. Il-President Boniperti ħatar lil Giovanni Trapattoni kowċ ta’ Juventus, kariga li dan tal-aħħar żamm għal għaxar snin sħaħ sal-1986 f’perjodu ta’ glorja assoluta meta Juventus rebħu l-kompetizzjonijiet kollha riservati għall-klabbs fl- Ewropa u fid-dinja.

Fl-ewwel sena tiegħu Trapattoni ma talabx rivoluzzjonijiet fit-tim. Bena tim li kien taħlita ta’ plejers ta’ esperjenza (Benetti u Boninsegna kienu l-akkwisti li ried Trapattoni) u talenti żgħażagħ (Scirea, Tardelli, Cuccureddu, Gentile u Cabrini). Kien żmien meta l-klabbs ma setgħux jirreġistraw plejers barranin u kollox kien fdat f’idejn it-Taljani. Nies bħal Zoff, Bettega u Furino kienu r-ruh tat-tim għall-importanza li kellhom fil-ground u barra biex jibnu rabtiet qawwija bejn il- plejers u jkun hemm it-team work tant meħtieġ biex jinkisbu r-riżultati. Is-suċċessi waslu mill-ewwel u l-istaġun 1976/77 ra lill-Bianconeri joħorġu rebbieħa fit-taqtigħa ma’ Torino għall- iscudetto (il-famużi 51 punt li għal żmien twil kienu rekord ta’ punti miksuba minn tim Taljan fis-Serie A). Fl-istess ħin Juventus waslu għall-unur fl-Ewropa: it-Tazza UEFA.

Hekk bdiet I-era ta’ Trapattoni, epoka li matulha kif għidna Juventus iddominaw fl-Italja (sitt kampjonati mirbuħa f’għaxar snin u Coppa Italia) u fl-Ewropa (it-tazzi kollha mirbuħa, inkluża t-Tazza Interkontinentali li għamlitna champions tad-dinja). Hemm wisq xi tgħid dwar dak it-tim formidabbli magħmul minn plejers Taljani u ftit stilel barranin bħal Liam Brady, Michel Platini, Zibi Boniek u Michael Laudrup (fis-Snin Tmenin il-klabbs Taljani setgħu jibdew jirreġistraw anki l-barranin).

Bosta plejers Taljani ta’ Juventus kienu jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali li fl-1982 rebaħ it-Tazza tad-Dinja. Nies bħal Cabrini, Tardelli, Scirea, Gentile, Causio, Bettega, Rossi u ħafna oħrajn li libsu l-flokk Juventin f’dawk is-snin kienu fost l-aqwa plejers fid-dinja. Magħhom kien hemm ġenju tal-futbol, Michel Platini, rebbieħ ta’ tliet Blalen tad-Deheb konsekuttivi 1983/84/85. Onestament meta nħarsu lura jissorprendina dan it-tim għal dak kollu li rebaħ u jissorprendina aktar għal dak li seta’ jirbaħ fl-Ewropa u li ħarablu minn idejh fil-partita finali tat-Tazza taċ-Champions li tilef f’Ateni kontra Hamburg.

Kull bidu għandu tmiem, u anki l-era ta’ Trapattoni wara għaxar snin kellha l-epilogu tagħha. Wara s-sena trijonfali tal-1985 meta rbaħna s-Super Cup tal-Ewropa, it-Tazza taċ- Champions u t-Tazza Interkontinentali, Trapattoni beda jħoss li ċ-ċiklu tiegħu ma’ Juventus kien riesaq lejn tmiemu u ipprefera jwarrab sakemm it-tim kien għadu fil-glorja. II- plejers li ffurmaw dak it-tim formidabbli kienu qed jikbru u kienu resqin lejn l-aħħar fażi tal-karriera tagħhom. Kienu qed jonqsu l-motivazzjonijiet f’tim li rebaħ kollox u bdiet tinħass il- ħtieġa ta’ demm ġdid. L-istaġun 1985/86 kien l-aħħar wieħed bi Trapattoni bħala kowċ. Sellmilna bħal dejjem bil-kisba ta’ rebħiet: l-iscudetto u t-Tazza Interkontinentali. Sena biss wara kellna lil Platini jirtira mill-futbol u minn dak il-mument bdew disa’ snin fjakki għal Juventus.

Fid-disa’ snin bejn l-1986 u l-1995, Juventus qatt ma kienu tassew kompetittivi u naqsu milli jiġġieldu għar-rebħ tal- kampjonat. Ix-xena ġiet misruqa minn Milan li kellhom tim stellari u d-distakk bejn il-Bianconeri u r-Rossoneri kien tassew qawwi. Fl-1990 Juventus ippruvaw jagħtu direzzjoni ġdida lit-tim b’ Gigi Maifredi bħala kowć u l-akkwisti ta’ diversi plejers importanti, fosthom Roberto Baggio li kellu jifforma I-attakk ma’ Toto Schillaci u Pierluigi Casiraghi. Kien hemm stennija kbira għal dak it-tim u kulħadd kien qed jittama li jaslu r-riżultati, imma minflok kellna waħda mill-agħar snin fl-istorja ta’ Juventus. Ir-rivoluzzjoni kienet falliet u malajr Juventus marru lura għal bniedem tal-imgħoddi: Giovanni Trapattoni. Imma din id-darba Trapattoni ma rnexxilux jirbaħ wisq. F’dawn id-disa’ snin Juventus rebħu biss Coppa Italia u darbtejn it-Tazza UEFA, minkejja investimenti qawwija fi plejers bħal Baggio, Vialli, Möller, Kohler u oħrajn.

Ir-ritorn għar-rebħ beda fl-1994 bil-ħatra ta’ MoggiGiraudoBettega biex imexxu l-istruttura amministrattiva u sportiva ta’ Juventus FC. Huma ġabu magħhom lil Marcello Lippi bħala kowċ. II-klabb ma kellux wisq flus x’jinvesti fil-mercato, imma xorta waħda Moggi ħadem bil-għaqal u rnexxielu jixtri nies bħal Ciro Ferrara, Paulo Sousa u Didier Deschamps. Id-distakk tekniku ma’ Milan kien jidher li għadu qawwi, imma Lippi rnexxielu jittrasmetti lit-tim mentalità rebbieħa. Vialli, Conte, Torricelli, Carrera, Di Livio u l-plejers l-oħra li kienu diġà fit-tim fis-snin ta’ qabel, issa dehru li saru plejers għal kollox ġodda. Juventus kienu jilagħbu futbol offensiv u spettakolari bl-attakk ikun kompost minn Baggio, Vialli u Ravanelli. Ma’ dawn żdied it-talent ta’ Alessandro Del Piero li proprju f’dik is-sena beda jilgħab regolarment fl-ewwel tim ta’ Juventus.

Kontra kull pronostiku Juventus reġgħu lura għar-rebħ billi kisbu l-iscudetto u l-Coppa Italia fl-ewwel staġun tal-era Lippi.

F’dik l-istess sena t-tim irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza UEFA, imma tilef kontra Parma.

L-era Lippi rat lil Juventus jagħmlu l-istess kisbiet fix-xena nazzjonali u internazzjonali tal-epoka meta l-iskwadra kienet immexxija minn Trapattoni. L-abbiltà tad-dirigenti kienet mifruxa f’kull qasam tat-tmexxija amministrattiva u sportiva. Minħabba kriżi finanzjarja li laqtet lill-klabb, kull sena kellha tinbiegħ xi stilla tat-tim u minflokha jinġieb jew isir użu minn xi talent żagħżugħ li kellu t-tim. Hekk, ngħidu aħna, fl-1995 inbigħ Roberto Baggio u Juventus ibbażaw it-tim fuq Del Piero. Snin wara ġie akkwistat Zinedine Zidane mingħand Bordeaux għal seba’ miljun euro. Zidane ma kienx għadu plejer famuż u kien hemm min kien qed jaħseb li Juventus żbaljaw meta ħaduh. Imma l-grawnd wera li Juventus għamlu l-għażla t-tajba tant li Zidane ftit snin wara rebaħ il-Ballun tad- Deheb u nbiegħ lil Real Madrid għas-somma fenomenali ta’ 75 miljun euro. Anki f’din l-okkażjoni Juventus biegħu l-istilla tat- tim u investew il-flus fl-akkwisti ta’ Buffon, Thuram u Nedved, bil-grawnd jagħtihom raġun għax saru kemm saru bidliet ta’ plejers, it-tim qatt ma waqaf jirbaħ. F’dawk is-snin rajna ma’ Juventus lil Vieri, Davids, Inzaghi, Montero, Pessotto, u aktar tard lil Zambrotta, Trezeguet, Cannavaro, Ibrahimovic, Vieira, Camoranesi, Emerson u ħafna oħrajn.

Fl-erba’ snin bejn l-1995 u l-1998, Juventus lagħbu erba’ finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej: darba l-finali tat-Tazza UEFA u tliet darbiet il-finali taċ-Champions League. U erġajna sirna champions tad-dinja bir-rebħ tat-Tazza Interkontinentali. Hi tassew ħasra li dak it-tim Juventin formidabbli tilef ħafna finali tat-tazzi għax mingħajr ebda dubju kien l-aqwa tim fl- Ewropa u kien ħaqqu jirbaħ iċ-Champions League darbtejn oħra. Flimkien mar-riżultati sportivi kellna anki tmexxija amministrattiva mill-aqwa. It-tim kien jattira ħafna sponsors u Bettega, Giraudo u Moggi bdew joħolmu li Juventus jibnu stadium tagħhom. Kollox kien sejjer tajjeb f’dawk is-snin għajr għal ħaġa waħda: il-mewt ta’ Andrea Fortunato li xxukkjat lil kulħadd u qanqlet fil-partitarji sens kbir ta’ dieqa għal ġuvni li ħalla din id-dinja minħabba kumplikazzjonijiet marbuta mal- marda kiefra tal-lukiemja.

L-istess bħalma ġara lil Trapattoni, anki Lippi wara li rebaħ kollox beda jħoss li kien wasal iż-żmien li jitlaq lil Juventus u jibda avventura oħra x’imkien ieħor. Lippi ried jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ Inter u fil-bidu tal-istaġun 1998/99 ftihem man-Neroazzurri li kien sejjer magħhom malli jiskadilu I-kuntratt ma’ Juventus fi tmiem dak l-istess staġun. L-aħbar saret magħrufa u ħarbtet mhux ftit lit-tim. Ir-riżultati bdew ikunu fjakki u Lippi tilef ir-riedni tal-iskwadra, tant li f’ċertu punt ma kellux triq oħra għajr li jirriżenja. Floku nħatar Ancelotti li ħadem tajjeb u f’sentejn mar qrib li jirbaħ żewġ kampjonati. Ix-xorti imma ma kenitx miegħu (u forsi mhux ix-xorti biss għax ma rridux ninsew x’gara fil-mishut Ħadd tal-partita kontra Perugia meta Juventus tilfu l-kampjonat wara li kellhom jilagħbu fi grawnd mgħarraq bl-ilma tax-xita). Bażikament tlifna żewġ kampjonati fl-aħħar ġurnata. Morna qrib ħafna li nsiru champions tal-Italja, imma dan ma kienx biżżejjed biex Juventus jikkonfermaw lil Ancelotti bħala kowċ. Ma kienx rebaħ u allura daret il-folja. It-tim kien mill-ġdid fdat f’idejn Marcello Lippi.

It-tieni epoka ta’ Lippi ma’ Juventus hi waħda rikka daqs I-ewwel waħda. Bdejna bir-rebħ tal-kampjonat meta kontra kull pronostku, fil-famuż “5 maggio“, qbiżna lil Inter fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat. Bl-istess mod li Ancelotti kien tilef I-iscudetti fl-aħħar ġurnata, hekk dak il-kampjonat intrebaħ fl-aħħar partita. Sena biss wara, Juventus waslu sal-finali taċ- Champions, imma din id-darba Lippi ma irrepetix is-suċċess tal-1996. Fl-Old Trafford ta’ Manchester il-penalties ċaħduna minn rebħa mistħoqqa.

Mitmum it-tieni ċiklu ta’ Lippi, postu ttieħed minn ħadd ħlief Fabio Capello. L-għażla ta’ Capello saret minn Umberto Agnelli ftit qabel miet. Hu kien għażel suċċessur possibbli għal Lippi u fil-verità t-tim kompla jirbaħ fl-Italja. Capello kellu skwadra qawwija b’Nedved, Emerson, Cannavaro, Ibrahimovic, Zambrotta, Vieira, Camoranesi, Thuram, Trezeguet u Del Piero. Imma dak it-tim naqas milli jimpressjona fl-Ewropa fejn ir-riżultati kienu pjuttost deludenti.

Ix-xogħol ta’ Capello waqaf ħesrem fl-2006 meta faqqa’ l-iskandlu ta’ Calciopoli u Juventus sfaw relegati fis-Serie B. Minn hemm beda l-kalvarju ta’ Juventus li kellu jdum bosta snin. Ir-ritorn fis-Serie A kien immedjat, imma t-tim ma kienx attrezzat biex jirbaħ l-iscudetto. Inxtraw ħafna plejers mhux ta’ livell: Andrade, Felipe Melo, Diego, Thiago u Amauri, biex insemmu biss l-aktar każi magħrufa. Kienu snin li fihom konna naraw lil Juventus megħluba u spiss umiljati fil- logħob minn timijiet żgħar. Kemm-il darba sfajna barra mill- kompetizzjonijiet Ewropej.

Il-folja reġgħet nqalbet hekk kif mill-2011 Antonio Conte ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim. Hu ħadem ħafna fuq il-mentalità tal-plejers u nissel fihom l-għatx għar-rebħ. F’daqqa waħda, fil-“Juventus Stadium” dehret skwadra l-oppost ta’ dik tas-snin post-calciopoli. Buffon, Barzagli, Bonucci, Chiellini, Marchisio, Pirlo, Vidal, Pepe, Vucinic u Del Piero, flimkien mal-bqija tal- iskwadra bdew jilagħbu futbol mill-isbaħ. Ix-xogħol ta’ Conte ssarraf mill-ewwel fi scudetto u f’finali tal-Coppa Italia (mitlufa kontra Napoli). Fis-snin ta’ wara żdiedu fit-tim nies bħal Pogba, Asamoah, Tevez, Giovinco u Llorente. Dawn komplew fuq ix-xogħol tal-ewwel sena u l-Juventus ta’ Conte spiċċat rebħet tliet kampjonati konsekuttivi bejn l-2012 u l-2014. Ma’ dawn it-tlieta żdied anki r-raba’ kampjonat fl-2015, imma din id-darba t-tim kien immexxi minn Massimiliano Allegri wara li Conte għażel li jitlaq minn idu t-tmexxija tat-tim. Fuq dan l-aħħar kampjonat se nitkellmu aktar fid-dettall fis-sezzjoni konklużiva ta’ dan il-kapitlu.

Rebbieħa tat-tazzi kollha tal-Ewropa

Juventus kienu l-ewwel tim li qatt rebaħ il-kompetizzjoniji Ewropea kollha għall-klabbs. Huma tassew ftit il-klabbs fid- dinja li jistgħu jiftaħru li għandhom it-tazzi kollha fil-mużew tagħhom. Interessanti li sal-1975 Juventus ma kienu għadhom għollew ebda tazza fl-Ewropa. Kienu waslu sal-finali tat-Tazza tal-Fieri fl-1965 u fl-1971 imma tilfuhom it-tnejn kontra Ferencvaros u Leeds United rispettivament. Fl-1973 Juventus b’sorpriża waslu sal-finali tat-Tazza taċ-Champions imma kellhom ibaxxu rashom quddiem il-qawwa ta’ Ajax. F’dik l-istess sena I-Bianconeri lagħbu fil-finali tat-Tazza Interkontinentali u għal darb’oħra ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 1-0 kontra Independiente.

L-ewwel unur fl-Ewropa wasal fl-1977, sentejn wara t-twaqqif tal-klabb tagħna. It-tim kien immexxi għall-ewwel darba minn Giovanni Trapattoni u apparti li rnexxielu jirbaħ it-taqtigħa ma’ Torino fil-kampjonat, b’xorti tajba wasal ukoll sal-finali tat- Tazza UEFA. L-avversarji kienu Athletic Bilbao u l-finali kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. L-ewwel waħda saret f’Turin bit- tim ta’ Trapattoni joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0, gowl ta’ Tardelli. Fil-partita ta’ ritorn fi Spanja, Juventus marru mill- ewwel fil-vantaġġ hekk kif Bettega sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras. Immedjatament kien hemm reazzjoni qawwija mit-tim Spanjol li qaleb l-iskor favurih u rebaħ il-konfront bl-iskor ta’ 2-1. II-Bianconeri rebħu t-tazza bil-gowls away. Ta’ min isemmi li din kienet l-unika darba fl-istorja tal-kompetizzjonijiet Ewropej li t-tazza ntrebħet minn tim magħmul kompletament minn plejers Taljani.

Fl-1983 l-iskwadra fenomenali ta’ Juventus magħmula minn sitt plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja mal-Italja, flimkien ma’ Platini, Boniek u stilel oħra, kellha mixja trijonfali fit-Tazza taċ-Champions u għaxar snin wara l-finali kontra Ajax, il- Bianconeri kisbu d-dritt li jerġgħu jilagħbu l-finali. L-avversarji din id-darba kienu Hamburg, avversarji pjuttost modesti li ma setgħux ilaħħqu mal-qawwa tat-tim ta’ Trapattoni. Kulħadd kien qed ibassar ir-rebħ tat-tazza min-naħa ta’ Juventus. Ix- xorti riedet iżda li, kontra kull stennija, Hamburg marru fil- vantaġġ b’xutt ta’ Felix Magath minn barra l-kaxxa u l-plejers Bianconeri ma kellhomx is-saħħa jqumu fuq saqajhom biex idawru r-riżultat favurihom. Waslet għaldaqstant it-tieni telfa fil-finali tat-Tazza taċ-Champions.

Sena biss wara, Juventus rebħu t-tieni unur fl-Ewropa. Din id-darba kien imiss lit-Tazza tat-Tazzi. Il-mixja ta’ Juventus fil- kompetizzjoni reġgħet kienet bla rażan. Fil-finali sibna lil Porto bħala avversarji. Vignola fetaħ l-iskor b’azzjoni personali mill- isbaħ wara li rċieva l-ballun fit-tliet kwarti tal-grawnd, qabeż żewġ avversarji u xxuttja b’mod angulat minn barra l-kaxxa. Porto rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs, imma mbagħad kien Boniek li ffirma l-gowl tar-rebħa meta rċieva I-ballun fil- kaxxa, niżżlu b’sidru u għeleb lill-goalkeeper avversarju b’xutt fil-baxx.

II-kisba tat-Tazza tat-Tazzi fethet it-triq għall-ewwel Super Cup tal-Ewropa li Juventus qatt lagħbu. Il-Bianconeri affrontaw lir- rebbieħa tat-Tazza taċ-Champions, Liverpool. Dakinhar tal- partita, is-16 ta’ Jannar 1985, il-“Comunale” kien miksi bis-silġ imma Boniperti għamel minn kollox biex il-pitch jiġi żgumbrat mis-silġ biex il-partita setgħet tintlagħab regolarment. L-iskor finali kien ta’ 2-0 favur it-tim ta’ Trapattoni b’Boniek jiskorja ż-żewġ goals Juventini.

F’dik l-istess sena tal-1985, Juventus u Liverpool reġgħu Itaqgħu fil-finali tat-Tazza taċ-Champions. Id-29 ta’ Mejju 1985 hi data li ebda Juventin qatt ma jista’ jinsa mhux biss għax Platini, Scirea u shabu rebħu t-Tazza taċ-Champions għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Juventus, imma fuq kollox għall-fatti traġiċi u drammatiċi li seħħew qabel il-partita. Tkellimna fit-tul f’dan il-ktieb dwar it-traġedja tal-Heysel li ħalliet 39 persuna innocenti mejta. Dakinhar I-UEFA riedet li l-partita tintlaghab xorta waħda minkejja kollox u Juventus rebħu l-partita surreali b’penalty kontroversjali ta’ Platini.

Is-sena 1985 ingħalqet b’unur ieħor. Fit-8 ta’ Diċembru 1985 f’Tokyo Juventus, iċ-Champions Ewropej, lagħbu kontra r-rebbieħa tal-Amerika t’Isfel, Argentinos Juniors. II-Bianconeri reġgħu wrew il-qawwa tagħhom u kienu xi deċiżjonijiet kontroversjali ferm tar-referee li ma ippermettewx lit-tim ta’ Trapattoni li jirbaħ il-partita sad-disgħin minuta. Fost l-oħrajn dakinhar ir-referee ħassar wieħed mill-isbaħ gowls ta’ dejjem, gowl skorjat minn Michel Platini li wera quddiem id-dinja kollha t-talent infinit tiegħu. Bl-iskor finali ta’ 2-2, it-timijiet marru għall-penalties u hawn Tacconi kien il-protagonist tar- rebħa Bianconera billi laqa’ żewġ penalties. Il-ferħ kien kbir hekk kif mat-tieni penalty milqugħ Juventus saru champions tad-dinja. Barra minn hekk il-Bianconeri kienu saru l-ewwel klabb li qatt rebaħ kull kompetizzjoni Ewropea u mondjali għall-klabbs.

 

 

… ikompli

 

  • partijiet preċedenti
  1. Iswed u Abjad (l-ewwel parti)
  2. L-Ewwel Snin – Iswed u Abjad (t-tieni parti)
  3. Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)
  4. Żewġ klabbs jingħaqdu f’familja waħda – Iswed u Abjad (ir-raba’ parti)
  5. Ilkoll kburin li aħna Juventini – Iswed u Abjad (il-ħames parti)
  6. L-iskwadra Juventina kollha fil-klabb tagħna – Iswed u Abjad (is-sitt parti)
  7. Rabta dejjem aktar sogħda má personalitajiet prominenti

Il-gowls kollha tá Juventus tá dan l-istaġun

Bdejna fl- 20 tá Ġunju ġo Udine u spiċċajna ġo l-Allianz Stadium kontra Monza fil-25 tá Mejju.

Ejjew naraw flimkien il-gowls kollha li skurjaw Juventus fl-istaġun 2023-24.

 

 

 

Sadanittant infakkrukom li l-klabb tagħna se jkun miftuħ biex juri l-logħbiet tan-nazzjonal Taljan f’Euro 2024.

Għal aktar informazzjoni u biex tibbjukaw mejda ċemplu 77104618 jew 𝟕𝟕𝟐𝟎𝟖𝟓𝟖𝟓

Grazzi

 

 

 

Il-Coppa Italia numru 15

Flimkien nagħtu ħarsa ta’malajr lejn ir-rebħ tal-Coppa Italia Frecciarossa 2023-24.

Din kienet il-ħmistax -il darba li Juventus rebħu dan it-trofew.

 

Ruma Stadio Olimpico

15 ta’Mejju 2024 ħin 21.00

Atalanta-Juventus 0-1
Atalanta (3-4-1-2): Carnesecchi; Djimsiti, Hien (14′ st Scalvini), De Roon (20′ st Toloi); Zappacosta (14′ st Hateboer), Ederson, Pasalic (14′ st Miranchuk), Ruggeri; Koopmeiners; De Ketelaere (1′ st Touré), Lookman.
Kowċ: Gasperini
Juventus (3-5-2): Perin; Gatti, Bremer, Danilo; McKennie, Cambiaso (36′ st Weah), Nicolussi Caviglia (17′ st Miretti), Rabiot, Iling Jr; Chiesa (24′ st Yildiz), Vlahovic (36′ st Milik).
Kowċ: Allegri
Referee: Maresca
Skorja: 4′ Vlahovic (J)
Karta safra: Hien (A), Vlahovic (J), Djimsiti (A), Bremer (J), Toloi (A)

 

 

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

 

 

Inter-Juventus: Duwell Aristokratiku jew Gwerra bla Rispett?

In-Nerazzurri u l-Bianconeri minn dejjem kienu rivali. Huma jħarsu lejn xulxin kif jistgħu biss l-aristokratiċi. U ma tantx se jaslu biex iħobbu lil xulxin xi darba.

“Vincere é l’unica cosa che conta”

“Vinciamo senza rubare!”

“Meta nieħu idejn partitarju Milanist naħsilha, meta nieħu idejn Juventin ngħodd kemm fadalli subgħajn”

“Il-partita vera bejnietna u t-tim ta’Milan tkun min jasal l-ewwel: it-tielet stilla għalina, huma t-tieni”

“Si vergogni!”

M’hemmx bżonn li jitqiegħdu virgoletti jew aktar kwotazzjonijiet biex tkun ċara aktar kemm hi ħarxa r-rivalitá.

Inter–Juventus, li l-era moderna tal-midja soċjali trid tkun #InterJuventus, hija l-vera ‘el Clasico’ tal-futbol Taljan. Peppino Prisco, viċi president storiku tan-Nerazzurri, darba pprova jinkludi t-timijiet l-oħra kollha fir-rivalità, u spjega li appoġġja lil Inter u lil dawk kollha li ltaqgħu ma’ Milan u Juve min-naħa tagħhom. Għal ‘Bauscia’ tal-qedem bħalu, ir-rivalità kienet ukoll dik tal-belt, ovvjament. Imma Inter-Juventus hija xi ħaġa oħra. Dik il-ħaġa fejn żewġ blokki opposti jqarrqu lil xulxin is-sena kollha u mbagħad jikkonfrontaw darbtejn staġun fil-grawnd. U l-oħrajn jaraw, inkluż Milan.

 

 

 

Ħafna drabi d-duwelli verbali bejn Peppino Prisco u Gianni Agnelli kienu aktar interessanti minn dawk fil-grawnd.

Jekk Milan–Juventus kienet ir-rivalità moħbija bħala alleanza politika li influwenzat l-ewwel nofs tas-snin disgħin, Inter–Juventus hija dik il-partita li għaliha ħbieb qatt. Imma verament qatt, eh. Fuq il-qasam kif ukoll fir-riflessjoni politika tagħha. L-istorja tar-rivalità u l-kawżi tagħha ġew riġeduti mijiet ta’ darbiet u għandhom għeruq sodi f’dik il-partita famuża li fiha Inter bagħtu lit-tim Primavera fil-grawnd bi protesta. Il-ħarġa tmur lura għall-kampjonat 1960/61. Ir-rivalità diġà teżisti, hija profonda, iżda f’dak il-kampjonat issir xi ħaġa aktar. F’Italja li sejra lejn boom ekonomiku, il-partita hija wkoll cross-section tas-soċjetà Taljana.

Juventus jinsabu f’idejn sodi tal-Agnelli, filwaqt li Inter huma proprjetà ta’ manjat tal-enerġija, Angelo Moratti. Milan kontra Turin, żewġ pedamenti tat-trijangolu industrijali tat-Tramuntana, li lejhom qed jibdew jikkonverġu ferroviji min-Nofsinhar mimlija ħaddiema futuri lesti. Dawk li jmorru lejn Turin, lejn il-karozzi Fiat, huma fil-biċċa l-kbira destinati li jtejbu l-gradi tal-partitarji ta’ Juventus. F’Milan għad hemm qasma ċara bejn Bauscia u Casciavitt, bejn il-bourgeoisie u l-ħaddiema: dawn tal-aħħar ħafna drabi jippreferu Milan, filwaqt li jivvjaġġaw kuljum bejn il-fabbrika u Sesto San Giovanni, destinati li jsiru Stalingrad tal-Italja.

Juventus huwa l-aktar tim li jirbaħ fl-Italja, Inter minn isimha tfittex vokazzjoni internazzjonali li, wara r-repressjoni tal-faxxiżmu, li ġiegħlu ssejjaħ lilu nnifsu Ambrosiana, se ssib espressjoni fiż-żewġ Champions Cup mirbuħa fi żmien ftit snin. It-tnejn huma bniet tal-kapital massiv li qed jimponi ruħu fil-pajjiż. It-tnejn huma destinati li jħarsu ‘l isfel lejn xulxin, mingħajr ma ħadd qatt ma jifhem tassew min hu fuq u min hu taħt.

Fil–kampjonat 1960/61 Inter rebħu 2-0 fl-ewwel leg f’San Siro. Fir-ritorn tar-ritorn in-Nerazzurri, wara li ddominaw l-ewwel rawnd, qed jonqsu b’mod notevoli. Fuq il-bank hemm raġel Arġentin li ma jagħmel xejn ħlief jgħajjat ​​“Taca la bala”. Malli tirritorna, hemm ħafna antiċipazzjoni. Juventus jilagħbu fil-Comunale, li fis-16 ta’ April huwa mimli tant li xi nies huma mġiegħla joqogħdu bilqiegħda fuq il-korsa tal-atletika, ħdejn il-pitch. Wara madwar nofs siegħa logħob, ir-referee jissospendi l-partita għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku u japplika r-regolament, li jipprovdi li r-rebħa tmur għat-tim barrani 0-2. Juventus jappellaw lill-CAF u jiksbu l-partita mill-ġdid. Problema: id-deċiżjoni tasal fit-3 ta’ Ġunju, ftit qabel it-tmiem tal-kampjonat. Problema oħra: Umberto Agnelli, minbarra li hu president tal-Juve, huwa wkoll numru wieħed fil-Federazzjoni tal-Futbol.

Inter jitilfu 2-0 f’Catania (“Clamoroso al Cibali”, jgħid Sandro Ciotti mir-radjijiet madwar l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju. It-tim jinsab imbattal u Moratti, bi qbil ma’ Herrera, jiddeċiedi li jibgħat lit-timijiet taż-żgħażagħ fil-grawnd fir-replay. Minn naħa hemm Sandro Mazzola żgħir ħafna, li filgħodu għamel l-eżamijiet tal-accounts l-iskola waqt li barra kienet tistennieh karozza tas-soċjeta. Fuq in-naħa l-oħra hemm il-ġgant ġentili Charles u Cabezon Sivori. U dak Taljan-Arġentin ma jitlifx l-opportunità. Tispiċċa 9-1 għal Juventus. Sivori jiskurja sitt gowls u se jikseb il-Ballun tad-Deheb. Boniperti, li għandu 33 sena, fi tmiem il-partita qal biżżejjed bil-futbol milgħub. Ir-rebħ hija l-unika ħaġa li tgħodd.

 

 

Minn hawn ‘il quddiem, Inter-Juventus qatt ma se jerġgħu jkunu l-istess. Il-futbol Taljan huwa inevitabilment maqsum f’żewġ blokki li eventwalment se jerġgħu jikkomponu. Il-kors taż-żmien, li jgħidu huwa gentlemanly, minflok se jkun ħażin ħafna. Fl-1998, l-Italja għelbet sitwazzjoni ekonomika diffiċli fil-bidu tad-deċennju, tant li l-isbaħ kampjonat fid-dinja li reġa’ fetaħ il-fruntieri tiegħu fis-snin tmenin jospita champions u tunnellati ta’ biljuni. Ovvjament, parti tajba minn dawn il-flus imbagħad se jinħarqu f’azzjonijiet finanzjarji imprudenti bejn sidien ta’ kumpaniji tat-tadam u tal-ħalib, iżda din hija storja oħra, li tibqa’ barra minn Inter–Juventus.

Fuq naħa għad hemm l-Agnelli, fuq l-oħra xorta Moratti, din id-darba l-iben. Għad hemm dak is-sens ta’ aristokrazija fl-arja, ta’ sfida li hija wkoll soċjali. Meta Ernesto Pellegrini, ir-re tal-canteens, xtara l-Beneamata, Gianni Agnelli laqah hekk:

“Issa fl-Italja m’għadx hemm trażżin jekk anke l-kok tiegħi jista’ jixtri tim tal-futbol”.

Imbagħad Moratti rritorna, b’ibnu Massimo li pprova jidħol fid-duopolju Milan-Juventus. Niftakru kollox f’dak il-jum ta’ April 1998, grazzi għal futbol li bil-mod il-mod kien qed iċedi aktar u aktar spazju fuq it-TV.

U r-rivalita’ tikkonsolida.

Għal darb’oħra, mhux ċar min hu ‘l fuq u min hu taħt: kulħadd għandu r-raġunijiet tiegħu. Inter jerfgħu sidirhom għal Calciopoli u pinn fuq scudetto li kulħadd iħobb jiddefinixxi bħala kartun.

“Dan huwa l-kampjonat tal-korrettezza u r-rispett għar-regoli,”

jgħid Facchetti.

“Dak mhux kampjonat. Unur li xorta ma jappartjenix għalihom,”

jgħid Nedved.

 

 

Juve jmorru fis-Serie B, in-Nerazzurri jirbħu t-Treble. Imbagħad kollox jinbidel ta’ taħt fuq, għal darb’oħra, fil-qasam. F’Turin għad hemm l-Agnelli, f’Milan jasal Thohir u mbagħad Steven Zhang, imma Moratti ħaj u jiġġieled flimkien magħna. Juventus għadhom Taljani, Inter internazzjonali fil-veru sens tal-kelma: Juventus għandhom grawnd ġdid li jsir mudell Taljan, Inter jimpjegaw managers barranin biex jerġgħu jniedu lilhom infushom.

Il-partitarju ta’ Inter jħobb ibatti l-ilmenti, iżda qatt mhu se jammetti. Il-player ta’ Juventus jaħseb biss fuq l-Iscudetto: ma jgħidx, imma jagħmel hekk. Il-partitarju ta’ Inter iħossu onest.

F’San Siro jekk qed titlef hemm min iqum wara siegħa, anke jekk qed isir progress.

L-Istadium dejjem jinbiegħ.

“Inter huwa tim femminili, għalhekk passjonat, irregolari, u għalhekk l-antipodi tal-pragmatiżmu li jikkaratterizza lil Juventus”

qal Brera. U fil-kitba kortesija u ħelwa tiegħu, ma setax jgħidha aħjar.

 

Pierre Bonavia

 

Test oriġinali ta’ Alessandro Oliva

 

 

Filmati u Statistika – Ħarsa lura lejn Juventus-Empoli

Minn Youtube qed inwasslulkom x’intqagħal wara d-draw tal-lbieraħ ġol-Allianz Stadium bejn Juventus u Empoli.

tkompli …

 

 

 

… kif ukoll statistika uffiċjali fuq il-partita li għadna kemm rajna.

 

JUVENTUS-EMPOLI 1-1
Juventus (3-5-2): Szczesny 6,5; Gatti 6,5, Bremer 6, Alex Sandro 5,5; Cambiaso 5 (78′ Iling Jr 5,5), McKennie 5, Locatelli 5, Miretti 5 (59′ Weah 5,5), Kostic 5 (78′ Yildiz 6); Vlahovic 6,5, Milik 4.

Sostituti: Perin, Pinsoglio, Danilo, Rugani, Nicolussi Caviglia, Nonge.

Kowċ: Allegri 5

Empoli (3-5-2): Caprile 6; Ismajili 6, Walukiewicz 6,5, Luperto 6,5; Cacace 6, Zurkowski 6,5, Grassi 6 (56′ Cancellieri 6,5), Maleh 6,5, Gyasi 6; Cerri 6 (56′ Baldanzi 7), Cambiaghi 7 (94′ Marin sv).

Sostituti: Perisan, Berisha, Goglichidze, Pezzella, Shpendi, Bereszynsky, Fazzini, Indragoli.

Kowċ: Nicola 7

Referee: Marinelli
Skorers: 50′ Vlahovic (J), 70′ Baldanzi (E)
Ammoniti: Walukiewicz (E), Weah (J)
Imkeċċi: Milik (J)

 

 

 

 

Pierre Bonavia

 

 

Storja Bajda u Sewda – 1987 – L-ewwel darba ġo Turin ta’ Empoli

Empoli minn dejjem kienu ikkonsidrati bħala tim żgħir minn raħal mdaqqas fil-periferija ta’ Firenze. Dan seħħ sal-bidu tas-snin tmenin, meta l-club irnexxilu jibni ‘youth sector’ ta’ livell mhux biss reġjonali imma anke nazzjonali. Is-socjetá bajda u ċilesti telgħet matul dawk is-snin id-diviżjonijiet tal-futbol Taljan staġjun wara staġjun sakemm fis-sena 1986 irnexxilhom (fost l-istaġgħib ta’ ħafna) jakkwistaw post fis-Serie A Taljana. Kienet ‘ħolma’ għal dan il-club ċkejken imma ambizzjuż!

F’dan il-post nipprupraw nirrakkuntaw l-ewwel darba li Empoli telaw Turin jilgħab kontra Juventus. Qisek qed timmaġina David sejjer iżur lil Gulija! Kien it-8 ta’Frar 1987 u kienet waslet it-tielet logħba tat-tieni round tal-Kampjunat Taljan Serie A 1986-87. Il-partita intlagħbet ġol-grawnd tal- ‘Comunale’ ta’Turin. Juventus kienu ‘Campioni d’Italia’ mis-sena ta’qabel u sa dak il-ħin it-tim mit-Toscana kien qed ibagħti ferm biex forsi jżomm postu fl-għola diviżjoni Taljana. Il-bianocneri spiċċaw dak il-kampjunat fit-tieni wara n-Napoli ta’Maradona, filwaqt li Empoli weqqtu ‘miraklu sportiv’ biex evitaw relegazzjoni lura għas-Serie B.

 

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

 

 

 

Serie A 1986-1987 – 18-il ġurnata
Turin- Stadio Comunale
Il-Ħadd 8 ta’ Frar 1987 fit-3:00pm
JUVENTUS-EMPOLI 3-0
Skurjaw: Serena A. 3, Serena A. 6, Cabrini 78

JUVENTUS: Tacconi, Favero, Cabrini, Bonini (Soldà 72), Brio, Scirea, Mauro (Briaschi 79), Manfredonia, Serena A., Platini, Laudrup
Kowċ: Rino Marchesi

EMPOLI: Drago, Vertova, Gelain, Della Scala, Lucci, Brambati, Calonaci (Baiano 56), Urbano (Carboni 79), Ekstroem, Della Monica, Cotroneo
Kowċ: Gaetano Salvemini

Referee: Mattei

 

 

Pierre Bonavia

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Jannar)

Fid-19 ta’ Jannar 2003 Juventus kienu lagħbu kontra Chievo barra minn darhom. It-tim ta’ Lippi kiseb rebħa kbira bl-iskor ta’ 1-4. Trezeguet kien skorja hattrick, filwaqt li l-gowl l-ieħor kellu l-firma ta’ Del Piero.

Riflessjonijiet Juventini (It-Tielet Parti): Il-plejers

Din is-sena kif nafu sewwa kellna kważi nagħmlu rinunċja mportanti ta’ Dybala. Nafu kemm hu player ta’ talent tekniku għoli u li żgur seta jgħin lit-tim biex jinqala minn dawn il-mumenti diffiċli. Nafu kemm hu player li jaf jgħaqqad il-midfield mal-attakk bit-teknika li għandu kif ukoll itina iktar soluzzjonijiet offensivi speċjalment biex nivvertikaliżżaw. F’dawn il-logħbiet tal-aħħar ħassejna ħafna ukoll in-nuqqas ta’ Enrico Chiesa li spiss bl-aċċellerazzjonijiet tiegħu irnexxielna nsibu l-lasta. Ma nistgħux ma nsemmux lil Cristiano Ronaldo – player li ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni. Il-work rate tiegħu, il-forza mentali u s-sens naturali li jsib il-lasta b’mod kontinwu għamlu minnu player ferm determinanti. L-iżball li sar b’Ronaldo hu li fl-opinjoni umli tieghi, id-diriġenza straħet li ġabet lilu u ma ppruvatx forsi b’insistenza tarma midfield b’saħħtu li jikkomplimenta t-talent enormi ta’ Ronaldo.

Diżappunt ieħor li ħadt waqt l-istaġun kien li filli kien il-waqt li naraw lil Fagioli jilgħab, speċjalment wara diversi kliem ta tifħir lejh anki minn Allegri xi staġuni ilu, u mbagħad rajna anti-climax enormi u rajnih jisparixxi mingħajr ma jxomm il-pitch mal-ewwel tim. Kulħadd kien konvint li bl-użu ta’ dan ilplayer, li skont ħafna inkluż jien konna naħsbu li kellu viżjoni ta’ logħob tajjeb u teknika tajba wkoll, ser ngħollu l-livell tal-logħob f’nofs il-ground. Players bħal Morata u McKennie kienu ftit ta’ diżappunt mal-medda tal-istaġun – kellhom bidu tajjeb ħafna imma imbagħad sfortunatament ma rajniex l-istess kontinwita’. Ħaġa oħra ftit diżappuntanti hija n-nuqqas ta’ fullbacks li jipproponu soluzzjoni offensiva
konkreta u jgħinu b’mod effettiv il-logħba tat-tim meta jkun fl-attakk bi crosses li jisfruttaw players b’talent kbir fl-akrobazija bħal Ronaldo nnifsu – mhux qatt ma rajniha li jisfrutta t-talent tiegħu f’din il-ħaġa imma kienet rari wisq u mhux kontinwa.

Se nagħlaq dan l-artiklu bl-isperanza li nara t-tim li tant inħobb jikseb riżultati posittivi b’logħob almenu ftit iktar konvinċenti milli rajna f’dan l-aħħar, fil-logħbiet li għad fadal. Għaliex le, ma nistax ma nfaħħarx il-fatt li t-tim ta’ qalbi b’serje ta rebħ staġun wara staġun – 9 snin mhu xejn affattu faċli tirbaħ u terġa tirbaħ u jien kburi b’dak li rnexxielu jibni l-klabb tagħna. Nispera u nixtieq u anki fiduċjuż li nerġgħu naraw il-Juventus, skwadra tant maħbuba minn ħafna supporters, jerġgħu jiftħu ċiklu ta’ rebħ li jpaxxina fis-snin li ġejjin.

Massimo Grioli

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Ferencvaros-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Ferencvaros u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’8% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’5% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Telf ta’ 71.4 miljun Ewro għal Juventus

Illum iltaqa’ l-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus biex japprova l-accounts tal-klabb għall-istaġun li ntemm ftit tal-ġimgħat ilu. Komplessivament dis-sena Juventus kellhom telf ta’ 71.4 miljun, liema somma hi in parti dovuta għall-pandemija tal-Covid-19. Id-dejn tal-klabb niżel minn 463.5 miljun Ewro għal 385.2 miljun Ewro, però tajjeb li ma ninsewx li kien żieda fil-kapital min-naħa tax-share-holders u allura hu normali li d-dejn jinżel.

Matthew Scerri